Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' tkabbir ta' siġar tal-frott f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.
Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-agro industrija f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.
Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-aquakultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq għall-armar fir-rovini tat-Teatru Rjal u l-postijiet oħra fejn sar il-Festival ta' l-Arti matul dan is-Sajf? Kemm kien l-infiq u min ħa t-tender għall-armar tad-dawl u l-ħoss? Kemm qam l-overtime globali u għal kull attivita? Kemm kien l-infiq fejn għandu x’jaqsam stampar, bħal programmi, tickets u ħwejjeġ oħra?
Kemm kien l-infiq għall-pubbliċita` u kif ingħatat it-
tender
għall-pubbliċita'? Kif ingħatat it-
tender
għall-Public Relations u kemm kienet l-ispiża totali? Kemm tħallsu u min kienu d-disinnjaturi, tekniċi u organizzaturi ġenerali li ma kenux parti minn kumpanniji li organizzaw is-serati?
Jista’ l-Ministru jghid ukoll kemm qamet is-sistema ta’ ticket sales u min hadimha kemm thallas? Kemm kienu s-sussidji minn entitajiet differenti?
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw sidien privati biex ibiegħu l-proprjeta' lill-Awtorita' tad-Djar? Kemm saru minnhom konvenji? Kemm saru minnhom kuntratti? Nitlob l-informazzjoni għas-snin 2006 u 2007 u nitlob ukoll li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kopja tal-konvenji u tal-kuntratti kif ukoll kopja tal-pjanti.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 u l-2007, s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 45 applikazzjoni minn sidien biex ibiegħu l-proprjeta’ tagħhom lill-Awtorita’.
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22725, f’Seduta Numru 479, ninfurmah li, minn dak inhar, l-Awtorita’ ikkonkludiet il-kuntratt dwar il-fondi 5 u 6 Triq il-Karmelitani, Valletta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw u kemm saru kuntratti bejn l-Awtorita' tad-Djar u s-sidien privati li krew il-proprjeta' tagħhom lill-istess Awtorita' tad-Djar? Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li saru fis-snin 2006 u 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, matul l-2006 u l-2007, kien hemm 14-il sid li applika biex jikri proprjeta' tieg[u lill-Awtorita' tad-Djar.
Ninsab infurmata wkoll li l-uniku kuntratt li ġie konkluż s'issa hu dak li jirrigwarda l-kiri ta' blokka ta' appartamenti fil-Qawra. Kopja ta' dan il-kuntratt poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21999 f'Seduta Numru 461.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' units li l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fis-snin 2006 u 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2006, l-Awtorita’ tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 74 post biex jingħataw b’kera.
Ninsab infurmata wkoll li, dwar din is-sena, l-Awtorita’ mistennija tgħaddi postijiet lid-Dipartiment biex jinkrew aktar tard f’din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu li ntemm minn Direttur tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Meta kienet l-aħħar ġurnata li daħal għax-xogħol? Fil-preżent, hemm direttur permenanti f'dan id-dipartiment? Jekk le, meta mistenni li jinħatar d-direttur permanenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant spiċċat mix-xogħol fl-10 ta' Ottubru 2006 u li l-aħħar li daħlet għax-xogħol kien fit-23 ta' Frar ta' l-istess sena.
Minn l-aħħar data msemmija, id-Dipartiment tmexxa minn Aġent Direttur. F'dan l-istadju meta għaddej il-proċess għall-amalgamazzjoni tas-settur tal-
housing,
m'hemmx il-ħsieb li jinħatar direttur permanenti.
Tista' l-Ministru tgħid fejn hu mistenni li jkun hemm proġett tat-twaqqiegħ (slum clearance) biex wara jinbnew units ġodda matul din is-sena u s-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tippjana l-fażijiet li jmiss tal-proġetti ta' urban regeneration fl-inħawi tal-Mina ta' Santa Liena, f'Bormla u fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Tista' l-Ministru tgħid kemm bena units għall-bejgħ l-Awtorita' tad-Djar matul din is-sena (mhux fl-iskema shared ownership)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-units li tibni l-Awtorita' tad-Djar qed ikunu jew għall-bejgħ taħt l-iskema ta' Shared Ownership jew jingħataw b'kera.
