Jista’ il-Ministru jgħid kemm jitħallas is-Sur Mario Azzopardi u x’inhu x-xogħol tiegħu fi ħdan id-drama unit, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Sur Mario Azzopardi huwa fi grad ta' Għalliem u huwa wkoll il-Kap tal-Mikelang Borġ Drama Centre (skola ta' filgħaxija) u jitħallas bir-rata ta' għalliem fl-evening classes, jiġifieri madwar Lm225 fix-xahar (approx. 45 hrs X Lm5).
Jista’ il-Ministru jgħid x’ġara nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru 2004 għall-ħabta ta’ nofs inhar fl-iskejjel Dun Vincenz Buġeja, Patri Manwel Gatt u Dun Xand Cortis ġewwa Santa Venera? X’kienet ir-raġuni li l-istudenti nħarġu barra mill-iskejjel imsemmija? Jista’ jgħid ukoll jekk wara li sar it-tiftix neċessarju nstabitx xi ħaġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm tgħeddida ta' bomba li wara li ttieħdu l-prekawzjonijet kollha u saru l-verifiki meħtieġa, irriżulta li ma kienx veru.
Jista’ il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex id-dawl li ma jinxtgħelx fil-btieħi ta’ l-iskola Vincenzo Borg Brared fin-Naxxar, jiġi rranġat, minkejja li ilhom li rrapportaw dwar din is-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-FTS ma għandha l-ebda talba għal dan ix-xogħol. Tlabt li l-ilment jiġi konsidrat.
Jista’ il-Ministru jgħid min mill-istudenti ta’ l-MCAST jikkwalifika għall-i
Smart Card
? Jista’ jgħid jekk l-istipendju li jieħdu huwiex l-istess bħal dak ta’ l-istudenti universitarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti kollha li qed jattendu korsijiet fl-MCAST fuq bażi full-time u li jikkwalifikaw skond l-Avviż Legali 169 tal-1999 huma intitolati għall-Għotja ta' Manteniment. Hemm differenza bejn l-għotja ta' manteniment li jieħdu l-istudenti fis-settur Post Sekondarju, inkluż l-MCAST, u dak li jieħdu l-istudenti ta' l-Universita'. L-Avviż Legali msemmi jagħti d-dettalji kollha.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet ta’ l-istudenti li qegħdin fl-iskema TAS, jew xi skema oħra simili li titħaddem bejn l-MCAST u l-ETC? Xi ħlas jieħdu dawn l-istudenti? Huma intitolati għall-iSmart Card?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kundizzjonijiet tal-iskemi ta' TAS (Technician Apprenticeship Scheme) u l-ESTS (Extended Skill Training Scheme) ġew stabbiliti b'Avviżi Legali numru 82 ta' l-1990 u 73 ta' l-1998. L-avviż Legali jagħti d-dettalji kollha.
Rigward il-ħlas li dawn l-apprendisti jirċievu nagħmel referenza għal kontenut ta' l-Avviż Legali 108 u 109 ta' l-2003. L-Avviż Legali msemmi jagħti d-dettalji kollha.
Informat li l-apprendisti huma intitolati għall-Smart Card fl-ewwel sena tal-kors tagħhom.
Tista’ il-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma tikkwalifikax għall-għajnuna supplimentari (Lm28)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?
X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ serq mill-Ministeru tal-Finanzi. Minn naħa l-oħra t-tali oġġetti ġew rapportati nieqsa minn dipartimenti u jew minn fuq proġetti taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
Notebook PC, TV converter, wire tad-dawl, u bomblu żgħir tal-ġebel b’valur komplessiv ta’ Lm1,569. Ġew rapportati wkoll serq ta’ Lm589.61 fi flus kontanti minn fuq uffiċjali waqt safar fuq xogħol.
Fejn possibbli saru claims mill-kumpanija ta’ l-insurance relattiva.
