Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement hemm 3,532 persuna tirċievi l-Għajnuna Soċjali waqt disimpjieg u 9,085 persuna tirċievi l-Għajnuna Soċjali għax inkapaċi għax-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-uffiċċju Konġunt ser jitneħħa minn fejn qiegħed u jiġi allokat bini differenti? Jekk fl-affermattiv, għaliex qed issir din iċ-ċaqlieqa? X'ser jiġri mill-binja ta' Sa Maison? Fejn sejrin l-uffiċini l-ġodda? Kemm hi l-ispiża ta' din iċ-ċaqlieqa?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li l-Uffiċċju Konġunt ser jiġi trasferit mill-bini li qed jokkupaw illum f'Sa Maison għall-fond Nru 31, Triq Marsamxett, il-Belt, fejn qabel kien hemm l-iskola tal-Pilar, bini li jifforma parti mill-House of Catalunya, u issa ġie lura f'idejn il-Gvern. Din iċ-ċaqlieqa qed issir biex l-Uffiċċju Konġunt, li għal dawn l-aħħar 5 snin ifforma parti mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, ikun fiżikament aktar qrib tal-Berġa tal-Baviera fejn jaħdmu d-dipartimenti l-oħra li jiffurmaw din it-Taqsima kif ukoll ir-Reġistru ta' l-Artijiet. Dan iċ-ċaqlieq ser jagħti ċ-ċans biex ikunu amalgamati numru ta' sezzjonijiet li jagħtu l-istess servizz bħal Registry, Customer Care u aktar 'il quddiem anke l-ġbir tal-kera, biex b'hekk it-Taqsima ssir aktar streamlined u effiċjenti.
Il-Binja f'Sa Maison ser tiġi allokata lill-Awtorita' dwar it-Transport li għandhom bini imiss ma' l-istess Uffiċċju konġunt.
Il-fond fil-Belt Valletta ġie irranġat matul din l-aħħar sena; l-ispiża għal dan il-għan laħqet Lm65,000. Ħafna minn dan ix-xogħol sar mill-impjegati stess tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. L-ispiża fuq indikata tinkludi wkoll l-overtime li tħallas lill-dawn l-impjegati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar din is-sena? Min huma? Nitlob li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul din is-sena gew ingaggiati dawn il-haddiema mill-Awtorita' tad-Djar, kollha fuq bazi full-time:
2 skrivani fuq kuntratt ghal sena u nofs
4 skrivani fuq kuntratt ghal sena
perit fuq kuntratt ta' tlett snin
4 housing officers fuq kuntratt ta' tlett snin
Ninsab infurmata wkoll li 4 mill-iskrivani taw ir-rizenja.
Ma nhossx li l-ismijiet tal-persuni koncernati u l-kuntratti ghandhom jigu ppublikati.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera li kienet imwaqqfa fl-1998? Tista' tpoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra rigward rakkmandazzjonijiet ta' l-istess kummissjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
[];/Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat f'Seduta 58 għall-Mistoqsija tiegħu Numru 2756.
Fid-dawl tad-diskors mill-Eċċellenza Tiegħu Guido Demarco fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Għaxar Parlament, rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan ir-rigward matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22717 f’Seduta Numru 478.
Inżid li, kif ħabbar il-Prim Ministru, il-
White Paper
li tħejjiet ser tigi preżentata lill-Oppożizzjoni.
Fid-dawl tad-diskors mill-President ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament li jingħataw inċentivi għall-użu tal-ħafna djar vojta li hawn, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan il-qasam matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul din il-leġislatura, l-Awtorita’ tad-Djar indirizzat is-sitwazzjoni ta’ proprjeta’ residenzjali vojta billi daħħlet fis-seħħ skema għar-riġenerazzjoni ta’ proprjeta’.
Permezz ta’ din l-iskema l-Awtorita’ tixtri postijiet vojta delapidati f’¿oni urbani u rurali li, wara li jigu ¿viluppati, eventwalment jiġu allokati taħt skemi oħra ta’ l-istess Awtorita’, bħal ma huma x-
Shared Ownership
,
Sheltered Housing
jew jiġu mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b’kiri. L-iskop wara twaqqif ta’ din l-iskema, li għaliha ġew ivvutati Lm 3 miljuni, hu li, filwaqt li tirriġenera proprjeta’ delapidata, tnaqqas il-proprjeta vojta.
Tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad li l-Awtorita' tad-Djar għandha skema għal min jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu u jingħata għotja/grant mill-istess awtorita'? Meta twaqqfet? Kemm hi l-għotja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
l-iskema ta’ l-Equity Sharing ta’ l-Awtorita’ tad-Djar hi propju ntiża biex tgħin dawk li jixtiequ jixtru l-ewwel residenza tagħhom mis-settur privat. Taħt din l-iskema, li twaqqfet fi Frar 2007, l-Awtorita’ tiffinanza sa Lm10,000 fuq xiri ta’ l-ewwel proprjeta’ shell u sa Lm14,000 fuq l-ewwel proprjeta’ finished.
L-Awtorita’ tħaddem wkoll skema biex tgħin lis-sidien fil-bini, irranġar u/jew tkomplija ta’ l-ewwel residenza. L-għotja taħt din l-iskema, li twaqqfet f’Settembru 2004, illum hi ta’ Lm2,500 f’każ ta’ proprjeta’ mibnija wara Jannar 1990 u Lm3,000 għal proprjeta’ mibnija qabel.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' implimentazzjoni wasal il-pjan tal-Gvern biex l-ipproċessar tal-laħam frisk taċ-ċanga u dak tal-fniek, kif ukoll il-produzzjoni tal-ġbejniet ikunu konformi mar-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea kif imfassla permezz ta' l-istrutturi tagħha, jiġifieri l-Food and Veterinary Office u d-Direction Generale "Sante' et protection des consummateurs"?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ħafna mill-issues li staqsa fuqhom l-Onorevoli Interpellant huma setturi li minħabba bidla fil-politika Ewropea li rat it-tibdil fil-Hygiene Package wassal għat-telf tal-kategoriji ta’ stabbilimenti ta' l-ikel b’low throughput. Dawn l-istabbilimenti iridu ikunu konformi mar-regolament il-ġdid u, kif sar f'setturi oħra, dan ser isir b'mod gradwali. Fil-każ ta’ l-ipproċessar taċ-ċanga, ser jittiehdu sensiela ta’ azzjonijiet fil-bejgħ taċ-ċanga biex jiżguraw il-kwalità u s-sanità tal-prodott. Dawn l-azzjonijiet, li jistgħu jkunu meqjusa bħala żvantaggjużi għall-operaturi, huma meħtieġa biex inwasslu prodott Malti ta’ l-aħjar kwalità.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-Ministeru tiegħu daħal fi spejjeż żejda biex inxtrat tractability system ġdida għal skopijiet ta' de-boning meta s-sistema li kien hemm qabel setgħet faċilment ġiet adattata għall-ħtiġijiet preżenti u b'hekk kienu jiġu ffrankati madwar Lm200,000 mill-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin permezz tat-taxxi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-apparat għas-sistema ta' traceability inxtara mhux minħabba skopiiet ta' deboning iżda abbażi ta' pariri tekniċi u kif ukoll minħabba rikjesti mill-Unjoni Ewropea fl-operat tal-biċċerija kif ukoll skond pjanijiet dettaljati tax-xogħlijiet ta' upgrading li ġew sottomessi 'l-Food and Veterinary Office b'mod regolari. Is-sistema ser tiġi nstallata aktar tard dis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm il-MEPA milli teżegwixxi l-enforcement no. 344/99 f'Marsaxlokk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li inħareġ Avviż ta' Twettiq u Infurzar ECF 344/99 fl-20 ta' April 1999 minħabba li l-applikant ma kkonformax ruħu ma' kundizzjoni 18 tal-permess PB3095/87/48/86 datat 28 ta' Settembru 1987 billi ma ffurmax it- triq quddiem iż-żewġ faċċati tal-plot tiegħu skond il-liġi. Tajjeb wieħed jinnota li dan il-każ hu inkluż fil-pjan għal azzjoni diretta.
