Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rapporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007 ma ġew ikkummissjonati l-ebda rapporti fil-Ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħti.

Ġustizzja u Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-konsulenti li ngħataw xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi, huma dawk li jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 26798.

Pembroke — Tennis court

Question

Tista' l-Airmalta tikkunsidra li ssellef tennis court li hemm Pembroke, proprejta' tagħha u li tinstab fi stat tal-biki, lill-assoċjazzjoni tat-tennis tal-lokal biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu, minbarra li jitnaddaf u jinżamm fi stat bħan-nies? Naturalment kemm-il darba l-Airmalta jkollha użu għalih, allura din l-assoċjazzjoni toħroġ 'l barra. Dan jgħin l-isport u l-ħajja soċjali f'dawn l-akwati.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-2 ta' Lulju 2007, ġie iffirmat ftehim bejn l-Air Malta u l-Pembroke Rackets Tennis Club biex dan it-tennis court jinkera lill-club.

Qormi — Triq Dun Alwig Psaila

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-WSC qed tirrifjuta li tagħti s-servizz lil diversi residenti li applikaw għalih fi Triq ġdida fi Triq il-Wied (Triq Dun Alwig Psaila) Qormi wara li saħansitra nħarġilhom compliance certificate mill-MEPA?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru.24595, nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li qed isir kull sforz biex il-proċeduri msemmija jitħaffu u jkun jista' jibda x-xogħol.

Sptar Mater Dei — Reklami

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27161 u jgħid kemm swew sa issa r-reklami għall-Isptar Mater Dei fuq il-PBS? Jista' jgħid min ħadem dawn ir-reklami?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li ġie sospiż it-tender ta’ l-IT ta’ l-Isptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma xtrat b’direct order l-ebda PC jew hardware ieħor relatat ma’ informatika li oriġinarjament kellhom ikunu koperti minn din it-tender.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

San Ġiljan — Limited time zone parking

Question

Billi l-Ministru ftit ilu kien weġibni li ma sab ebda talba mingħand il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan dwar limited time zone parking ta' massimu ta' 20 minuta sabiex tħares l-interessi tas-sidien tal-ħwienet fi Triq San Ġorġ San Ġiljan, nixtieq nirreferik għall-ittra ta' l-istess kunsill, datata 22 ta' Ġunju, 2004 lit-Traffic Management Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta: Attenzjoni A Testaferrata de Noto. Fiċ-ċirkustanzi jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-ADT issa li għaddew tliet snin minn mindu nkitbet din l-ittra u jekk s'issa għadu ma sar xejn, jistgħu jittieħdu passi ta' rimedju ħalli tiġi mtaffija u/jew indirizzata din il-problema li qed ixxekkel il-kummerċ fiż-żona ndikata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi għal mistoqsija parlamentari Numru 23484 fejn l-Onor Interpellant kien talab informażżjoni dwar talba għal Timed Parking madwar 30 minuta fi Triq San Gorg (Doc 1). Din il-mistoqsija parlamentari kellha d-data 24 ta’ Jannar 2007 u rreferiet għal din it-talba mill-kunsill lokali San Giljan bħala li kienet intbagħtet lit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku xi xhur qabel. It-taqsima kienet għamlet riċerka fir-records sa minn xi xhur qabel it-29 ta’ Jannar 2007 (li ttieħdu sa minn Jannar 2006) kif kien referut mill-Onor Interpellant. It-Taqsima terga’ tikkonferma li sa minn xi xhur qabel Jannar 2007 ma kienet irċeviet l-ebda talba għal parkeġġ ta’ madwar 30 minuta. Saret ukoll riċerka fid- data base tal-korrispondenza ta’ l-Awtorita’ Dwar it–Trasport minn Jannar 2006 u wkoll ma nstab l-ebda riferiment għal din l-ittra (Doc 2). B’referenza għal mistoqsija parlamentari Numru 27477, l-Onor Interpellant jagħmel referenża għal ittra bid-data 22 ta’ Gunju 2004 li ntbagħtet lit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku. It-Taqsima għamlet riċerka fir- records u tikkonferma li din l-ittra kienet waslet l-Awtorita Dwar it-Trasport u li t-Taqsima kienet infurmat lill-kunsill ta’ San Giljan b’ittra data ta 28 ta’ Gunju 2004 (Doc 3) li talbiet simili kellhom isiru skond it- Terms of Reference for the Creation of Controlled Residence Parking Schemes. Sal-lum it-Taqsima ma rċeviet l-ebda informażżjoni addiżżjonali mill-kunsill lokali kif mitlub u għaldaqstant din it-talba ma tistax tkun ipproċessata. Niġbed l-attenżżjoni ta’ L-Onor Interpellant kif ġej: · F’mistoqsija parlamentari 23484, t-Tqasima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ġiet żgwidata meta kienet infurmat li din it-talba għal Timed Parking kienet saret biss xi xhur qabel meta fil-fatt it-talba kienet saret tlett snin qabel, jiġifieri fit-22 ta’ Gunju 2004 (Doc 4). · F’mistoqsija parlamentari 23484, it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ġiet żgwidata meta kienet riferita li t-talba kienet saret għal parkeġġ ta’ 30 minuta meta fil-fatt din it-talba kienet għal 20 minuta. · F’mistoqsija parlamentari 23484 it-taqsima kienet infurmata li t-talba saret minn ħwienet fi Triq San Gorg iżda fil-fatt it-talba saret minn ħwienet li qegħdin ukoll f ’Ross Street. Huwa ferm appreżżat li l-mistoqsijiet parlamentari jkunu aktar preċiżi sabiex ikun evitat kull forma ta’ nuqqas ta’ ftehim jew inkomprenzjoni. ______________________ A. Testaferrata De Noto Kap. Taqsima Immanigjar tat-Traffiku

Msida — Remissi taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27251 li oriġinarjment ġiet magħmul lill-Viċi Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha, cioe' billi hemm xi nies li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li għandhom remissi taż-żwiemel fi Triq Spiżjar Joe Sciberras, Msida, f'postijiet fejn titħallas il-kera lill-joint office, u billi dawn eventwalment se jiġu allegatament riallokati premises in-naħa magħrufa bħala Tal-Blata ħdejn il-Ġibjun qrib l-Universita' minflok ma dawn jintbagħtu temporanjament biex jużaw stalel il-Marsa, tista' tara li jitħallew f'dan il-fond sakemm jasal għat-twaqqiegħ kif ukoll sakemm ikun tlesta l-post alternattiv li x'aktarx se jiġi allokat lilhom għall-istess skop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni ta' l-entita' konċernata.

Hal Far Industrial Estate — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27259 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm street lighting aħjar fil-Ħal Far Industrial Estate speċjalment qrib il-fabbrika Trelleborg għaliex hemm partijiet skabrużi ferm bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isir pjan għat-titjib ta Hal Far li jinkludi wkoll upgrading ta’ Street Lighting. Dan il-pjan għandu jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Novembru.

Għawdex — Investiment barrani

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26778 dwar investiment dirett barrani f"Għawdex, jista' l-Prim Ministru issa jagħtini t-tagħrif mitlub li 3 xhur ilu qal li kien qed jnġabar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li Malta taqa’ taħt in-NUTS 2 l-informazzjoni li tiġbor hija għall-Malta u Għawdex f’daqqa. Malta kienet tkun obbligata li tiġborha fuq skala reġjonali kieku kienet taħt NUTS 3.

Reġistrazzjoni ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ammonti ta' flus fl-iskema li ħareġ il-gvern għall-flus moħbija Maltin qabel id-dħul tal-euro? Huwa sodisfatt bil-livell tar-reġistrazzjoni? X'persentaġġ ta' flus ġew reġistrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27812.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27303, 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27303.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27316 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27304, 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Trabi ta' unmarried mothers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi ta' unmarried mothers din is-sena u x'eta' kellhom l-ommijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat mill-uffiċċju ta' l-Istatistika li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx xahar b'xahar iżda tiġi proċessata biss fl-aħħar tas-sena. Għaldaqstant l-istatistika ta' unmarried mothers għas-sena 2007 tista' tiġi mogħtija biss wara l-aħħar tas-sena.