Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li jispiċċaw qabel il-waqt

Question

Wara li sfortunatament Malta spiċċat fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea b’mod negattiv bl-għola rata ta’ studenti li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt, jista' l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex iħajjar l-istudenti li jkunu jridu jitilqu biex jibqgħu jistudjaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-fatt li llum mas-70% ta' l-istudenti qed ikomplu bl-istudju u t-taħriġ tagħhom wara li jispiċċa l-iskola sekondarja hu indikazzjoni ċara li l-miżuri u l-investiment li qed iwettaq il-Gvern fl-edukazzjoni huma fid-direzzjoni t-tajba.
Leg 10 PQ #27898 Sitting 563 2007-10-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ghajnsielem — Inkonvenjent għar-resident

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qed tbati minn inkonvenjent wara li in konsegwenza tax-xogħlijiet li saru fi Mġarr Road, Għajnsielem, tkissret ir-rampa tal-garage tagħha kif ukoll tkisser quddiem il-bieb bil-konsegwenza li l-aċċess għar-residenza ta' din il-persuna ġie imblukkat. Peress ukoll li din il-persuna ilha żmien twil tilmenta u ma sarux xogħlijiet rimedjali, tista' l-Ministru tirrimedja l-inkonvenjent ta' din il-persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qieghda tittiehed l-azzjoni necessarja biex jitnehha l-inkonvenjent imsemmi.

Pembroke — Toroq li ser isiru

Question

Jista' l-Ministru jelenka t-toroq li se jsiru f'Pembroke bejn Ottubru 2007 u tul is-sena 2008, bin-nefqa ta' kull triq, d-data maħsuba li se ssir, u kemm hu l-kontribut tal-kunsill lokali ta' Pembroke?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-ġimgħat li għaddew diġa saru numru ta’ toroq ġewwa Pembroke. Dawn kienu Triq il-Kurunell Cocks (p/o), Triq Dun Gorg Preca, Triq S Castaldi u għall-ammont ta’ madwar LM64,000. Bħalissa qed isiru ukoll Triq D’Armenia u T/G fi Triq D’Armenia għall-ammont stmat ta’ madwar LM33,000. Għaldaqstant, skond il-programm ta’ toroq maħrug mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport, it-toroq kollha ġewwa Pembroke ġew mibnija minbarra p/o Triq Burma li skond l-istess programm għandha titlestha mill-Gvern Ċentrali sas-sena 2008.

Proprjeta'

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26218 li saret fil-15 ta' Mejju, 2007 peress li fir-risposta ingħad li l-każ kellu jingħalaq ma l-ewwel possibilta u peress li ormai għaddew diversi xhur mit-tweġiba u l-każ issa ilu pendenti snin, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħalaq kemm jista` jkun malajr?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 26218.

Rabat — Installazzjoni ta' lift

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux possibbli li jiġi nstallat lift fi Blokk A (Flats 9 - 16) Għajn Qajjiet Housing Estate, Rabat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar irriżulta li t-tromba tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant hi dejqa wisq biex takkomoda lift u żewġ meded ta’ taraġ tal-wisa’ meħtieġ skond ir-regolamenti. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ qed tikkunsidra l-possibilita’ li x- shaft tal- lift issir fuq barra.

Lufthansa Technik

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27798 u 27528 cioe': Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Tecknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir mill-Enemalta fl-inħawi ta' l-iskola primarja tal-Mosta jitlesta malajr kemm jista' jkun għax dan ix-xogħol qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li kien qed isir fuq substation ġdida fl-inħawi ta' l-iskola primarja l-Mosta issa kważi tlesta, jonqos biss jitgħattew it-trufijiet tal-Low Voltage cables bl-asfalt li huma l'bogħod mill-iskola. It-trinka ġiet magħluqa sal-1 t'Ottubru u ingħatat l-asfalt sal-5 t'Ottubru 2007.

Single parents

Question

Jista' l-Prim Ministru jirranġa l-anomaliji li jeżistu fis-sens li single parents huma kkonsidrati fl-istess skala bħal persuni li m'humiex miżżewġa għar-rigward tar-rifużjoni tal-VAT fuq xiri ta' l-ewwel residenza sa l-ammont ta' Lm400?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

H'Attard — Appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat bini ta' appartamenti jew maisonettes f'Ħ'Attard? Jekk fl-affermattiv, fejn u kemm se jinbnew units?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għamlet applikazzjoni mal-MEPA dwar proġett ta’ sheltered housing li jikkonsisti fi blokka ta’ sitt appartamenti fi Triq l-Għenba, Attard. Ninsab infurmata wkoll li din l-applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata mill-MEPA.

