Jista' l-Ministru jgħid għaliex tħalliet sitwazzjoni perikoluża quddiem is-substation fuq bankina ġdida li saret fi Triq Mons Gerald Frendo f'Hal Qormi meta dan l-aħħar inbniet it-triq bħala parti mix-xogħlijiet ta' l-ADT? Jista' jgħid meta din il-bankina se tkun irranġata minħabba l-periklu kontinwu li jinsabu fih r-residenti ta' din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-parti tal-bankina bagħqet miftuħa biex l-Enemalta tkun tista' tgħaddi l-cables tagħha. La darba dan isir il-bankina tingħalaq.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ex-ħaddiema ta' Kalaxlokk li issa ilhom s-snin jaħdmu fit-Tarzna u jagħmlu l-istess xogħol ta' ħaddiema ta' Tarzna huma mħallsa b'rata ta' ħlas anqas, saħansitra anke fir-rata ta' l-overtime u ma ġewx ikkumpensati għat-telf tan-nofs ta' nhari? Jista' jgħid jekk din is-sitwazzjoni hiex se tkun rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-preżenza tal-ħaddiema tal-kumpanija Kalaxlokk fit-Tarzna hija limitata primarjament għall-servizz ta' tindif liema servizz qed jiġi mogħti abbażi ta' ftehim ta' rata ta' ħlas stabilita mit-Tarzna u hija komparabbli fis-settur. Invista ta' dan il-ħaddiema m'humiex sekondati mat-Tarzna. Għaldaqstant il-paġi ta' dawn il-ħaddiema huma skond l-istruttura tal-paġi tal-Kalaxlokk.
Dawn il-ħaddiema qed jgħatu primarjament servizz ta' tindif skond l-iskeda tal-ħinijiet tat-Tarzna li huma ta' seba' siegħat u nofs (7.5) kuljum u mhux ta' tmien (8) siegħat u għaldaqstant m'humiex initolati għan-nofs ta'nhari.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tobba tal-familja li jaħdmu fil-privat, ma jistgħux jordnaw it-test tal-HbA1c, meta dan it-test huwa l-aktar test xjentifikament korrett sabiex isir moniteraġġ tal-pazjenti morda bid-dijabete?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan it-test sa issa mhux fil-lista ta' testijiet li jistgħu jiġu ordnati mit-tobba privati.
B'riferenza għall-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li dwarha diġa` saret mistoqsija parlamentari, peress li jidher li l-proċess għall-allokazzjoni ta' facilitator ma' din it-tifla jidher li gie mwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola fejn tattendi t-tifla, peress li din it-tifla sejra lura u teħtieg l-għajnuna mill-iktar fis, jista` l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għall-ġid tat-tifla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iStatementing Board ma irrakkommandax din l-għajnuna u mhux minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola kif kien ġie allegat.
Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li f'dawn l-aħħar sentejn rċevew kontijiet ta' l-ilma għoljin ħafna u minkejja li sarilhom it-testijiet fid-dar tagħhom rriżulta li ma kienx hemm leakages? Jista' jgħid għaliex ma nbidilx il-meter ta' l-ilma f'din id-dar minħabba li l-familja ssostni li dan qed jimmarka b'mod irregolari meta jkun hemm xi qtugħ tas-servizz ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma rriżulta li l-arloġġ ta’ l-ilma ġie ttestjat billi twaħħal
smart meter
u tħalla fil-post għal madwar xahrejn sħaħ. Meta ġie mneħħi l-
smart meter
irriżulta li l-qari taż-żewg arloġġi kien l-istess. Bl-installazzjoni ta’ l-
smart meter
ġie konfermat li dan il-post ma jbagħtix bi problemi ta’ l-arja fis-sistema ta’ l-ilma. Ta’ minn wieħed isemmi wkoll li fl-2004 il-konsumatur konċernat kien għamel ilment rigward kontijiet għoljin.
Meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet l-investigazzjoni neċessarji dak iż-żmien il-konsumatur ingħata kreditu ta’ Lm322.64.
Fl-2006 kull problema li kien hemm ġiet solvuta billi ngħatat iktar pressa ta’ l-ilma liż-żona konċernata. Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għalfejn jinbidel l-arloġġ ta’ l-ilma la darba qiegħed jiffunzjona tajjeb.
