Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPM — Taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, sa fejn hu possibli, qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Taxxi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #8884 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bdil fit-taxxi, tariffi jew miżati fid-dekasteru tiegħi minn April 2003 sa' llum.
Leg 10 PQ #8885 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Perit Richard England

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8669 u cioe' jista' jgħid kemm tħallas il-Perit Richard England minn meta beda l-ħidma tiegħu sal-lum fuq il-proġetti ta' St James Cavalier, is-sit tat-Teatru Rjal u l-masterplan għal Bieb il-Belt, bil-pagamenti separatament u bid-data ta' meta tħallas?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8669.

Riċerki/trasferimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita' xahar b'xahar matul Jannar 2004 u Ottubru 2004? Kemm kien il-ħlas li l-gvern ħallas lill-kuntrattur għas-servizzi ta' riċerki li dan ipprovda lill-gvern matul l-istess perijodu? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-gvern għandu jieħu ta' riċerki li ma nġabrux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Jannar 2004 u Ottubru 2004 l-ammont ta’ flus miġbura u mħallsa għal riċerki uffiċjali u trasferimenti u passivita’ mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet huwa kif ġej: Riċerki Ammont ta’ flus miġbura mill-Gvern Ammont ta’ flus li l-Gvern ħallas lill-Kuntrattur 2004 Lm Lm Jannar 100,146 98,261 11,202 rigward żieda fil-paga minima Frar 82,365 80,992 9,233 rigward żieda fil-paga minima Marzu 98,097 96,462 10,997 rigward żieda fil-paga minima April 110,300 108,461 Mejju 103,356 101,634 Ġunju 94,408 92,831 Lulju 85,574 82,287 Awissu 84,532 80,432 Settembru 83,824 79,928 Ottubru 91,928 87,632 Total 934,530 940,352 Infurmat ukoll illi l-ammont ta’ flus li l-Gvern għandu jieħu ta’ riċerki li ma nġabrux huwa ta’ Lm30,801.87,0.

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GVN-451 fil-preżent mhix irreġistrata fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mid-dokumenti ta’ l-Uffiċċju jidher li qatt ma kienet irreġistrata fuq dan l-Uffiċċju.

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qeda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi tweġiba oħra.

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Kuntratti pubbliċi — Taxxa tal-boll

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li l-gvern daħħal bħala taxxa tal-boll u provisional capital gains tax fuq kuntratti pubbliċi xahar b'xahar bejn Jannar 2002 u Settembru 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

UE — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien is-sehem/kontribuzzjoni Maltija lill-Unjoni Ewropea xahar b'xahar bejn l-1 ta' mejju 2004 sal-lum? Kif tħallsu dawn il-flus/kontribuzzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Iżda magħha qed inżid ukoll informazzjoni ta’ dak li Malta rċeviet matul l-istess perjodu mill-Unjoni Ewropea. Dan qed nagħmlu biex tingħata stampa sħiħa tal-qagħda tal-pagamenti lejn u mill-Unjoni.

Passaporti — Emblema ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx stampati passaporti ġodda Maltin bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm kien l-ammont ta' dawn il-passaporti? Kemm kienet l-ispiża għalihom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi numru ta' passaporti li ġew obsolete?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma ġewx stampati passaporti ġodda bl-emblema ta' l-Unjoni Ewropea. Il-passaporti li kienu fl- istock fl-1 ta' Mejju 2004, li kienu jammontaw għal 37,200 ġie stampat fuqhom il-kliem "Unjoni Ewropea" liema stampar ġie jiswa Lm1,756.

MEPA — Permessi għall-proġett ta' slum clearance

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi hemm pendenti quddiem il-MEPA għal proġett ta' slum clearance? Meta saru l-applikazzjonijiet pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha applikazzjoni waħda għat-tip ta' żvilupp li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. L-applikazzjoni PA 5863/99 ġiet validata fl-10 ta' Ottubru 2002.

Uffiċċju Konġunt — Djar ta' abitazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha djar ta' abitazzjoni l-Joint Office u kemm minnhom vojta maqsuma skond kull lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għandu 1,789 postijiet mikrija bħala residenzi. Infurmat ukoll illi l-Uffiċċju Konġunt għandu f'idejh iċ-ċwievet ta' 22 post vojt fil-lokalitjiet kif jidhru hawn taħt:- Lokalita' Numru Bormla 5 Binġemma 1 Iklin 1 Msida 3 Pieta' 2 Qormi 1 Senglea 1 Siġġiewi 1 Valletta 7 Djar vojta li jistgħu jiġu rranġati għal akkomodazzjoni soċjali qed jiġu trasferiti lil Awtorita' tad-Djar.

Kunsilli lokali — Bdil ta' bozoz

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm-il bozza nbidlu mill-kunsilli lokali din is-sena? Jekk mhux ta' diffikulta' żejda, jista' jagħtini breakdown lokal lokal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — Bdil ta' gallariji ta' l-injam

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk l-iskema tal-MEPA dwar bdil ta' gallariji ta' l-injam hijiex limitata għal xi lokalita' jew le? X'inhuma l-parametri biex wieħed ikun jista' japplika?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Iskema għal galleriji ta' l-injam li ħarġet l-aħħar kienet għall-Non Government Organisations (NGOs) u każini f' Malta u Għawdex. L-Iskemi l-oħra li ħarġu qabel kienu limitati għall-Kottonera, Belt u Furjana. Fil-preżent ma hemmx sejħiet għal applikazzjonijiet għall-Għotjiet ta' Flus għall-Galleriji ta' l-Injam li toħroġ mill-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Satellite dishes

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jagħtini n-numru ta' satellite dishes li nbiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qatt ma ntalbet jew inżammet informazzjoni dwar numru ta' Satellite Receivers mibjugħa, għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi mogħtija. Madankollu jirriżulta li fl-2002, 2003 u 2004 kienu reġistrati 6144, 2581 u 181 satelliti rispettivament mill-Wireless Telegraphy.

Milk fat content

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm hu l-milk fat content tal-ħalib Malti u dak tal-ħalib li qed jiġi mportat? Jekk hu possibbli għalih, jista' jagħmel ukoll referenza għat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea fuq dan il-punt partikolari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li taħt id-Drinking Milk Directive, il-ħalib jista' jkun skimmed, semi-skimmed jew whole milk. Dak li jiġi impurtat jista' jaqa' taħt kull tip msemmi. Dak li hu prodott hawn Malta jaqa' taħt l-istess kategoriji, biss għal dak li jirrigwarda whole milk, il perċentwali ta' milk fat content huwa ta' 2.5 fil-mija, waqt li dak impurtat huwa ta' 3.7 fil-mija.