Bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern li d-deficit ta' din is-sena jitla' għal 2.7% u li jnaqqsu kull sena b'0.6% tal-Gross Domestic Product (GDP), jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jfisser dejn ħafna għola għal pajjiżna fil-ħames snin li ġejjin? X'differenza, f'dejn anqas f'termini ta' flus fuq il-perjodu ta' ħames snin li ġejjin se jagħmel il-Gvern, li ma kienx jagħmel kieku għamel sforz akbar żamm mal-mira ta' 1.7% din is-sena u baqa' jnaqqas id-deficit 0.5% tal-GDP fis-sena kif kien il-pjan tal-Gvern preċedenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba se tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux bi ħsiebu jagħmel spending review f'nofs is-sena biex jassigura li l-mira ta' deficit li l-Gvern ikkommetta ruħu għaliha tinżamm?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi zamm il-prassi li jagħmel spending reviews kull xahar.Fejn ikun hemm bzonn jieħu dawk l-azzjonijiet kollha neċessarji sabiex jintlaħqu l-miri tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-files li jinsabu fir-registry tal-Ministeru li llum qed jokkupa u li preċedentament kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u jindika dawk il-files li llum jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu ma' Ritianne Agius fil-ġurnal Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, qal li, "ma setax jibda jaħdem mill-ewwel fl-interess tal-pajjiż..." għax, "ma tħalliex xi forma ta' handover jew komunikat u kellhom jibdew kollox mill-ġdid...", ma jaħsibx il-Ministru li kieku l-Prim Ministru ma neħħiex prattikament is-segretarji permanenti li l-kariga tagħhom inħolqot preċiżament biex ikun hemm transizzjoni bejn amministrazzjoni u oħra, kien jngħata l-handover li xtaq? Jista' jgħid jekk iltaqax mas-CEOs tal-entitajiet taħtu biex jingħata l-handover?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiċċara jekk mal-ħatra s-segretarju permanenti tiegħu mal-ħatra, kitibx lis-segretarju permanenti li taħtu kienet taqa' r-responsabilità tad-dekasteru li tiegħu l-Ministru Cardona llum hu responsabli, biex jintbagħtu l-files mir-registry ta' dak li kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment għand il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija, l-Investiment u Negozji iż-Żgħar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.