Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali? Liema huma? Kemm hu n-numru tat-tfal li jattendu f'kull skola? Kemm huwa n-numru totali ta' impjegati f'kull skola f'kull grad? Kemm hija l-ispiża totali fis-salarji f'kull skola? Kemm hija l-ispiża għat-trasport f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #8772 Sitting 186 2004-11-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti kapitali

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew se jsiru permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu din is-sena? Tista' tgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' liri Maltin ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġetti Kapitali li se jsiru permezz ta’ ħruġ ta’ tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu din is-sena huma: Upgrading (infrastrutturali) tal-Biċċerija f’Għawdex Lm 45,431.85 Dan l-ammont ser jittieħed mill-vot kapitali Nru. 7118 Xogħol urġenti fil-bini ta’ ħajt fi triq Għajn Damma, Xagħra, Għawdex Lm 3,890.47 Dan l-ammont ittieħed mill-vot kapitali 7119 Tneħħija ta’ suffit ta’ l-Asbestos mis-sala tal-Maternita' u mit-taqsima tat-Tobba Lm 19,856 Installazzjoni ta’ suffit ġdid fis-sala tal-Maternita' Lm 3,257 Installazzjoni tas-sistema tal-Medical Gases għas-sala tal-Maternita’ Lm 5,545.05 Tqiegħed tal-linoleum Lm 17,121 Dawn kollha ttieħdu mill-vot kapitali Nru. 7129

Skola San Miguel — Trasport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għat-trasport tat-tfal li jattendu San Miguel fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u kemm mistennija tkun din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa għat-trasport tat-tfal li jattendu l-iskola San Miguel għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 hija :- Mil 25 ta' Settembru 2000 sa 6 ta' Lulju 2001 Lm14,792.00 Mil 24 ta' Settembru 2001 sa 5 ta' Lulju 2002 Lm15,308.00 Mil 23 ta' Settembru 2002 sa 3 ta' Lulju 2003 Lm14,964.00 Mil 29 ta' Settembru 2003 sa 2 ta' Lulju 2004 Lm15,050.00 Mil 27 ta' Settembru 2000 sa 1 ta' Lulju 2005 Lm23,322.00

Ħut

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx speċi ta' ħut li huma fil-periklu ta' estinzjoni m ill-ibħra Maltin? Jekk dan hu l-każ, x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fuq bażi ta’ xjenza ma hemm l-ebda speċi ta' ħut li hu fil-periklu ta’ estinsjoni fil-Mediterran.

Skola San Miguel — Nefqa Kapitali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fl-iskola San Miguel fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, sena b'sena u kemm mistennija tkun din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

In-nefqa kapitali u rikorrenti fl-iskola San Miguel kienet ta : Sena Kapitali Lm 2000 21,451 2001 15,000 + 2,917.84 2002 8,590 2003 12,300 + 44,479.63 2004 11,689 + 74,882.80 Dwar l-ispiża rikorrenti tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

BICAL — Kontrolluri

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm-il kontrollur/i tal-BICAL kien hemm minn mindu spiċċa l-BICAL? Kemm tħallsu kull kontrollur u kemm ħallsu taxxa kull wieħed minn dawn il-kontrolluri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #8778 Sitting 186 2004-11-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 8458 u għar-risposta relattiva mogħtija fl-1 ta' Novembru 2004, tista' il-Ministru tagħti dettalji dwar kull impjegat li hemm elenkati fil-lista ta' l-impjegati mogħtija fl-istess risposta, kemm ilu ma jattendi kull impjegat għax-xogħol fil-qorti tul dawn l-aħħar xhur u r-raġuni għaliex? Tista' il-Ministru tgħid ukoll jekk sarux xi transfers jew secondments minn sezzjoni għal oħra jew minn uffiċċju għal ieħor fi ħdan l-istess dipartiment tal-customer services? F'każ affermattiv, tista' il-Ministru tgħid fuq awtorizzazzjoni ta' min saru dawn it-transfers jew secondments u jekk tali uffiċjali għandhomx jitħallsu mill-fond allokat lill-qorti ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Saru tliet postings li jridu jiġu regolarizzati.

