Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel jgħallmu l-Ingliż lill-barranin

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27626, jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-1 ta’ Jannar 2007 u f’liema skejjel? Instabu xi nuqqasijiet? Jekk iva, x’kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena rapprezentanti tal-Bord zaru l-annexes ta' l-iskejjel kollha li huma liċenzjati, kif ukoll l-iskejjel li joperaw fis-sajf biss, ħalli jaraw kif kienu mmexxijin. Iz-zjajjar lill-iskejjel liċenzjati li joperaw matul is-sena kollha għadhom għaddejjin.

Bejgħ u konsum ta' xorb

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27622, wara l-ittri kollha u ilmenti dwar xorb minn żgħażagħ Maltin u barranin taħt l-eta` f’diversi postijiet ta’divertiment f’Malta u f’Għawdex, jista’ l-Viċi Prim Ministru jara x’jista’ jsir biex il-liġi tiġi nfurzata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tkompli issaħħaħ l-ispezzjonijiet tagħha kontra dan l-abbuż.

Junior Lyceum — Rapport dwar l-eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar rapport dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li ġie ppubblikat? Meta huwa mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar rapport li ġie ppublikat dwar l-ezami tal-Junior Lyceum huwa dak ta' l-2006. Dawn ir-rapporti jiġu ppublikati kull sena fix-xahar ta' Novembru.

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-prezzijiet tal-mediċini fuq is-suq privat mhumiex responsabilta' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Applikazzjoni għal assistenti kapijiet — Riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippubblikati r-riżultati ta’ dawk li applikaw għal assistenti kapijiet? Jekk le meta ser jiġu ppubblikati? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew maħtura / appuntati Assistenti Kapijiet minn dawk li kienu applikaw, min huma u f’liema skola ġew mibgħuta? Kemm hemm jew kien hemm vakanzi għal Assistenti Kapijiet u jekk ġewx mimlija kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultati tal-intervisti għall-Assitenti Kapijiet jiġu ppubblikati mill-Public Service Commission wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet lill-MPO. S’issa ħadd għadu ma ġie appuntat Assistant Kap. Hija l-prassi li biex skola jkollha l-complement meħtieġ fit-tmexxija, għalliema jintalbu jagħmlu xogħol amministrattiv biex jgħinu l-Kap ta’ l-iskola.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ġeometrija u d-disinn tat-toroq Triq Għar u Casa u Triq il-Għajn fil-Mellieħa tinbidel peress li din m'hijiex konformi ma' l-istandards u wara dawn it-toroq jiġu mogħtija wiċċ xieraq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li din it-triq hija waħda mit-toroq li qed jinbnew skond il-program ta’ toroq 2006-2008. Fil-ġimgħat li għaddew saru diversi laqgħat fuq is-sit imsemmi bejn ir-residenti, l-kuntrattur u rapprezentanti tal-ADT. F’dawn l-laqgħat ġew diskussi diversi diffikultajiet imqajma mir-residenti u saru proposti biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti ta’ dawn it-toroq.

Estenzjoni tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-Park and Ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopoja tal-permess tal-MEPA għall-estenżjoni tal-Park and Ride.

Testijiet bil-Weigh Pads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u meta saru testijiet bil-weigh pads minn meta ġew introdotti sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li t-testijiet tal- weigh pads ġew introdotti f’ Jannar li għadda. It-testijiet li saru minn Jannar sal-lum kienu s-segwenti:- Xahar Numru ta’ testijiet Numru ta’ Citazzjonijiet maħruġa f’ dan ir-rigward Jannar’ 07 37 23 Frar’ 07 16 5 Marzu’07 34 17 April’ 07 8 1 Mejju’ 07 20 8 Ġunju’ 07 17 7 Lulju’ 07 17 6 Awissu’ 07 15 4 Settembru’ 07 8 3 Ottubru’ 07 8 2 TOTALI 180 76

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-ADT għas-snin 2006 u 2007 mill-liċenzji tas-sewqan u mill-liċenzji tat-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nformazzjoni dwar id-dħul għas-snin 2006 u 2007 li nġabru mil-liċenzji tas-sewqan u mil-liċenzji ta-triq (informazzjoni annessa). PQ 27952 Licenzji tas-Sewqan Licenzji tat-Triq Dhul tal-Gvern Dhul ta' l-ADT Total Dhul tal-Gvern Malta Ghawdex 2006 448,977.60 77,660.00 526,637.60 11,406,463.39 731,711.54 2007 (Jan - Sett) 444,183.60 74,735.00 518,918.60 8,878,067.56 348,602.03

Għawdex — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti f'Ghawdex? Jista' jgħid ukoll kemm ittieħdu direct actions fl-aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għar-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija hija diġà pubblika fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). L-informazzjoni dwar it-tieni parti għadha qed tinġabar.

Revisions of paper

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kull suggett separatament fil-livell tas-SEC u dak tal-MATSEC kemm saru revisions of paper din is-sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm riżultati riveduti għal kull suġġett separat u liema minnhom kellhom riżultat rivedut bi grad jew aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 27620 f'Seduta 558.

E-mails fuq l-indirizz tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati governattivi jistgħux jużaw l-e-mail address tal-gov.mt fuq media stampata sabiex il-pubbliku jkun jista' jibgħat feedback, informazzjoni, kummenti eċċ fuq l-indirizz tal-gvern in konnessjoni mal-kontenut ta' l-artiklu, intervent, kumment eċċ fuq il-media stampata li ma jkollu ebda konnessjoni u jkun kompletament estranju għax-xogħol mal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-website "http://ictpolicies.gov.mt" fejn tinsab l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #27961 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ingaġġ ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu ngaġġati court messengers fil-Qorti ta' Għawdex u l-fattiga li ilha tiġi mwiegħda xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li rigward il-court messengers, hemm l-approvazzjoni ghal tnejn tal-Management and Personnel Office fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, u ser tohrog call for applications. Ghar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li tajt ghal-mistoqsija parlamentari numru 27439.

Għawdex — Premises ta' l-uffiċċju elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ser jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27965 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sant'Anna — Ilmenti minn residenti

Question

Peress li r-residenti ta' Sant'Anna qed jilmentaw li mhux qed jingħataw ħrieqi u li lanqas qed jingħataw ġobon ma' l-ikel tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għal dan u tirrimedja dan l-inkonvenjent għar-residenti anzjani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li is-sitwazzjoni dwar il-gobon giet ghan-normal. Meta ma nghatax, kien ghall-fatt li s-supplier minn Malta kien ghadu ma gabilniex stokk. Jiena nfurmata wkoll li il-hrieqi jigu mixtrija u moghtija mill-Welfare Committee lill-Isptar t'Ghawdex. Fid-29 ta' Jannar 2007 l-isptar ghamel ordni ghal sitt mitt (600) kaxxa imma sa issa rcivew biss mija u sebghin (170) kaxxa. Residenza Sant'Anna dejjem giet fornuta bil-hrieqi ghalkemm b'ammont inqas minn dak mitlub. Dan sar peress li l-istokk hu baxx u bhala sptar irridu noqoghdu attenti li kemm jista' jkun il-pazjenti kollha ta' l-isptar jigu moqdija. Gejna nfurmati mill-Welfare Commitee li l-container ghandu jidhol din il-gimgha jew kmieni il-gimgha d-diehla.
Leg 10 PQ #27976 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression Chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li tibda taħdem id-Decompression Chamber f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Id-Decompresion Chamber mistennija tibda tagħti servizz hekk kif jiġu ingaġġati t-tobba meħtieġa.

Universita' ta' Malta — Sular ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jintlaqgħu l-proposti raġjonevoli li saru fis-27 ta' Lulju, 2007 mid-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics biex ikun hemm użu komuni tas-sular l-ġdid fl-Universita' ta' Malta kemm mid-Department of Chemistry u d-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wassallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u 27829 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.