Jista' l-Ministru jara x'kambjamenti jistgħu isiru fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Mitħna, f'Haz-Zebbuġ, Malta minħabba li meta tagħmel ix-xita din it-triq tegħreq b'detriment kbir għar-residenti u l-ħwienet tal-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma hemmx problemi fil-main tad-drenaġġ fi Triq il-Mitħna, Ħaż-Żebbuġ. Madankollu ser isir tindif neċessarju bil-jetting/suction bowser biex ikun żgurat illi huwa nadif.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-Pulizija li ġew mogħtija l-ġurament ċivili 6 xhur ilu se jingħataw l-ID ossia dokument li jidhru li huma uffiċjali pubbliċi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-karti ta' l-identita' imsemmija mill-Onorevoli Interpellant issa tqassmu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26997 u jinfurmani meta se jiftaħ/jopera l-meat and deboning plant fil-Biċċerija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li tlestew ix-xogħlijiet u l-preparazzjonijiet kollha konessi ma' l-operat tal-cutting and deboning plant, din bdiet topera f'dawn il-ġranet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hux ser tieħu passi biex tirranġa l-ħsarat li saru fid-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema ħsarat ġew ikkaġunati meta ġew eżegwiti xogħlijiet biex jinfetaħ passaġġ fi Triq il-Kbira Ħaż-Żebbuġ kif ikkonstata l-perit inkarigat mill-ADT li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond l-aħħar rapport tal-imsemmi Perit li jġib d-data tal-5 ta’ Frar 2004, ġie rrapurtat li ‘l-konsenturi msemmija m’humiex ta’ natura li jindikaw xi periklu’. Fit-8 ta’Awissu 2005 l-Awtorita’ reġgħet għamlet speżżjoni hi fl-imsemmi fond permeżż ta’ Field Officer tagħha u ħadet ukoll xi ritratti. L-ADT ser terġa’ tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara kienx hemm xi movimenti minn l-aħħar speżżjoni.
Peress li fil-pajjiż kollu għaddejja kampanja dwar l-għarfien fuq il-marda tal-kanċer fis-sider, peress li f'Għawdex lanqas għandna servizz sabiex in-nisa u l-irġiel imorru jagħmlu t-test opportun u lanqas għandna l-makkinarju, ma jidrilhiex il-Ministru li ma jistax ikun li f'Għawdex nibqgħu mingħajr dan il-makkinarju tant importanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa ippjanat li fir-refurbishment li ser isir fid-Dipartiment ta' l' x'Rays gewwa l-Isptar Generali t'Ghawdex ser ikun hemm makkinarju ghal dan l-ghan.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-bżonnijiet biex wieħed (persuna) jkun jista' jbiegħ l-ilma? Hemm bżonn ta' permess? Minn fejn jinġieb il-permess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku bħal per eżempju ilma għax-xorb, fil-fliexken, ilma tal-vit, ilma għat-tisqija, ilma għas-swimming pools etc. Hemm numru ta' Awtoritajiet li jirregolaw dawn l-attivitajiet għalhekk f'dan l-istadju ma tistax tingħata resposta korretta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe
Minn 0 sa Lm 4,500
Lm 4,500 sa Lm 6,000
Lm 8,000 sa Lm 10,000
Lm 10,000 sa Lm 12,000
Lm 12,000 'il fuq.
Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006?
Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal
A) banek u
B) partnerships u limited liability companies?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn ċitazzjonijiet minn kunsilli lokali Sliema, Gzira, San Gwann u Imsida u kemm hu l-budget allokat lil kull wieħed minn dawn il-kunsilli lokali mill-Gvern ċentrali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-budget allokat lill-Kunsilli Lokali ta’ tas-Sliema, il- Gżira, San Ġwann u l-Imsida skond il-formula ta’ finanzjament li tinsab fl-Għaxar Skeda ta’ L-Att dwar il- Kunsilli Lokali, għas-sena finanzjarja kurrenti li tagħlaq fil-31 ta’ Marzu 2008 huwa ki ġej:-
Sliema Lm 283,571
Gżira Lm 149,437
San Ġwann Lm 218,128
Imsida Lm 142,790
Dwar kemm ġabru flus dawn il-Kunsilli Lokali minn ċitazzjonijiet, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara jekk dan il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jikkwalifika għall-benefiċċju hekk kif imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex persuna b’diżabilita’ tibbenefika mis-Servizz ta’ Eżenzjoni mill-Ħlas tar-Reġistrazzjoni fuq Karozzi, wieħed mill-kriterji bażiċi ta’ eliġibilita’ hu li trid issir applikazzjoni għal dan l-iskop qabel ma tkun tħallset din it-taxxa ta’ reġistrazzjoni.
Ninsab infurmata wkoll li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat għal din l-eżenzjoni fl-24 ta’ Lulju 2007, filwaqt li l-karozza inxtrat f’Ġunju 2006 u t-taxxa tar-reġistrazzjoni kienet diġa’ tħallset. Għal din ir-raġuni l-applikazzjoni ġiet rifjutata u l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa serqiet matul Settembru 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Settembru 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru tas-sena 2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-tabella li qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta' serq li f'27 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa reati matul Settembru 2007? Jista' jikklassifka r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru tas-sena 2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 49 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid saritx stima ta' l-ispiża għas-servizzi li ser jgħaddu għall-proġett ta' Smart City? Kemm ħarġet flus l-Unjoni Ewropea għas-servizzi tal-proġett, jekk ħarġet?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari nru. 27085. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-UE ma' ffinanzjat xejn."