Buskett — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm fl-inħawi tal-Lawrenti l-Buskett hux proprjeta' tal-Water Services Corporation? Jekk fl-affermattiv dan il-ġibjun jintuża? Jekk le, hemm xi ħsieb x'se jsir bih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-inħawi tal-Lawrenti, limiti tal-Buskett hemm ġibjun li hu propjeta’ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma. Dan il-ġibjun li nbena fl-1985 kien maħsub li jintuża minflok tank tal-ħadid li kien hemm fil-viċinanzi u li kien jitma’ partijiet mis-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Iżda dan il-ġibjun qatt ma ntuża peress li jinsab għoli ħafna meta mqabbel mal-lokalitajiet li kien maħsub li jipprovdihom bl-ilma u b’hekk trid tinħela ħafna enerġija biex wieħed itella’ l-ilma fiħ biex jitqassam f'dawn il-lokalitajiet. Diffikulta’ oħra hi l-aċċess biex jitqiegħdu kannen għal u minn ġo fih. Fil-fatt dan il-ġibjun qatt ma tqabbdu kannen miegħu. Illum il-ġurnata, l-provvista ta’ l-ilma tas-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ tiġi minn ġibjuni oħra. Bħalissa il-Korporazzjoni m’għandha l-ebda pjan li tuża dan il-ġibjun tal-Lawrenti għall-provista tal-ilma.

MCAST — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-istudenti li qed jattendu l-MCAST għal kors fit-tieni sena marbut mal-Lufthansa Teknik mhux qed jingħataw il-lezzjonijiet kollha u dan peress li l-għalliema li ġew assenjati għalihom jidher li l-load ta’ lezzjonijiet li għandhom qed jimpeduhom milli jlaħħqu mad-dmirjiet kollha tagħhom? Jista’ jgħid x’se jsir biex dawn l-istudenti ma jkomplux jitilfu aktar lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti għall-kors fit-tieni sena marbut mal-Lufthansa Teknik (ND Aero 2) dejjem kellhom il-lezzjonijiet kollha u l-parti l-kbira mill-għalliema tagħhom huma part-timers li jiġu mid-ditti lokali fl-oqsma tal-manutenzjoni ta' l-ajruplani.

Mosta — Ilma fit-triqat

Question

Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex l-ilma tax-xita fi Triq il-Htajriet, Mosta ma jibqax niżel fi Trejqet it-Tin għax dan l-ilma qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ħtajriet hija maqsuma f’diversi fażijiet u s’issa qegħda titlesta t-tielet fażi. Bħala parti ta’ dan ix-xogħol qegħda tinbena ‘stormwater culvert’ sabiex tieħu l-ilma li jinġabar fi Triq il-Ħtajriet.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27924 Sitting 563 2007-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħlas ta' kumpannija

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27808 jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-ftehim ta' l-MTA mal-Media Consulta u jekk iva, meta ġie ffirmat u jekk ma ġiex ffirmat għaliex għadu ma ġiex iffirmat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-ftehim ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta mal-kumpanija Media Consulta għadu ma ġiex iffirmat għax għadhom qed jiġu diskussi xi punti tekniċi u qed ikun evalwat ix-xogħol li tat s'issa din il-kumpanija.
Leg 10 PQ #27925 Sitting 563 2007-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġetti turistiċi

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27289 u 27091 u 27806 u jgħid liema proġetti turistiċi hemm maħsuba din is-sena għall-inħawi ta' Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija? Kull proġett meta se jinbeda, kemm se jiswa u meta se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-proġetti turistiċi li hemm maħsuba li jibdew din is-sena għall-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar huma dawn: · Tisbiħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar 1,550,000 Euros · It-titjieb tal-bajja fil-Qawra 912,000 Euros · Faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra relata 7,477,000 Euros mad- diving u l-patrimonju li għandna fil-baħar · L-iżvilupp tal-bajja Ix-Xtajta tal-Qawra f’San Pawl il-Baħar 2,400,000 Euros L-ewwel tnejn minn dawn il-proġetti huma proġettati li jibdew għall-bidu tas-sena 2008 u jispiċċaw qabel is-sajf 2008. It-tielet proġett jibda għall-bidu tas-sena 2008 u jieqaf qabel is-sajf 2008, ikompli wara s-sajf u jispiċċa qabel is-sajf 2009. Però, dawn huma suġġetti għall-permessi mill- MEPA, li qed jiġu pproċessati kif ukoll il-proċess tat- tender fl-isfond ta’ l-applikazzjoni għall- fondi strutturali ta’ l-UE. Fir-rigward tal-bajja qed jiġu konklużi studji xjentifiċi biex jiddeterminaw l-aħjar mudell għall-bajja biex hekk l- MTA tipproċedi l-applikazjoni mal- MEPA skond ir-riżultati ta’ dawn l-istudji. Il-proġett għandu jibda fix-xitwa 2008.

Għawdex — Detenturi tal-Karta Anzjan

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27805, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex l-anzjani Maltin ikunu jistgħu jużaw il-Karta Anzjan meta jiġu biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li riċentament ma sarux kuntatti fuq din il-kwistjoni. Infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat se jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Awtorita' Dwar it-Trasport (ADT) biex din tqajjem dan il-punt mal-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ġewwa Għawdex.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27236 u 27802 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fund For Good Causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27278 u 27799 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.