Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċanga tal-Friża/Vitella — Dazji

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm jammonta f'euros il-valur tad-dazji u tariffi fuq kull kilo laħam taċ-ċanga tal-friża u tal-vitella importat illum minn non EU countries, varjeta' b'varjeta' skond l-importazzjoni storika li l-gvern innegozja ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni meħtieġa qiegħda fuq id-DDS Website tal-Kummissjoni Ewropea. http://europa.eu.int/comm/taxation customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN (Tweġiba mogħtija: 11/11/2004AM) (Seduta Numru: 185)

Ċanga/Vitella — Sussidju fuq id-Dazji

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjooni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

New Zealand — High Quality Beef

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa kkalkolat mill-Gvern Nazzjonalista li l-konsumaturi lokali jridu jħallsu għal 1,000 tunnellata high quality beef minn New Zealand li storikament ikkonsmaw matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l konsumatur Malti għandu l-għa¿la ta’ l-istess kwalita’ ta’ laħam u bl-istess kwantita’ għal prezz orħos minn pajji¿i terzi oħra. Fil-fatt mill-1 ta' Mejju s'issa l-ebda mportatur m'applika għall-kwota tal-'high quality beef' minn New Zealand.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidji ta' euro 422 fuq tunnellata zokkor li l-gvern qed jissussidja bħala parti mill-prezz intern taz-zokkor ta' l-Unjoni Ewropea li huwa euro 770 kull tunnellata, jista' il-Ministru jinformana jekk id-differenza li jibqa' meta pparagunata mal-prezz taz-zokkor fis-suq internazzjonali min se jikun qiegħed iħallsu, jekk hux l-Unjoni Ewropea jew il-konsumaturi lokali? Jista' jinformana bl-istess sitwazzjoni li tirriżulta fuq prodotti oħra essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħal ġobon, butir, qmuħ, ċereali, frott frisk, eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari numru 8326 rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, u għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 8328, 8329 u 8331 rigward it-tieni parti.

Liċenzji tal-Vetturi — Żidiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żidiet f'dawn l-aħħar xhur fil-ħlasijiet ta' liċenzji marbuta mal-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar xhur ma kien hemm l-ebda żidiet fil-liċenzji tal-vetturi.

Ex-Ħaddiema ta' l-S.Steel — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-S.Steel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 8213, f'Seduta 176, liema Tweġiba tapplika wkoll għall-pensjonanti li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant.

Bormla — Inkurunazzjoni tal-Kwadru ta' l-Immakulata Kunċizzjoni

Question

Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla se jkun imfakkar iċ-ċentinarju ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' l-Immakulata Kunċizzjoni, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra bis-serjeta' li triq fiċ-ċentru ta' Bormla tissemma għal dan l-avveniment storiku?

Response (BORG, TONIO)

Proposta ta' tismija jew bdil fl-isem ta' triq, skond l-Avviż Legali Nru. 176 ta' l-1995, trid toriġina mill-Kunsill Lokali konċernat, u trid tiġi sottomessa għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq li jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija. Dan il-Kumitat diġa' irċieva proposta simili mingħand il-Kunsill Lokali ta' Bormla u qiegħed jikkonsidraha.

Air Malta/Enemalta — Xiri taż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat kummerċjali tal-korporazzjoni Enemalta u l-Airmalta, kemm żdiedet l-ispiża għal xiri taż-żejt mill-Airmalta u mill-korporazzjoni Enemalta minħabba l-prezzijiet rekord li laħaq iż-żejt dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Iż-żieda fiż-żejt kkunsmat kemm mill-Air Malta kif ukoll mill-Enemalta tiddependi fuq il-prezz internazzjonali taż-żejt partikulari wżat (Jet A1 għall-Air Malta u Gas Oil/ Light Sulphur Fuel Oil), il-valur tad-dollaru kontra l-lira maltija u l-arranġament li jkun sar konness max-xiri. Hu għalhekk impossibli li nagħti ċifra preċiża jekk mhux relatata ma perjodu partikolari.
Leg 10 PQ #7142 Sitting 184 2004-11-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Baħar iċ-Ċagħaq — Proġett tal-White Rocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju ta' natura kummerċjali f'dan l-istadju, fiex wasal il-proġett tal-White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju l-Gvern qed jara d-diversi possibilitajiet li għandu quddiemu rigward kif l-aħjar jipproċedi fuq dan il-proġett.

Open centres

Question

Tista' il-Ministru tgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat tal-Ministeru f'dan is-suġġett, kemm ġew indikati siti sabiex iservu bħala open centres fejn jiġu miżmuma l-immigranti llegali li jiġu pajjiżna u sa meta dawn se jkunu qed jintużaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minbarra blokki viċin il-kumplessi eżistenti Ħal-Far u sit f'Ħal-Balzan, li diġa' qed iservu bħala Open Centres għall-immigranti rregolari, ġew identifikati diversi siti oħra li possibilment jistgħu jservu għal dan l-iskop. Fost dawn hemm l-ex skola teknika fil-Marsa li x-xogħol fuqha hu mistenni jibda f'qasir żmien.