Awtorita' tad-Djar — Każ dwar anzjana

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ma ħaditx il-flus kollha mill-awtorita' tad-djar? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar approvat somma biex il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tagħmel xogħol kemm ta' bdil ta' madum kif ukoll ta' rranġar ta' twieqi. Fil-fatt din il-persuna ddeċidiet li ma tibdilx il-madum u għalhekk is-somma mogħtija tkopri biss dik approvata għall-irranġar tat-twieqi.

SVPR — Menu ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-menu ta' l-ikel offrut lill-anzjani ġewwa l-SVPR għas-snin 2003, 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi sottomess il-menu ta' din is-sena u qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-differenza għas-sena 2003 u 2005 hi biss fil-ġranet u mhux fil-kontenut.

Trobbija tat-tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed issir xi forma ta' kontroll biex min ibigħ il-broilers ma jagħmilx hekk lil persuni li m'għandhomx il-permessi meħtieġa għat-trobbija tat-tiġieġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk hu qiegħed jirreferi għal day old chicks ninfurmah li dan it-tqassim huwa taħt kontroll, u li bejgħ jista' isir biss lil dawk li għandhom il-permess wara li dawn ikollhom il-permess mit-Taqsima ta' l-Ikel u l-Attivita' Veterinarja maħruġ fuq il-formola is-safra.

Importaturi tat-tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi biex jiġu nvestigati diversi rapporti li saru lill-awtoritajiet konċernati fuq importaturi li qed jimportaw tiġieġ sħaħ, jiddifrostjawhom, iqattgħuhom u mbagħad jerġgħu jiffriżawhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fejn kien hemm rapporti saru l-investigazzjonijiet. Irrid niċċara li tiġieġ, jew partijiet tat-tiġieġ iffriżati jistgħu jitqattgħu mingħajr ma jsir defrosting fi stabbilimenti li huma approvati għal dan it-tip ta' xogħol taħt il-kundizzjonijiet ta' iġene adegwati.

Trobbija tat-tiġieġ — Sussidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu s-sussidji li għandhom jingħataw lil dawk li jrabbu t-tiġieġ peress li jidhru li ilhom ma jitħallsu minn Awissu li għadda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sussidji li kellhom jingħataw lil dawk li jrabbu t-tiġieġ tħallsu fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru wara li saru l-verifiki meħtieġa ta’ l-ammonti dovuti.
Leg 10 PQ #8797 Sitting 186 2004-11-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Stabilimenti — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8580 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ż-żewġ stabilimenti msemmija għandhom liċenza ta' bar, u wieħed minnhom, it-tieni wieħed, għandu wkoll liċenza ta' restaurant. Dan, skond it-tagħrif mogħti lill-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu mill-Pulizija meta dawn il-liċenzi ġew trasferiti lill-istess Awtorita` fl-2002, għandu wkoll extension of time till 4 a.m. u playing of music.

Sptar Mater Dei — Sodod

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkun hemm sodod fl-isptar Mater Dei hekk kif jiftaħ fl-2007?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Isptar Mater Dei sa issa għandu l-kapacita' ta' 825 sodda ta' l-in-patients u 54 day-beds. Għaddej eżerċizzju biex jakkomodaw sodod għad-dermatoloġija u l-onkoloġija u r-renal unit.

Importazzjoni tat-tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk hawnx kontroll adegwat fuq il-kwantita' ta' tiġieġ li ġejjin minn barra peress li ħafna bdiewa Maltin jidhru li qed ikollhom irabbu biss madwar terz tal-kwota tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li qiegħed isir monitoraġġ ta' l-importazzjoni ta' tiġieġ minn barra, skond l-Avviż Legali Numru 234/2004.