Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Enerġija Solari
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-Dipartimenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili, tat-Telegrafija mingħajr Fili, id-Diviżjoni tal-Kummerċ u d-Diviżjoni tal-Konsumatur m'għandhomx sorsi ta' enerġija kif indikati fid-domanda.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-sistema ta' misħun li topera permezz ta' Solar Panels ġiet stallata fl-iSports Hall il-ġdid tal-Kottonera. Il-panels infushom stallati fil-post u xi apparat ieħor, bħal pompi li jiċċirkulaw l-ilma u l-filters ta' l-ilma, ammontaw għal madwar Lm8,200.
Il-Ministeru wkoll kera karozza li taħdem bl-elettriku għal Lm5.17ċ kuljum.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enerġija Solari
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tagħha li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' kanċer bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 f'Malta u f'Għawdex separatament? Jista' in oltre jagħti l-informazzjoni lokalita' b'lokalita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi t-traffiku dejjem qed jiżdied fir-Rabat, Għawdex u d-dħaħen qed jikkawżaw ħafna mard, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb jew jekk hux qed isir xi studju dwar xi bypass għat-traffiku f'din il-lokalita'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-possibilita' ta' bypass għat-traffiku fil-lokalita' tar-Rabat Għawdex ma' hix eskluża.
Peress illi issa diġa' ilu xi xhur li għalqu l-applikazzjonijiet għall-kuntistabbli mal-korp tal-pulizija u li diġa' saru l-eżamijiet mediċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews biex dawn l-applikanti jkunu jafu x'se jiġri minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-intervisti in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta' taħriġ għal kuntistabbli rġiel u nisa bdew isiru.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-ammont totali tan-nefqa kapitali u rikorrenti li għamlet il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u sa Awissu ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont totali tan-nefqa kapitali u rikorrenti li għamlet il-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u sa Awissu ta' din is-sena huma kif ġejjin:
Sena
Nefqa rikorrenti mingħajr diprezzament
Nefqa kapital
Lm
Lm
2000
211,198
32,474
2001
183,221
19,670
2002
310,535
26,080
2003
295,547
12,301
2004 sa Awissu
162,403
1,812
In-nefqa ta' l-FMS ma tinkludix spejjeż diretti ta' l-Isptar Mater Dei. L-infiq kollu in-konnesjoni mal-Mater Dei huwa mħallas dirett mill-Ministeru tas-Saħħa u mhux mill-FMS.
In-nefqa rikorrenti ta' l-FMS tinkludi salarji, kiri ta' l-uffiċini u spejjeż amministrattivi filwaqt li n-nefqa kapitali hija magħmula minn għamara ta' l-uffiċini, karozzi u equipment eletroniku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti social cases li hemm fl-isptar San Luqa? Kemm huwa kkalkolat li jiswa kull pazjent li jkun social case u li jkun qed jinżamm fl-isptar San Luqa? Kemm minn dawn il-pazjenti fl-isptar San Luqa li huma kkonsidrati bħala social cases qed jistennew li jiġu trasferiti għal SVPR jew xi dar ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li huma ikkunsidrati bħala social cases sal-lum l-Isptar San Luqa huwa ta 69. Kull pazjent ikoverat fl-Isptar San Luqa jiswa bejn wieħed u iehor Lm110 kuljum. Wieħed irid jikkunsidra ukoll li hemm spiża oħra meta tikkunsidra dawn is-social cases ikunu jokkupaw soddod li jistgħu jiġu użati għal bżonnijiet akuti ta pazjenti oħra. Dawn is-social cases kollha qed jistennew li jiġu trasferiti għal SVPR.
Jista' il-Ministru jgħid kemm pazjenti ta' nazzjonalita' barranija ġew ikkurati fl-isptar San Luqa bħala out-patients u bħala in-patients tul l-2003 u l-2004 sa l-aħħar ta' Ottubru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti ta' nazzjonalita' barranija li ġew ikkurati fl-Isptar San Luqa huma kif ġej:
2003
Out-Patients 4,122 (jinkludu dawk il-pazjenti li attendew id-dipartiment ta' l-emerġenza)
In-Patients 1,229
2004(sa l-aħħar ta' Ottubru)
Out-Patients 4,281 (jinkludu dawk il-pazjenti li attendew id-dipartiment ta' l-emerġenza)
In-Patient 1,013
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali ta' flus dovuti lill-gvern minn pazjenti mhux Maltin u mill-insurances tagħhom? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fl-SVPR f'din l-aħħar sena? Kemm kellhom eta' u minn liema lokalita' kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li daħlu f'San Vinċenz mill-1 ta' Jannar sa 10 ta' Novembru 2004 huwa ta' 250.
L-informazzjoni dwar eta' u lokalita' ta dawn ir-residenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm nefaq il-gvern fis-CDAU fis-snin 2002 u 2003? Kemm hemm impjegati jaħdmu full-time u part-time fis-CDAU? X'inhi l-professjoni ta' dawn l-impjegati? Kemm minn nefqa totali hija dovuta għall-pagi u kemm għat-trasport, ilma, dawl, stationery u tindif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li d-dipartiment tas-saħħa ċċarġja lill-pazjenti barranin direttament jew lill-insurances tagħhom għall-kura li jkunu ngħataw fl-isptarijiet u kliniċi tal-gvern tul is-snin 2001, 2002, 2003 u sa Awissu ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jordna li jiġi nvestigat il-każ tad-drenaġġ li qiegħed jinstadd b'mod regolari fi flat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-problema hija riżultat ta' ħsara fil-konnezzjoni privata. Għalhekk il-ħsara trid tissewwa mis-sid.
Peress li issa s-servizz tal-helicopter spiċċa, tista' il-Ministru tgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għaliex?
Jista' il-Ministru jgħid huwiex minnu li fil-Palazz tal-President f'San Anton dan l-aħħar saret ħsara fuq linfa antika li hija smtata li tiswa madwar Lm7,000 minħabba li din inkisret waqt li kienet qed tinġarr minn kamra għall-oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li saret ħsara fil-linfa fil-Palazz ta' San Anton liema linfa kienet smata LM 5000 fis-sena 2000. Il-ħsara ġrat meta tqaċċtet il-katina tal-linfa hekk kif kienet qed titniżżel biex titpoġġa f'kamra oħra fil-Palazz. L-istima biex tissewwa din il-ħsara għad trid tiġi stabbilita. Dan kien inċident sfortunat u qed issir investigazzjoni interna u ser jittieħdu passi biex inċidenti simili jiġu evitati.