Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Industrial Parks — Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il biċċa art għandha l-kumpannija Malta Industrial Parks ġewwa Ħal Far? Kemm minnhom qed jiġu wżati u kemm le? Xi ħsieb hemm fuq dawk li mhux qed jiġu wżati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks tqis iż-żona industrijali ta’ Hal Far bħala art waħda. Din titqassam skond il-ħtiega ta’ proġetti li jkunu approvati. Isir sforz biex kemm jista’ jkun isir l-aħjar użu u ma jkunx hemm ħela ta’ art meta din tkun allokata. L-art li għadha mhix zviluppata tinżamm għal meta din tkun meħtiega. Meta u sa kemm ikun possibli tintuża propjeta` eżistenti biex ma titteħidtx art verġni.

Surges tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir l-investigazzjoni neċessarja dwar ħsarat kontinwi li qed issofri f'appliances il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba surges tad-dawl fosthom fl-14 ta' Settembru 2007 u fil-25 ta' Settembru 2007? Jekk din hi r-raġuni, jista' jara li ma tkunx din il-familja li ssofri d-danni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li L-Enemalta s'issa ma rċiviet l-ebda claim għad-danni minn għand il-persuna konċernata. Din il-persuna tista' tikteb lill-Cusomer Cara bid-dettalji kollha u l-irċevuti tal-appliances li sofrew ħsarat u l-Korporazzjoni tinvestiga l-kaz.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa fuq apparat energy saving matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet kif ġej: Taqsima Jannar Lm Frar Lm Marzu Lm Anzjani u Kura fil-Komunita' 100.00 - - Sptar Monte Carmeli 81.58 97.23 118.17 Sptar Zammit Clapp 145.15 49.38 -

MITI — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25606.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm id-Direttur, Ikel Alimentari u Dijanjostika, li għalqilha l-kuntratt u ma ġġeddidx. Il-persuna kkonċernata applikat għal sena parental leave. Kien hemm ukoll impjegat ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li rriżenja mill-pożizzjoni ta’ Direttur, Servizzi Korporattivi.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li huwa diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu impatt pożittiv.

Msida — Teħid ta' droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati dwar it-teħid tad-droga saħansitra matul il-jum fid-dawl tax-xemx fi Triq Oscar Zammit, Msida kif jixhdu s-siringi li rajt b'għajnejja stess f'areas riżervati għall-parkeġġ tal-karozzi tar-residenti u saħansitra wkoll oħrajn li ġew mitfugħa fil-parapetti ta' xi wħud mir-residenzi? Possibbli li billi dawn l-att diversi drabi jsiru anke matul il-jum, il-pulizija qatt ma ħadet passi konkreti dwar dan l-abbuż f'żona residenzjali kwieta u rispettabbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija mill-iskwadra ta' Kontra d-Droga, spezzjonaw it-triq indikata, u instabu u ġew elevati ħames siringi użati. Dawn instabu f'diversi postijiet tul it-triq indikata, man-naħa tal-ħajt tal-Junior College. Ġie elevat ukoll bott tal-Ice Tea li jidher li setgħa intuża sabiex tiġi abbużata d-droga. Kemm il-bott kif ukoll is-siringi ħlief għall-waħda jidhru li kienu pjuttost antiki. F'dawn l-aħħar xhur ġew arrestati tlett persuni minn dawk l-inħawi. Tnejn minn dawn il-persuni filfatt instabu fil-pussess ta' droga għall użu personali tagħhom filwaqt li persuna oħra instabet fil-pussess ta' ammont ta' droga li kienet intiża sabiex tiġi traffikata. Madankollu ser jibqgħu isiru spezzjonijiet u ronda frekwenti f'dawk l-inħawi mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga u dawk distrettwali.

San Gwann — Trasport pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija preċedenti li għamilt dwar l-istess suġġett, jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li komplew jasluli din id-darba minn residenti fil-Kappara li t-Trasport pubbliku minn San Ġwann lejn il-Belt u lura m'huwiex iżomm il-ħinijiet tiegħu, tant li s-servizz minkejja l-frekwenza stipulata tiegħu m'huwiex ikun regolari?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li meta jsiru dawn l-ilmenti, dawn għandhom jiġu investigati billi jiġu irrapurtati immedjatament jew fl-uffiċju ta’ City Gate fuq in-numru 21231216 fejn ikun hemm żewġ uffiċjali ta’ l-ADT bejn l-5.30 ta’ filgħodu u l-11.00 ta’ bil-lejl jew inkella fuq freephone 800 72393. Minkejja dan, it-taqsima ta’ l-Infurzar fi ħdan l-ADT ser tiżgura li dan l-abbuż ma jseħħx.

