Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33248 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru għal Għawdex

Triq ir-Repubblika — Rabat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif ser isir ix-xogħol konness mat-traffiku fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, fejn ser isiru iż-zebra crossings, x'ser isir f'salib it-toroq u meta huwa il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda u jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31601 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru ta' l-Intern

PA Applications

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sottomessi applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA Applications) fuq siti sitwati fuq il-gzira ta' Malta u kemm kienu dawk fil-gżira t'Għawdex fis-snin 2001? Kemm minn dawk f'Għawdex kienu minn periti li għandhom uffiċċju f'Malta, fis-sena 2001? Kemm minn dawn ġew deċiżi fi żmien 4 xhur mid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni? Kemm-il perit li għandu l-warrant għandu l-uffiċju tiegħu f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, ġew sottomessi 6,678 applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar: 5,801 għal żvilupp f`Malta, u 877 għal żvilupp f`Għawdex. 120 applikazzjoni mit-877 li saru għal żvilupp f`Għawdex fl-2001, saru minn Periti li għandhom uffiċċju f`Malta. Minn dawn il-120 applikazzjoni, 15 ġew deċiżi f`inqas minn 120 ġurnata mid-data minn meta l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli.
Leg 9 PQ #29845 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm tul dawn l-aħħar tletin (30) sena ittellgħu nies il-Qorti mixlija bi ksur ta' l-artikolu 6 abbinat mal-artikolu 3 tal-Att dwar il-protezzjoni ta' l-Antikitajiet (Kap 54) riferibbilment għal dak il-bini li ilu mibni ħamsin (50) sena u liema bini kellu l-permessi maħruġa mill-mużewijiet jew/u mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor Ħabib tiegħi japprezza d-diffikulta` tat-tweġiba għal din il-Mistoqsija. Id-dipartiment tal-mużewijiet ma jżommx dawn ir-records li pero` jinsabu l-Qorti anke jekk mhux fi stat kumpilat. Lest nordna r-riċerka f'każ li hemm xi każ partikolari li jinteressa l-Onor Membru.
Leg 9 PQ #27617 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistent Occupational Therapist

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27423, jista' l-Prim Ministru jaċċerta lil Kamra li l-persuna li isimha u d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu kunfidenzjalment fil-fatt kellha l-grad ta' assistent principal occupational therapist qabel ma għalqu l-applikazzjonijiet għall-principle occupational therapist skond kif spjegat fid-domanda? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma lill-Kamra bid-data

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ma kellhiex il-grad ta’ “Assistant Principal Occupational Therapist” sad-data ta’ l-għeluq ta’ l-applikazzjonijiet għal “Principal Occupational Therapist”, jiġifieri sat-22 ta’ Settembru 2000.
Leg 9 PQ #27423 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principal Occupational Therapist

Question

Jista' l-Onor. Prim Ministru jassigura lill-Kamra illi l-applikanti kollha għall-post ta' principal occupational therapist li ħarġet fid-29 ta' Awwissu 2000 kienu eliggibbli biex japplikaw? Jista' l-Prim Ministru jassigura lill-Kamra illi ma kienx hemm ħadd li meta applika għall-post ta' principal occupational therapist kien għadu ma ħax il-grad ta' assistant principal occupational therapist kif titlob l-applikazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-applikanti għall-post ta' principal occupational therapist meta kisbu l-kwalifika meħtieġa biex ikunu jistgħu japplikaw għal dan il-post?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm disa’ applikanti għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ vakanzi fil-grad ta’ “Principal Occupational Therapist”. Fil-fatt, fid-data ta’ l-għeluq tas-sejħa, i.e. fit-22 ta’ Settembru 2000, kien hemm żewġ applikazzjonijiet biss, iżda l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddeċidiet li applikazzjonijiet li saru minn tmien uffiċjali oħra (waħda minn dawn it-tmienja kienet diġà applikat ma’ l-ewwel tnejn) wara d-data ta’ l-għeluq tas-sejħa kellhom jiġu aċċettati għax dawn l-uffiċjali kienu ġew maħtura “Assistant Principal Occupational Therapists” b’effett mit-22 ta’ Settembru 2000, fuq rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għamlet fl-14 ta’ Settembru 2000. Il-Kummissjoni deherilha li ġa ladarba dawn l-uffiċjali fid-data ta’ l-għeluq teknikament kellhom il-ħatra ta’ “Assistant Principal Occupational Therapist” ma kienx ikun korrett li jiġu esklużi minn dan il-proċess ta’ l-għażla. Minħabba li l-proċess ta’ l-għażla għadu sejjer, il-Kummissjoni ma tixtieqx li jingħataw dettalji ta’ l-applikanti f’dan l-istadju. Din l-informazzjoni tkun aċċessibbli meta jiġi ppublikat ir-riżultat.

Kummissjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummissjoni tal-Korruzzjoni dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-impjieg fil-Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaz li ghalih qed issir riferenza kien gie maghluq skond verbal tal-laqgha li saret fl-20 ta` Dicembru 2000. Ghaldaqstant Rapport ma kienx sar. Qieghed impoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-verbal li bih il-kaz inghalaq.

Kummissjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummissjoni tal-Korruzzjoni dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-impjieg fil-Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #22250 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NPAA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni jew raġunijiet se jitwaqqaf 'Office of Review' fi kważi kull ministeru iżda dan l-uffiċju mhux se jitwaqqaf fil-ministeru għal Għawdex, u dan minkejja li n-National Programme for the Adoption of the Acquis jgħid f'paġna 211 li fost l-inizjattivi li jkunu ddentifikati? Jista' jgħid ukoll għaliex fis-sejħa għall-applikazzjoni li saret f'Ottubru 2000 għall-mili ta' postjiet ta' Director (office of reviews) fi kważi l-ministeri kollha, m'hemmx indikazzjoni li se jitwaqqaf direttorat simili fil-Ministeru għal Għawdex minkejja li f'paġna 71 tal-budget speech għas-sena 2001 intqal espliċitament li dan id-direttorat se jkun introdott f'kull Ministeru għal Għawdex għal dan il-post?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif diġa’ weġibt għall-mistoqsijiet li saruli fuq is-suġġett, l-iskop ta’ l-“Office of Review” huwa li jikkoordina u jissorvelja proġetti u inizzjattivi kbar ta’ bidla li qed iseħħu fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern. Minbarra Għawdex hemm Ministeri oħra, fejn għalissa mhux qed jitwaqqaf dan l-“Office of Review” u dawn huma l-Ministeru tiegħi u dawk tat-Turiżmu u ta’ l-Affarijiet Barranin. Dan ma jfissirx li fil-futur ma jistgħux jinħolqu “Office of Review” f’dawn il-Ministeri wkoll.
Leg 9 PQ #13088 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Att Legali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att legali li bih hija mwaqqfa l-Foundation for Medical Services?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att legali li bih hija mwaqqfa l-Foundation for Medical Services.
Leg 9 PQ #11125 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru tal-Finanzi

Karozzi — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar importazzjoni ta' karozzi classics? Kemm hemm dazju impost fuqhom? Taħt liema kondizzjonijiet jista' wieħed li jixtieq jimporta karozza ta' 'l fuq minn ħamsin sena jiġi eżentat milli jħallas id-dazju? F'dan il-każ, il-VAT xorta trid titħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dazju ta` importazzjoni fuq karrozzi classic huwa ta` 12% jekk joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fil-Komunita` Ewropeja. M`hemmx dazju fuq karrozzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropeja. Fiż-żewġ każi hemm taxxa ta` VAT ta` 15% li titħallas fuq il-valur li tistabbilixxi d-Dwana li ma jkunx inqas mill-valur minimu li hu stabbilit fil-liġi. Dan il-valur minimu jvarja minn Lm1453 sa` Lm10,000 skond is-cilinder capacity tal-vettura. M`hemmx l-ebda eżenzjoni partikulari għal karozzi classic ta` `l fuq minn 50 sena.

ETC — Kors għal wardens

Question

Billi jirriżulta li applikaw aktar minn 80 għal kors ta' warden, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn il-korsijiet isiru f'Għawdex stess biex b'hekk jitnaqqas ħafna mill-inkonvenjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kien pjaċir għalija ninnota li kien hemm ħafna persuni li applikaw biex jagħmlu l-kors tal-Gwardjani Lokali organżżat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Il-Korporazzjoni diġa bdiet tagħmel arranġamenti biex torganiżża l-kors f'Għawdex aktar tard din is-sena biex b'hekk l-applikanti Għawdxin ma jkollohomx għalfejn jiġu Malta. 1.3.99
Leg 9 PQ #4929 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċa — Testing

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba sabiex it-testing ta' dawk li japplikaw għal kaċċa minn Għawdex isir minn uffiċjali Għawdxin stess biex jitnaqqas l-inkonvenjent lil dawk l-uffiċjali Maltin li jkollhom jaqsmu għal Għawdex kull meta jakkumulaw numru ta' applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru nkarigat mid-Dipartiment għall-Ambjent. 01.03.99

Enemalta — Jobbers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jkun hemm żieda fil-commission li qed titħallas lill-licensed jobbers tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 1825.

Enemalta — Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-jobbers li bih jixtri d-diesel mingħand il-Korporazzjoni Enemalta m'huwiex l-istess prezz bħalma huwa l-prezz imħallas mill-filling stations u kemm hi d-differenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-prezz imħallas mill-jobbers huwa ta' 16c852 kull litru. Id-differenza hija ta' 0c62 minn dak li jħallsu l-pompi tal-petrol manwali u ta' 0c02 mill-pompi awtomatiċi. Ir-raġuni għal din id-differenz hija li dawn jaqgħu taħt arranġamenti differenti fejn kull kategorija tgawdi minn benefiċċji partikolari. Peress li l-Enemalta wegħdet li tibqa' tirrikonoxxi l-arranġamenti li kellhom il-jobbers mad-ditti privati, s'issa s-sitwazzjoni tagħhom baqgħet l-istess.