Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex l-AECs u l-counting assistants li servew fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali għadhom ma tħallsux? Jista' jgħid meta se jinħarġu ċ-ċekkijiet dovuti lil dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħlas lill-Counting Assistants li servew fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali sar f’Lulju ta’ din is-sena filwaqt li ċ-ċekkijiet ta’ l-assistenti kummissjonarji ser jintbagħtu bil-posta dan ix-xahar stess.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fid-diversi Taqsimiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma saru l-ebda stallazzjonijiet jew kien hemm xi ħsieb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, għalkemm il-kumpanija Wasteserv Malta Limited bdiet studju fil-mi¿bla l-antika tal-Magħtab li jinkludi l-installazjoni tal-"Wind Monitoring Mast" biex jiġi studjat il-potenzjal tar-riħ f'dan is-sit. Dan l-istudju ġie kkummissjonat lill-kumpanija Malta University Services Limited u ser jiswa Lm6,153. Konxja mill-fatt illi l-iskart huwa sors ta' enerġija, il-kumpanija WasteServ Malta Limited qed tinvesti f'faċilitajiet moderni bħal dik li tinsab fis-sit ta’ Żwejra biex tirkupra din l-enerġija mill-iskart.
L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ipġpjanar fix-xhur li għaddew lestiet energy audit tal-bini tagħha biex tevalwa ukoll fejn jista’ jkun hemm aktar konservazzjoni ta’ enerġija.
Minn-naħa l-oħra, fis-sena 2004 kemm il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kif ukoll l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) krew electric car kull wieħed. Barra hekk fil-ġranet li għaddew numru ta’ vetturi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l- Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bdew jużaw il-biodiesel.
Minħabba l-qagħda finanzjarja li tinsab fiha l-pensjonanta anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jista' jiġi vverifikat il-kont tagħha tad-dawl - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu wkoll separatament - u jekk jinstab li huwa korrett, il-ħlas forsi jkun jista' isir ftit ftit kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Enerġija Solari
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li sa issa l-ebda dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel stallazzjoni għal riżorsi ta' enerġija alternattiva. Madankollu, fil-bini u l-immodernizzar ta' l-iskejjel qed tibda tiġi konsidrata l-vijabilita' ta' l-użu ta' enerġija solari.
Peress illi l-persuni morda bil-kanċer iridu joqogħdu jitilgħu Malta għal trattament li huwa ta' inkonvenjent u tbatija kbira speċjalment fix-xitwa meta l-baħar ikun imqalleb, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li pazjenti Għawdxin jingħataw priorita' biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn Għawdex kemm jista' ikun malajr?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-kas ta' l-Isptar Sir Paul Boffa, din is-sistema diġa' hija prattikata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Gozo Channel li jaħdmu fl-uffiċini? Jista' jagħti l-mansjonijiet rispettivi u l-pagi u allowances rispettivi? Jista' jgħid kemm hemm impjegati mal-customer care section u kemm hi l-paga tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li sfortunatament il-persuni li qed jitilgħu Malta għat-trattament tal-kanċer qed jiżdiedu, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li dawn it-trattamenti jibdew jingħataw Għawdex stess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma jagħmilx sens li tiżviluppa kura speċjalizzata għal kanċer f'aktar minn ċentru wieħed meta tikkonsidra l-ħtiġijiet ta' din it-tip ta' kura għall-popolazzjoni ta' Malta u Għawdex flimkien.
Peress illi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm ħafna ħmieġ u peress li hemm ħafna tgergir mill-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan u jara li fuq il-vapuri jkun hemm l-indafa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk fil-prezz finali miftiehem ma' SKANSKA, minbarra l-claims tal-kuntratt il-ġdid, hemmx ukoll inkluż il-ħlas tal-claims pendenti tal-kuntratt il-qadim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezz miftiehem ma’ Skanska Malta JV jinkorpora l-ispiża kollha miftehma ma’ Skanska inkluż it-talbiet kollha pendenti ta’ claims.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-rank ta' management fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Kemm minn dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom karozza u segretarja jew segretarju?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li hemm sitta u għoxrin (26) ħaddiem fir-rank ta' management fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Għaxra (10) minn dawn il-ħaddiema għandhom karozza għad-dispożizzjoni tagħhom.
Informat ukoll dawn il-ħaddiema kollha għandhom magħhom xi skrivan jew skrivana li parti mix-xogħol tagħhom hu dak segretarjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8566 u cioe' jista' jgħid kif se jsiru n-negozjati biex il-gvern jiddisponi mill-proprjetajiet fil-qasam tal-lukandi li għandha l-Air Malta? Kif se jiġu identifikati x-xerrejja prospettivi? Minn min se jsiru n-negozjati għan-naħa tal-gvern mill-MIMCOL?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid hemm huwa n-numru ta' tfal li kienu jmorru fl-iskejjel primarji u kellhom jerġgħu jmorru f'San Miguel minħabba li fl-iskejjel sekondarji m'hemmx faċilitajiet għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm l-ebda każ fejn studenti li jattendu skola tal-gvern kellhom jirritornaw lura għall-iskola San Miguel minħabba nuqqas ta' faċilitajiet. Jekk l-Onor. Membru għandu xi informazzjoni preċiża napprezza li jgħaddihieli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw din is-sena kontravenzjonijiet tat-traffiku f'Għawdex: a) mill-gwardjani lokali; b) mill-pulizija?
Kemm ġew immultati l-Għawdxin din is-sena f'Għawdex għal dawn il-kontravenzjonijiet? Kemm kontravenzjonijiet inħarġu f'Għawdex din is-sena li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u kemm weħlu multi fuq l-ambjent f'Għawdex din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2004 nħarġu 2,922 taħrikiet marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija f'Għawdex. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżatt liema ksur ta' liġi qed jirreferi għalih.
Għal dak li jirrigwardja l-kontravenzjonijiet li ngħataw mill-Gwardjani Lokali, ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.