Toroq dojoq — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru flimkien ma' l-awtorita' kompetenti jinvestiga l-ilmenti ta' residenti ta' Triq H. Calleja Schembri, Msida dwar id-drawwa riċenti li jgħaddu karozzi tal-linja minn ġo fiha minkejja d-djuq ta' triq għax dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li din it-triq hija l-uniku aċċess li jeżisti skond is-sistema ta’ l-immaneġġjar tat-traffiku sabiex ikun jista’ jingħata servizz tat-Trasport Pubbliku f’dawk l-inħawi.

Pjazza ta' San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba l-mod rrankat li bih jitla' t-traffiku mill-pjazza ta' San Ġiljan - qrib l-għassa tal-pulizija - għat-telgħa li tagħti lejn it-Triq Reġjonali, jiġu ntrodotti traffic calmers b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal ‘traffic calmers’ fi Triq Mikiel Ang, Borg li taghti mall-pjazza ghal Triq Regjonali. Mill- Police Accident Report ghas-snin 2005 w 2006, irrizulta li kien hemm incident wiehed biss li nvolva persuna li weggghet hafif w l-awtorita’ ma ghandha l-ebda informazzjoni li turi li dan l-incident sehh minhabba sewqan esegerat.

Asfaltar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jindika meta ser isir l-asflatar ta' Nazju Ellul Str, Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-triq hija parti mill-programm ta' toroq li jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.

Ħaddiema Għawdxin f'Malta

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 26780 dwar ħaddiema Għawdxin f'Malta, jista' l-Prim Ministru issa jagħtini t-tagħrif mitlub li 3 xhur ilu qal li kien qed jinġabar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f’Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 843 ħaddiema Għawdxin jaħdmu Malta. Dan in-numru jinkludi wkoll ħaddiema ta’ korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern. Dettalji tal-gradi, fejn jaħdmu u x’kumpens jieħdu dawn il-ħaddiema jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gozo Channel

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26781 dwar l-opinjoni motivata ta' l-UE għar-rigward tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħidli xi żviluppi kien hemm dwar dan il-każ f'dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda żviluppi dwar dan il-Każ f'dawn l-aħħar tliet xhur.
Leg 10 PQ #27550 Sitting 560 2007-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Improving the quality of health and leisure

Question

B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 25881 u 26786 dwar il-Lm1,750,000 ivvotati għall-improving the quality of health and leisure (ERDF), tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub u li tliet xhur ilu qaltli li qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-progetti ppjanati taht improving the quality of health and leisure (ERDF) huma r-Rikostruzzjoni ta' Triq ta' Pinu u tax-Xlendi kif ukoll l-Immodernizzar tas-Sala tal-Operazzjonijiet u t-Twaqqif tar-Radiology Unit fl-Isptar Generali t'Ghawdex. Ghal dawn il-progetti giet sottomessa applikazzjoni taht il-Fondi Strutturali 2007-2013. L-istima ghal dawn il-progetti hija ta' Lm5,117,180.
Leg 10 PQ #27551 Sitting 560 2007-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Flus ivvotati għall-product developmnet

Question

B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 25882 u 26793 dwar il-Lm1,400,000 ivvotati għall-product development (ERDF), tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub u li 3 xhur ilu qaltli li qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-progetti ppjanati taht product development (ERDF) huma Upgrading tal-Villa Rundle u Upgrading taz-Zewwieqa. Ghal dawn il-progetti giet sottomessa applikazzjoni taht il-Fondi Strutturali 2007-2013. L-istima ghal dawn il-progetti hija ta' Lm5,213,820.
Leg 10 PQ #27552 Sitting 560 2007-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ippjanar dettaljat tal-proġett Villa Rundle tlestiex? Jekk le, meta mistenni li jistlesta? Jekk tlesta it-tender għalih ħarġet? Jekk le, meta mistennija li toħroġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kemm il-fazi ta' ppjanar iddettaljat kif ukoll it-tfassil ta' l-ewwel Tenders mehtiega biex ix-xoghol tat-tisbih tal-Villa Rundle eventwalment isehh jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa mahsub li l-ewwel Tneders jigu ppublikati fl-ewwel xhur tas-sena d-diehla.
Leg 10 PQ #27553 Sitting 560 2007-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Master plan taċ-Ċittadella

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tlestiex id-dokument biex toħroġ offerta għal master plan għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella. Jekk le, meta hu mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-drafting tat-tender mehtieg biex jigi ikkummisjonat il-Master Plan ghall-Konservazzjoni u l-Immaniggjar tac-Cittadella mistenni jitlesta fil-gimghat li gejjin.