Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Gwann — Birkirkara Road

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing f'nofs Birkirkara Road, San Gwann bħala speed breaker?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal zebra crossing jew road hump fi Triq Birkirkara, San Gwann.

Unjoni Ewropea — Applikazzjoni ta' State Aid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'livell ta' skrutinju sar mill-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' state aid minn kemm ilna membri ta' l-UE? Il-Gvern rċieva xi assessment dwar dan mill-Kummissjoni Ewropea? Kemm ilna membri ta' l-UE kemm-il delegazzjoni tal-UE żaret Malta biex tinvestiga u tgħarbel din l-issue fil-kuntest ta' pajjiżna? Hemm xi ħsieb li jiġu delegazzjonijiet oħra simili fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni formali mill-EU dwar l-iState Aid f’pajjiżna. L-Onorevoli Interpellant jifhem li bħalma jiġri f’oqsma oħra ta’ l-acquis, isiru laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea fuq livell bilaterali u multilaterali dwar din il-materja wkoll.

Swatar — Triq Sant'Andrija

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida biex it-triq tagħhom li nqalgħet minħabba xogħlijiet tal-Water Services Corporation titwitta kollha permezz ta' cold asphalt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Awtorita’ tat-Trasport ma tippermettiex li jsir reinstatemNinfent ta’ trinek bil-cold asphalt.. F’dan il-każ ir-reinstatement tlesta u huwa skond il-kundizzjonijet li ħarġet l-istess Awtorita’.

Swatar — Triq one way

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi possibilta' li Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida ssir one way minħabba d-djuq tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ghalkemm it-taqsima ma kienet sabet l-ebda oggezzjoni ghal one-way li ghaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari izda il-kunsill kellu jerga jezamina din it-talba fl-isfond ta’ l-access ghal vetturi minn Triq Swatar. Il-kunsill kellu jinforma lit-taqsima dwar dan izda sal-lum, it-taqsima ma rceviet l-ebda informazzjoni addizzjonali mill-kunsill.
Leg 10 PQ #27559 Sitting 561 2007-10-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26771 dwar it-Triq Rabat, San Lawrenz, tista' l-Ministru issa tagħtini l-informazzjoni aġġornata sal-lum u tgħidli għaliex kien hemm bżonn iż-żieda f'kull nefqa kif kont tlabtha tagħmel fil-mistoqsijiet msemmija u li hija naqset li tagħtini?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tas-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex? Jekk ittieħdet, x'inhu t-tip ta' servizz li se jingħata? Meta mistenni jibda? Jekk għadha ma tteħditx deċiżjoni meta mistennija tittieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proġetti ko-finanzjati mill-UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-UE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2004 - 2006? Kemm saru pagamenti s'issa, x'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rapporti ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati serqiet mill-Qorti din is-sena u x'insteraq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena fis-sezzjoni tal-Qrati Ċivili u Tribunali ġiet rapportata serqa ta' proċess, ġie ritornat u jinstab a dispożizzjoni tal-Qorti, pero' xorta waħda għaddejjin proċeduri kriminali kontra l-persuna li allegatament serqitu. Nirreferi wkoll għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27388.

Serq ta' affarijiet proprjeta' tal-Gvern

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' affarijiet proprjeta' tal-Gvern insterqu din is-sena? Minn liema dipartimenti nsterqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm rapporti ta' serq mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ħlief għal dawk kif jdher fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 27658 f'din l-istess Seduta.

Qorti — Impjegati tal-Gvern

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu mpjegati tal-Gvern l-Qorti din is-sena? Għal liema reat u fejn kienu jaħdmu? Kemm hu n-numru ta' mpjegati ta' istitutuzzjonijiet oħra fejn il-gvern għandu sehem jew responsabilta' totali u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru tas-sena 2007, il-Pulizija ressqet 62 impjegat pubbliku jew impjegati parastatali quddiem il-Qorti. L-akkużi kienu jinkludu, fost oħrajn, serq, offiżi fuq il-persuna, frodi u falsifikazzjoni, korruzzjoni, theddid u inġurji, offiżi sesswali u pornografija.
Leg 10 PQ #27674 Sitting 561 2007-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kiri ta' teatri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus rikurrenti u kapitali separatament lit-Teatru Manoel, l-MCC u St. James Cavalier? Kemm tiswa biex tikri serata f’kull teatru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l- 2006 u l-2007, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ma rċievitx l-ebda sussidju kemm għan-nefqa kapitali kif ukoll għal dik rikorrenti. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija minħabba li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummeċjali u għalhekk sensittiva, il-Bord iħoss li din m’għandiex tiġi svelata pubblikament. Lm170,000 flus rikurrenti għas-sena 2007 ingħataw lill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu skond il-Budget għas-sena 2007. It-teatru ta’ St James Cavalier Centre for Creativity, jinkera skond it-tip ta’ serata, jekk tkunx kulturali, edukattiva u skond il-prezz tal-biljett ta' dħul. Il-prezz jista` ivarja minn Lm35 sa Lm50 u Lm100, (kollha exc VAT). Iżda jkun hemm okkażżjonijiet fejn it-teatru jinkera aktar jew jingħata b’xejn. Fir-rigward tat-Teatru Manoel, ninsab infurmat illi l-inofrmazzjoni mitluba hija kif ġej: Flus rikurrenti matul ghas- sena 2007 - Lm27,500 kull tlett xhur. Flus kapitali s'issa ghas- sena 2007 - Lm69,126 Il-prezz ta' kemm jinkera it-teatru jiddependi fuq l-attivita' li tkun ser issir fih. Ġeneralment lill- kumpaniji teatrali lokali jinkera ghall- Lm300 il-lejl pero il-prezz jista' jkun iktar jew inqas skond in-numru ta' ljieli li tkun ser tintwera il-produzzjoni.
Leg 10 PQ #27728 Sitting 561 2007-10-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gandott għall-ilma tax-xita

Question

Peress li f'Qala Road, Nadur, Għawdex qiegħed issir ix-xogħol ta' mogħdija tas-sistema tad-drenaġġ, jidhirlix l-Ministru li jkun għaqli li ma' l-istess xogħol isir ukoll gandott li għandu jibda minn Qala Road, kantuniera ma' Triq Buskett u jiġi estiż sa Triq Dun Ġuzepp, Nadur biex l-ilma tax-xita jgħaddi minn dan il-gandott u mhux imur ġo drenaġġ li m'huwiex se jirċevih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li diġa' jeżisti water culvert fl-inħawi msemmija u għalhekk ma hux il-każ li l-ilma tax-xita ser imur fid-drenaġġ.

Trobbija tad-dundjan

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam tat-trobbija tad-dundjan f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Trobbija tas-summien

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' trobbija tas-summien f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Tkabbir ta' siġar taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' tkabbir ta' siġar taż-żebbuġ f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.