B'referenza għat-talba għal facilitator għall-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li skond l-assessjar psikoloġiku dan it-tifel għandu bżonn attenzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid meta dan it-tifel ser jiġi provdut b'facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni ta' l-istudent konċernat qed tiġi proċessata.
Peress li hemm diversi pazjenti tal-cancer qed jieħdu l-mediċina Herceptin u peress li din il-mediċina hija għolja ħafna u allura minn ma jiflaħx iħallas ma jistax joħodha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li din il-mediċina tiġi provduta jew imħallsa mill-Gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu domanda għall-mediċina Trastuzumab (Herceptin) biex tingħata b'xejn lill-pazjenti li qed ibatu bil-kanċer tas-sider. Bħalissa din id-domanda qegħda tiġi kkunsidrata u evalwata.
Tista' l-Ministru tara x'jista' jsir f'każ ta' ommijiet li jaħdmu u li jitolbu l-leave għal raġunijiet speċifiċi, eż: bidu ta' sena skolastika tat-tfal u ma jingħatawx dan il-leave minħabba li jkun hemm persuni oħrajn li jkunu talbu l-leave għall-istess ġurnata b'mod partikolari fil-fabbriki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, inkluż id-dritt għall-leave, ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' xi Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi.
G[alhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieg[u lill-Ministru kon/ernat.
Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27565 u jgħid kemm ġew reġistrati ammonti ta' flus fl-iskema li ħareġ il-gvern għall-flus moħbija Maltin qabel id-dħul tal-euro? Huwa sodisfatt bil-livell tar-reġistrazzjoni? X'persentaġġ ta' flus ġew reġistrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li ġie reġistrat kien ta’ Lm69 miljun, li 32% kienu flus kontanti.
Waqt li l-Gvern jemmen li seta’ kien hemm aktar li ħadu okkażjoni minn din l-iskema, huwa impossibbli li wieħed ikun jaf x’persentaġġ ġie rreġistrat billi l-Gvern m’għandux informazzjoni dwar kemm hu l-ammont ta’ flus li setgħu kienu eliġibbli.
Tista' l-Ministru tara li s-single mother li għandha tifel ta' tnax-il sena li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata għajnuna sabiex issib akkomodazzjoni alternattiva peress li bid-dħul tagħha hu mpossibbli li takkwista proprjeta' anke tal-Housing Authority (shared ownership)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Caretad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27563 u jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew il-kors tal-pilots ma' l-Airmalta? Kemm minnhom, skond l-applikazzjoni li tefgħu, kienu eliġibbli biex joqogħdu għall-Psychometric Test tat-22 ta' Awissu? X'kienet ir-raġuni li l-Airmalta ma talbitx lill-kandidati jissottomettu ċ-ċertifikati tagħhom u fl-għażla tagħha qagħdet biss fuq dak li kitbu l-kandidati fl-applikazzjoni tagħhom? Kemm kien in-numru ta' kandidati li ma attendewx għall-Pyschometric Test tat-22 ta' Awissu? Kemm huwa n-numru ta' kandidati li ma attendewx għat-test u ngħataw l-opportunita' li jerġgħu jagħmluh fl-24 ta' Settembru? Kienx hemm kandidati li ma kenux issejħu biex joqogħdu għall-ewwel test tat-22 ta' Awissu imma mbagħad issejħu biex jagħmlu l-eżami fl-24 ta' Settembru? U jekk kien hemm x'kienet ir-raġuni? Kemm beħsiebha ddaħħal pilot trainees l-Airmalta f'dan l-istadju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 178 persuna li applikaw biex jibdew il-kors ta’ pilota ma’ l-Air Malta. Minnhom, skond l-applikazzjoni li tefgħu, 136 kienu eliġibbli biex jagħmlu il-Psychometric Test.
Il-proċess ta’ l-għazla għadu fil-bidu tiegħu u s’issa ħadd mill-kandidati ma ġie magħzul. Iċ-ċertifikati ser jiġu mitluba mill-kandidati fit-tieni fażi ta’ l-għażla.