Ajruport Internazzjonali — Pussess ta' oġġetti projbiti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm-il każ kien hemm ta' persuni li nqabdu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta (qed jitilqu minn, jew ġejjin lejn Malta) fil-pussess ta' oġġetti pprojbiti mil-liġi għall-ivvjaġġar bl-ajru? X'kienu l-oġġetti li nqabdu? X'passi ttieħdu mill-pulizija f'kull każ? X'passi ttieħdu minn awtoritajiet oħrajn (per eżempju l-Kummissarju tal-VAT, il-Kontrollur tad-Dwana, eċċ) f'kull każ? Kemm-il każ itella' l-Qorti b'arrest u kemm-il każ itella' l-Qorti bi proċedura oħra? F'kemm-il każ l-persuna/i nvoluta/i nżammet/nżammu taħt arrest għall-interrogatorju mill-Pulizija? U għal kemm-il siegħa nżammu taħt arrest b'dan il-mod, jekk kien hemm min inżamm hekk? Kemm għadda żmien bejn l-akkadut fl-ajruport u l-apparizzjoni fil-Qorti f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2004 sal-lum, kien hemm erba' persuni li tressqu quddiem il-Qorti mill-Pulizija, fuq akkużi relatati ma' ksur ta' l-Att dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili (Kap. 405). Stante li għad hemm proċeduri kriminali pendenti f'żewġ każijiet, ma nħossx li huwa prudenti li aktar tagħrif għandu jkun ippublikat f'dan l-istadju. Pero' dwar il-passi li ttieħdu minn awtoritajiet oħra imsemmija fil-Mistoqsija, nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Jikkonferma l-Ministru li Heritage Malta se jkollha tħalli l-uffiċċji tagħha fl-Universita` l-Qadima ġewwa l-Belt Valletta? Jekk fl-affermattiv, għaliex u fejn se tittrasferixxi ruħha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi f'dan l-istadju m'hemm l-ebda pjan biex Heritage Malta tħalli l-uffiċċji tagħha fl-Universita' l-Qadima.
Jista' l-Ministru jara xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu dwar l-antenna tat-telegrafija li tinsab fil-Biżbiżija limiti tal-Mosta, li din qegħda preżentament ta' periklu għall-ajruplani li jittajru fil-baxx peress li d-dawl aħmar fuqha għall-avviż lill-ajruplani mhux qed jixgħel u ilu hekk żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar l-użu li beħsiebha tagħmel l-Universita` ta’ Malta mill-bini tal-Universita` l-qadima fil-Belt Valletta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm il-ħsieb li din is-sede tiġi użata biex minn hemm jiġu mgħallma l-programmi internazzjonali ta' prestiġju ta' l-Universita', partikolarment dawk mibnija bħala joint-ventures bejn l-Universita' ta' Malta u universitajiet internazzjonali. Dan l-aħħar ġew akkomodati fiha l-kumpaniji ta' l-Universita' biex ikunu jistgħu jaħdmu mill-qrib ma' l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta' korsijiet qosra, konferenzi u affarijiet oħra bħal konferenzi. L-għan ta' dan il-bini antik hu li jerġa jsir is-sede prinċipali ta' prestiġju għall-Universita', post ta' studju u riċerka f'oqsma li jmissu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna fl-isfond ta' żviluppi internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Meta kien maħsub li jiġi ppubblikat?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rapport imsemmi għadu qed jiġi evalwat mill-Ministeru filwaqt li qed isiru t-tħejjijiet għall-pubblikazzjoni tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita la darba m'hemmx appell minn deċiżjoni tal-bord mediku dwar il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan wara snin li kien għadda bord mediku, għalkemm għadu ma jiflaħx reġa' tpoġġa fil-lista ta' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol? Ma taħsibx li f'każijiet partikolari bħal dawn, għandu jkun hemm sistema ta' review?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mid-dettalji provduti, ma kienx possibbli li jinstab il-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jivverifika dawn id-dettalji u possibbilment jgħaddili n-numru tal karta ta’ l-identita tal-persuna konċernata, anki b’mod kunfidenzjali, biex il-każ ikun jista’ jiġi nvestigat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iż-żmien fis-sena skolastika li għaddiet? Kemm kienu subien u kemm bniet? X’kienu r-raġunijiet prinċipali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iz-zmien fis-sena skolastika li għaddiet (2006-2007) kien hekk:
Subien Bniet
Taħt is-16-il sena 21 6
Il'fuq minn 16-il sena 31 20
TOTAL 52 26
Informat ukoll li r-raġunijiet prinċipali kienu sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu.