Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B ta’ nefqa fuq safar li l-kontijiet ġew magħluqa għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Nefqa fuq servizzi ta'konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26182.

Nefqa fuq servizzi ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet mill-pulizija għal sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol din is-sena u kemm kienu pożitivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, kien hemm 169 sewwieqa ta' vetturi, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, li minnhom 112 nstabu li kienu qed isuqu vettura taħt l-influwenza tax-xorb, filwaqt li 41 irrifjutaw li jagħmlu jew ma komplewx it-test.

Boarded out

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew boarded out persuni mix-xogħol xahar b'xahar din is-sena u x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata ebda Dipartiment jew entita’ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika dwar in-numru ta’ persuni li jiġu boarded out jew dwar ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel ma ġew boarded out. Jekk l-Onor. Interpellent qed jirreferi għan-numru ta’ persuni li, matul l-2007, bdew jirċievu pensjoni għal invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ninsab infurmata li t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trabi ta' single mothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal ta' single mothers din is-sena u minn liema lokalita' kienu l-ommijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Settembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li twieldu total ta' 672 -il tarbija minn ommijiet rapportati bħala single. It-tabella ta' hawn taħt turi din l-informazzjoni skond minn liema lokalita' kienu l-ommijiet. Lokalita' Trabi North Harbour 214 South Harbour 188 South East 93 West 58 Northern Region 92 Gozo 27 Total 672

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li tkun irtirat mill-Armata ta' 55 sena tkun mitluba tirreġistra mal-ETC filwaqt li persuna li tkun għamlet mill-inqas 25 sena servizz ma għandhiex obbligu simili, minkejja li ta' l-ewwel ġieli ħallsu NI Contributions akbar minn ta' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond ir-regolamenti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, persuna li ddeċidiet hija li tieqaf mill-impjieg bħal ma huwa l-każ tal-persuna li għamlet 25 sena servizz u ddeċidiet li titlaq qabel iż-żmien ma tistax tirreġistra fuq l-ewwel parti imma fuq it-tieni parti tar-reġistru. Dan jekk dejjem il-persuna tixtieq terġa’ taħdem xogħol full time u għadha qegħda. Persuna li għandha 55 sena u spiċċat mix-xogħol mhux għax riedet hija imma għax għalaq il-kuntratt hekk kif stabbilit fil-liġi, ma tilfitx ix-xogħol għax riedet hija imma għax hekk huwa mitlub. Għalhekk persuna bħal din li dejjem tixtieq terġa’ taħdem xogħol full time u li hija bla mpjieg, tista’ tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru.

Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera l-Park and Ride fil-Floriana? Kemm hu stmat li użawh vetturi sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29542, qiegħed nerġa’ nagħti l-informazzjoni mitluba fejn qed tingħata kjarifika dwar il-patrunaġġ tal-Park and Ride. Ninsab infurmat illi kif inhu imsemmi fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numru 21207, 27969 u 28067 il-Park and Ride fi Crown Works/Horn Works Ditch bdiet topera fis-6 ta’ Novembru, 2006 u l-estensjoni bdiet topera fit-12 ta’ Settembru, 2007. L-Awtorita’ Dwar it-Trasport izzomm biss estimi tal-patrunaġġ tax-shuttle bus. L-estimi tal-patrunaġġ sal-lum huma: Xahar Estimi tal-Patrunaġġ (medja kuljum) Novembru 2006 1020 Dicembru 2006 2736 Jannar 2007 1574 Frar 2007 1674 Marzu 2007 1589 April 2007 1504 Mejju 2007 1437 Gunju 2007 1263 Lulju 2007 1255 Awwissu 2007 1352 Settembru 2007 1336 Ottubru 2007 1148 Novembru 2007 1251 Dicembru 2007 1514

Msida — Valley Road

Question

Billi Valley Road/B’Kara Rd, Msida hija triq arterjali li taqa' taħt il-gvern ċentrali jista' l-Ministru jindika meta ser jitneħħa l-ħafna ħmieġ li jġorr miegħu il-wied wara l-maltempati għal quddiem l-ufficini ta’ Pantalesco minħabba l-inkovenjent li dan qed joħloq għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-imsemmi xogħol ta' tindif sar fl-aħħar jiem u cioe' immedjatament wara l-aħħar maltemp li laqgħat l-inħawi.

Karta ta' l-identita speċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li l-karta ta' l-identita' speċjali tingħata l-importanza mistennija minnha għax ħafna nies li għandhom din il-karta m'humiex jottjenu l-benefiċċji tagħha? Fost l-oħrajn per eżempju, il-karta ta' l-identita' speċjali suppost li tintitola lil min jesibiha biex jinqeda l-ewwel f'diversi postijiet bħalma huma banek, sptarijiet, ċentri tas-saħħa, qorti, postijiet tal-votazzjoni u xi uffiċini tal-gvern. Tista' tara li jitwaħħal avviż f'dawn l-imsemmijin postijiet biex jispeċifika dan id-dritt lil kulmin huwa nteressat sabiex b'hekk inkunu verament qed ngħinu lil nies b'diżabilita' ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-karta ta' l-Identita' Speċjali maħruġa lill-persuni b'diżabilita' mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tintitola lil dak li jkun għal diversi benefiċċji, inkluż li persuna jkollha prijorita' fl-għoti ta' servizzi minn diversi dipartimenti, entitajiet u kumpanniji. Ninsab infurmata li din il-prijorita', bħal benefiċċji l-oħra li jgawdi minn għandu Karta ta' l-Identita' Speċjali, tista' ma tingħatax b'mod awtomatiku kif ukoll li tkun marbuta ma' kundizzjonijiet skond id-diskrezzjoni ta' min joffri s-servizz. Minħabba dawn id-diffikultajiet, ma naħsibx li s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant jista' jitħaddem fil-prattika. Inżid ngħid li l-benefiċċji offruti lill-persuni li għandhom il-Karta ta' l-Identita' Speċjali huma elenkati fil-ktieb Servizzi u Benefiċċji għal--Persuni b'Diżabilita, li jista jinkiseb mill-Uffiċċju, jew jiġi aċċessat fuq il-Website, tal-Kummissjoni.

Universita' ta' Malta — Bord akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li membru tal-bord akkademiku ta' l-Universita’ ta’ Malta ġie mġiegħel jirriżenja minħabba rregolaritajiet finanzjarji fl-Universita'? Jikkonferma wkoll li din il persuna sa ftit xhur ilu kienet il-Kap tas Segretarjat ta’ Ministru tal-Kabinett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ħadd li ġie mġiegħel jirrizenja minħabba irregolaritajiet finanzjarji fl-Universita'.