Sittax–il kandidat (16) ma attendewx għal Phsycometric Test tal-22 ta’ Awissu u dawn kollha ingħataw opportunita oħra fil-25 ta’ Settembru biex jagħmlu dan it-test. Kien hemm ħames (5) applikanti oħra li gew imsejħa biex jagħmlu il-Psychometric Test peress li sadanittant ħareg ir-riżultat ta’ l-eżamijiet li kienu għamlu u irriżulta li ġabu l-kwalifiċi minimi meħtiega.
L-Air Malta beħsiebha tingaġġa tnax–il persuna (12) biex jibdew l-kors ta’ piloti mal- kumpanija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27556 u jgħid jekk is-somma li kellhom iħallsu l-konsorzju Viset, Port Cottonera u l-CWG għal xogħlijiet artistiċi skond il-kuntratt taċ-ċens tal-proprjeta' li ingħataw tħallsitx? Kemm kienet din is-somma f'kull każ? Fhiex intnefqu dawn il-flus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-Landscaping tal-moll tal-Kottonera kien jinkludi kontribużżjoni minn kull konsorzju li jagħmel parti mil-proġet tar-riġenerazzjoni tal-Kottonera skond il-parametri tal-kuntratt u ċens li sar mal-Gvern 2 ta’ Gunju 1999. Il-kontribut li ngħata kien ta’ l-ammonti murija hawn taħt:
Cottonera Waterfront Group: Lm47,200 (Vat inkluz)
Treasury Development: Lm35,400 (Vat inkluz)
Casino di Venezia: Lm35,400.00 (Vat inkluz)
Grand Harbour Marina: Lm23,600 (Vat inkluz)
Dawn il-kontribużżjonijiet kollha marru biex isir ix-xogħol ta’ landscaping tal-Cottonera Waterfront, liema xogħolijiet jinkludu wkoll tlett xogholijiet artistiċi. Waħda minn dawn ix-xogħolijiet tpoġġiet fil-post u t-tnejn l-oħra huma fil-proċess li jitqiegħdu fil-post skond l-iskema proposta.
Jista` l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għal applikazzjoni biex jimtela l-post ta' impjegat fl-uffiċċju ta' l-informazzjoni li nfetaħ f'Għawdex riċentement b'rabta mal-bidla ta' l-ewro?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-vakanzi ta’ Euro Assistant, sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex, imtlew permezz ta’ tliet sejħiet ta’ applikazzjonijiet pubbliċi.
Euro Assistant minn dawk magħżula ngħatat ir-responsabbilitajiet marbuta ma’ l-uffiċċju ta’ l-Informazzjoni ta’ l-NECC ġewwa Għawdex.
Il-kundizzjonijiet ta’ l-Euro Assistants kif elenkati fit-tliet sejħiet ta’ applikazzjonijiet pubbliċi jipprovdu għal dawn ir-responsabbilitajiet.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27567 u jgħid matul ix-xhur tas-sajf kemm-il darba ltaqa' l-kumitat inter-ministerjali tat-turiżmu u x'temi ddiskuta u ddeċieda dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aħħar laqgħa plenarja tal-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant saret fid-29 ta’ Mejju 2007. Matul dan is-sajf ix-xogħol tal-Kumitat tkompla fi gruppi żgħar. Dawn il-gruppi iffukkaw fuq il-Linji ta’ l-Ajru Low Cost, proġetti li ġew sottomessi għall-kunsiderazzjoni għal finanzjament mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u l-monitoraġġ assidwu ta’ l-andament tas-settur turistiku.
Irrid ngħid li r-riżultati bdejna narawhom, u ta’ dan pubblikament nirringrazzja lis-settur kollu, lil kumitat konsultattiv, lill-membri tal-IMCT u lil kull min ħa sehem fix-xogħol tal-IMCT għax-xogħol enormi li twettaq bla ħafna daqq ta’ trombi, u li illum qed jagħti l-frott għall-gwadann tal-poplu Malti kollu.