B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni taċ-ċanga friska pproċessata lokali sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 8317.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni taz-zokkor u f'export refund fuq iz-zokkor minn wara l-1 ta' Mejja 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' qmuħ u f'export refund fuq il-qmuħ minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8326.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni ta' ċereali u f'export refund fuq iċ-ċereali minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej :
Ross 32,280 Euro
Qamħirrum 1,984,604.22 Euro
Xgħir 922,717.40 Euro
Fil-każ tax-xgħir, għall-perjodu ta’ bejn Mejju u Ġunju 2004, l-ewwel pagament ilaħħaq għal 190,649.94 Euros. Fil-każ ta’ ross u qamħirrum ma kien hemm ebda importazzjoni mill-applikanti f’dak il-perjodu.
Ma kienx hemm applikazzjonijiet għal rifużjoni ta' esportazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq il-prezzijiet għoljin ta' l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħalib bħal cheddar cheese, Edam, eċċ. u f'export refund fuq il-prodotti tal-ħalib bħaċ-Cheddar cheese, edam eċċ. minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-allokazzjoni ta' fondi għall-perjodu Mejju – Diċembru 2004 kienet hekk kif ġej :
Ħalib xkumat 336,045 Euro
Butir 553,063.80 Euro
L-ewwel pagament għall-perjodu Mejju – Ġunju 2004 se jsir din il-ġimgħa, u huwa hekk kif ġej :
Ħalib xkumat 43,053.75 Euro
Butir 14,613.80 Euro
Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq l-importazzjoni ta' prezzijiet għoljin ta' taċ-ċanga tal-friża u f'export refund fuq iċ-ċanga tal-friża minn wara l-1 ta' Mejju 'il hawn? Lil min tħallsu? Kemm minn dawn l-ispejjeż ġodda għall-finanzi pubbliċi tħallsu mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-Gvern Malti? Kemm kienet id-differenza li kellu jħallas fi prezz għoli l-konsumatur irrispettivament minn dawn is-sussidji maħsuba biex suppost ma jogħlewx il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġew allokati 310,054.50 Euros minn Mejju – Diċembru 2004 għaċ-ċanga tal-friża u dawn ser jingħataw lill-applikanti li jlaħħqu sbatax. Kull-applikant ingħata l-kwota li applika għaliha u dalwaqt jirċievu ċekkijiet li jammontaw għal 53,997.54 Euros li jkopru l-perjodu bejn Mejju u Ġunju. Ma kien hemm ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 8591.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja l-appell tiegħu għall-consensus fil-politika lokali maċ-ċaħda tal-proposta ta' l-Oppożizzjoni biex titfassal strateġija nazzjonali permezz ta' konferenza nazzjonali dwar il-problema ta' l-immigranti llegali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-diskors li għamel il-Viċi Prim Ministru fl-Aġġornament tat-Tnejn 1 ta’ Novembru u cioé illi kif anke sostnejt jiena pubblikament, dil-Konferenza Nazzjonali tista’ ssir wara li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jippubblikaw il-politika tagħhom dwar l-immigrazzjoni.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il safra siefru iċ-chairmen, id-diretturi, is-senior officials u konsulenti tal-PBS Ltd. mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum, x'kien l-għan taż-żjara tagħhom, kemm damet kull mawra u x'kienet in-nefqa totali f'kull vjaġġ konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal lil Freeport Terminal Maltabiex jixtru l-ishma tal-kumpannija Brindisi Terminal Italia S.P.A. minkejja t-telf li din ilha tagħmel mis-sena 2000 'il quddiem? Il-Ministru ħass il-ħtieġa li jikkonsulta lill-Kabinett dwar deċiżjoni strateġika bħal din?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija li għamilt dwar din il-materja u li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tapprova t-talba tal-familja - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jixtru darhom, talba li ilha pendenti snin sħaħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tiffinalizza l-kuntratt tax-xiri tar-residenza mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant qabel ma jsir it-trasferiment lill-Awtorita' ta' l-art li fuqha hemm mibnija d-dar.