Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPM — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta' li tajt fil-Mistoqsija numru 25612.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 25662 f'Seduta 544.

Affarijiet Barranin — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Kien hemm każ wieħed f'Marzu 2007, d-Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Affarijiet tal-Mediterran irriżenja mill-kariga tiegħu sabiex mar iservi fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'.

Affarijiet Barranin — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nefqa fuq kontijiet tad-dawl u ilma għal matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Head Office u FME kienet ta' Lm 3,395.49 li minnhom Lm 1,061.10 kienu surcharge. In-nefqa fl-Ambaxxati kienet ta' Lm 9,567.56. It-tieni parti tal-Mistoqsija diġa ngħatat tweġiba għaliha fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 26661 u 27324.

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-impjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u enti tiegħu kien kif ġej: Entita' Pożizzjoni Salarju/Rata (Lm) Distrett Elettorali Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Kap Eżekuttiv Skala 3 11 Teatru Manoel Theatre Supervisor 258.39 fix-xahar 1 Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Security Officer 4,945 p.a. 1 Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Electrician 4,945 p.a. 1 Awtorita’ tat-Turiżmu Konsulent 9,466 p.a. 2 Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Communications Coordinator Skond kif indikat fil-Guidelines għall-Impjiegi f’Segretarjati Ministerjali 5 Dawn il-persuni huma kollha impjegati full time.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari Nru.25680.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26645 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 26645.

Sptar Mater Dei — Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei? Fhiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma nediet l-ebda kampanja ta’ reklamar marbuta ma’ Sptar Mater Dei. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-kampanja ta’ informazzjoni fuq il-media, dawn huma d-dettalji mitluba. Il-kampanja ta’ informazzjoni kienet tikkonsisti f’materjal awdjoviżiv u stampat intenzjonat li jwassal informazzjoni fattwali lill-pubbliku, b’mod sempliċi. Il-kampanja ta’ informazzjoni ġiet imfassla u attwata mid-Dipartiment tal-Kommunikazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizz Mediċi. Ix-xogħol lill-media ingħata b’mod dirett mingħajr ma ġie mgħoddi minn aġenziji intermedjarji. B’hekk ġew iffrankati l-flejjes li normalment jitħallsu f’kummissjonijiet. In-nefqa ta’ flus fuq din il-kampanja kienet tammonta għal Lm54,114.72 eskluż il-VAT, u ttieħdu minn fond allokat apposta lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal dan il-għan. Il-breakdown ta’ l-ispejjeż hija kif ġej: 1. Programmi speċjalizzati dwar is-saħħa, fuq it-TV - Lm5,980.00 2. Slots ta’ informazzjoni fuq it-TV u r-Radju - Lm20,609.72 3. Kampanja ta’ informazzjoni fuq Billboards - Lm8,875.00 4. Pubblikazzjoni dwar Mater Dei imqassma bieb bieb - Lm12,790.00 5. Spazju f’publikazzjonijiet dwar il-Kura tas-Saħħa - Lm4,000.00 6. Spazju f’publikazzjonijiet oħra - Lm1,860.00 Total - Lm54,114.72

Nfiq fuq reklamar ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei — Riklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26749 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferei lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei — Reklami

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew sa issa r-reklami għall-Isptar Mater Dei fuq il-PBS? Jista' jgħid min ħadem dawn ir-reklami?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Nfiq fuq reklamar ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Swatar — L-aħħar karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu estiżi l-ħinijiet li titlaq l-aħħar karozza tal-linja mill-Belt għas-Swatar, Msida? Jista' jikkonferma x'inhuma l-ħinijiet bħalissa kemm matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-servizz għas-Swatar jingħata bin-numru tar-Rotta 169 l-aħħar ħin huwa tal-18.40 ta’ filgħaxija fost il-Ġimgħa, is-Sibt tal-12.40 ta’ wara nofs inhar u l-Ħadd ta’ l-10.30 ta’ filgħodu. Jien infurmat ukoll li għalissa m’ hemmx il-ħsieb li jiġu estiżi l-ħinijiet għas-Swatar, Msida minħabba l-fatt li l-użu ta’ din ir-rotta huwa wieħed minimu . Minkejja dan, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jitwaħħal Bus Stop ħdejn l-HSBC Call Centre u dan sabiex l-passiġġier ikun jistà jinqeda permeżż tar-Rotta 75 li topera bejn l-Belt u l-isptarijiet San Luqa u Mater Dei. Il-ħinijiet ta’ din r-rotta huma bejn is-7.15 ta’ filgħodu u 20.10 ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ħadd u l-frekwenza hija ta’ bejn 15 jew 20 minuta.

Msida — Triq il-Kunzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb li tiġi asfaltata Triq il-Kunzar, Msida billi r-residenti ġew mgħarrfa li dan mhuwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-asphalting ta’ din it-triq ser issir il-ġimgħa li ġejja.

Kampanja pubbliċitarja — Viżjoni għall-port il-kbir

Question

Billi l-kampanja pubbliċitarja dwar il-Viżjoni għall-Port il-Kbir ta' Malta hija ffinanzjata minn fondi pubbliċi permezz tal-MITI nnifsu il-Grand Harbour Regeneration Corporation, jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq s'issa fuq riklami u pubbliċita' oħra kif ukoll kemm maħsub li jintefaq fix-xhur li ġejjin u x'advertising budgetary allocation totali hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kampanja pubbliċitarja tal-Grand Harbour Regenaration Corporation, li qed issir sabiex issir konsultazzjoni pubblika wiesgħa kemm jista jkun, sal-21 ta’ Settembru 2007 intefqu Lm17,806. Huwa maħsub li mit-22 ta’ Settembru 2007 sa l-aħħar tas-sena 2007 ser jintefqu Lm57,429. L-ammont totali tal-advertising budget hu ta’ Lm75,235.

ITS — Ħaddiema b'kuntratt

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li m'għandux ikun aċċettabbli għall-ETC li organiżżazzjoni governattiva bħall-ITS li għandha għadd ta' ħaddiema f'diversi gradi li ilhom jaħdmu magħha aktar minn 15-il sena għadhom b'kuntratt li ilu jiġġedded kull xahrejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati b'kuntratt definit ma' l-ITS, qed ikollhom il-pozizzjoni tagħhom ezaminata fid-dawl tal-Legal Notice 51/07 biex jiġi determinat l-istatus tagħhom fil-futur.

Msida — Triq C De Brockdorff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern ċentrali jkompli bl-asfaltar dawk il-partijiet ta' Triq C De Brockdorff, Msida li jirrikjedu attenzjoni,speċjalment mix-showroom ta' FX Borg 'l isfel lejn il-Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi peress li din it-parti tat-triq għadha qatt ma saret, il-bini tagħha għandu jsir mill-Awtorita’ tat-Trasport. Għaldaqstant din it-triq ser tiġi nkluża mat-toroq li jridu jsiru.