Dipartiment ta' l-artijiet — Sidien ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli, permezz ta' xi dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu jew tal-land registry, li permezz tat-tagħrif ta' l-indirizz sħiħ ta' proprjeta' wieħed jasal biex ikun jaf min hu s-sid?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni kollha pertinenti għar-Reġistru ta' l-Artijiet hija miżmuma u pproċessata fuq programm ta' kompjuter magħmul speċifikament għal dan l-iskop. Dan huwa l-Land Registry Certification System (LRCS). Dan il-programm jippermetti li klijent jagħmel talba għal informazzjoni fuq proprjeta': inkluż informazzjoni dwar min hu s-sid. L-uffiċjal tar-Reġistru imbagħad ifittex il-lokalita' u t-triq tal-proprjeta' in kwistjoni, din tiġi identifikata fuq pjanta elettronika u minn hemm tinkiseb l-informazzjoni mitluba. Il-programm huwa "Mapbased" u ma għandux il-fakulta' li jagħti informazzjoni fuq proprjeta' billi wieħed sempliċiment iforni ndirizz, imma wieħed irid jasal sar-Reġistru ta' l-Artijiet sabiex flimkien ma' l-Uffiċjal tad-Dipartiment, tiġu studjata pjanta ta' l-inħawi tal-proprjeta' sakemm din tiġi lokalizzata bl-eżatt. Barra minn hekk, irid jiġi nnotat ukoll illi r-Reġistru ta' l-Artijiet huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-titoli ta' proprjeta' li tinsab f'arei dikjarati bħala arei ta' reġistrazzjoni. U għalhekk talbiet għal informazzjoni jistgħu jiġu limitati biss għal proprjetajiet li jaqgħu f'dawn l-arei: sintendi il-proprjetajiet li dwarhom qed tintalab informazzjoni jridu jkunu reġistrati.

Occupational health & safety unit — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti l-occupational health and safety unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv fis-sena 2003 u 2004 (sal-lum)? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2003 daħlu 403 ilment rigward xogħol perikoluż li uħud minnhom kienu jinkludi nuqqas ta' lbies protettiv. Bejn Jannar u Awissu 2004, ġew reġistrati 394 ilment simili. L-ilmenti kollha li ġew reġistrati fit-2003 ġew investigati kollha. Fid-diversi każi, nħarġu ordnijiet sabiex jitwaqqaf ix-xogħol sakemm issir titjib, f'uħud saru rakkomandazzjonijiet, waqt li f'oħrajn hemm proċeduri kriminali pendenti. Fir-rigward ta' lmenti li daħlu matul is-sena 2004, parti sostanzjali minnhom ġew investigati, filwaqt li hemm oħrajn li għadhom qed jiġu nvestigati. Minn dawk li ġew investigati hemm uhud li nħarġulhom diversi ordnijiet, oħrajn rakkomandazzjonijiet fiwaqt li hemm oħrajn li ser jitresqu l-Qorti. Informat ukoll li barra l-ilmenti li ġew investigati mill-Awtorita' saru 161 viżta f'postijiet tax-xogħol oħra matul l-2003 u 185 viżti matul l-2004 (sa l-aħħar ta' Awissu 2004).

ETC — Rapporti dwar impjiegi llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu, sal-lum, rapporti fuq il-freephone imniedi mill-ETC sabiex jiġu rappurtati impjiegi llegali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Freephone ġie mniedi fl-14 ta' Lulju 2003. In-numru ta' rapporti li daħlu fuq din il-linja huwa hekk:- SENA 2003 SENA 2004 Lulju 84 Jannar 165 Awwissu 108 Frar 101 Settembru 102 Marzu 97 Ottubru 129 April 90 Novembru 101 Mejju 117 Diċembru 72 Ġunju 85 Total 596 Lulju 188 Total 843

Servizz Pubbliku — Studenti Universitarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni gradwati mill-universita' li qed jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom? Fejn qed jaħdmu? X'degree universitarju għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 312-il persuna fil-General Service li għandhom degree universitarja. Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi hemm ukoll 175 persuna fi gradi dipartimentali, professjonali jew b’kuntratt li għandhom degree universitarja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-impjegati. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni oħra dwar persuni li m’humiex fil- General Service li jaqgħu taħt ministeri oħrajn, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

ETC — Impjieg bla Permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Settembru 2004 kien hemm 1006 persuni li nqabdu jaħdmu bla ma kienu reġistrati ma' l-ETC. Minn dawn 48 kienu barranin. Informat ukoll li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika dwar it-tip ta' xogħol li kienu qed jagħmlu.

Saħħa — Nurses Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu Malta llum? Minn liema pajjiż huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika dwar infermiera barranin kollha li jaħdmu f'Malta. Dettalji ta' infermiera u qwiebel barranin li jaħdmu mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' fi Sptarijiet jew Kliniċi pubbliċi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa — Tobba Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu Malta llum? Minn fejn huma u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Divżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika tat-tobba barranin kollha li jaħdmu f'Malta. Id-dettalji tat-tobba barranin li jaħdmu mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.