miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Fil-jiem li għaddew mara Olandiża ġiet mitluba titlaq mir-Renju Unit wara li l-applikazzjoni tagħha ġiet rifjutata mill-Home Office Ingliż u każijiet oħra bħal dawn ħarġu fil-beraħ fil-ġurnali Ingliżi. Għaldaqstant, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot favur il-Brexit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija hija prematura in vista tal-fatt li r-Renju Unit s’issa għadu lanqas biss invoka Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona u allura għadhom ma nbdew ebda tip ta’ diskussjoni jew negozjati dwar il-Brexit.
Wieħed għad irid jara x’se jkunu t-termini u d-diskussjonijiet meta jiġi invokat Artiklu 50.
Wieħed għad irid jara wkoll x’se tkun is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha ċittadini Ewropej, inklużi Maltin, meta jintemmu d-diskussjonijiet dwar Brexit.
Il-Gvern Malti, pero’, qal f’aktar minn okkażjoni waħda li jittama li n-negozjati, jieħdu liema direzzjoni jieħdu eventwalment, jirrispettaw id-drittijiet li jgawdu s’issa kemm il-Maltin fir-Renju Unit kif ukoll ir-residenti mir-Renju Unit li hawn f’pajjiżna.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
Wara li ttieħed il-vot favur il-Brexit, għadu m'huwiex ċar x'ser jiġri miċ-ċittadini Ewropej li jgħixu ġewwa r-Renju Unit. Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni fuq jekk il-Gvern Malti daħalx f'diskussjonijiet mal-Gvern ġdid tar-Renju Unit dwar din il-kwistjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
miżuri biex jiġu mħarrsa d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu ġewwa r-Renju Unit wara l-vot tal-Brexit
Question
L-inċertezza li ħoloq il-vot favur il-Brexit taffettwa b'mod kbir liċ-ċittadini Maltin li bħalissa huma residenti ġewwa r-Renju Unit. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux intenzjoni jinforma liċ-ċittadini Maltin dwar dak li għandhom jagħmlu sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom meta l-Brexit isseħħ?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29551.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jikkonferma jekk il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hijiex tippjana li tawditja lil Malta għal darb’oħra, wara li fix-xhur li għaddew l-istess Istituzzjoni Ewropea awditjat, fost oħrajn, il-proġett ta’ Triq il-Kosta? Jista’ jelabora liema proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea se jiġu awditjati fil-ġimgħat li ġejjin, jekk dan hu l-każ? Jista’ jipprovdi lista li tinkludi l-awditjar li sar matul il-programm ta’ Fondi Ewropej 2007-2013, sena b’sena, kemm mill-istess Qorti Ewropea kif ukoll minn istituzzjonijiet oħra bħall-Kummissjoni Ewropea?”
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li politico.eu rraportat li skont dokument li ġie
leaked
mill-
European External Action Service's Moscow office
, li ppreżenta lista ta' viżti uffiċjali li żaru r-Russja minn Stati Membri u pajjiżi fil-G7:
http://www.politico.eu/article/commission-eu-leaders-russia-jean-claude-junker-comeback-relations-sanctions/
u peress li jidher li fil-każ ta' Malta tissemma’ żjara u nikkwota “
Visit of the Political Director
of Malta on 6 April 2016 to Russia”,
jista’ l-Ministru jgħid min kien dan l-individwu u x'kienet l-iskop tal-laqgħa, kienx waħdu jew kienx jagħmel parti minn delegazzjoni u ma’ min iltaqgħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żjara msemmija saret mid-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi, l-Unjoni Ewropea u l-Maltin ta' Barra, is-Sra. Helga Mizzi fis-6 ta' April 2016 u l-laqgħat seħħew kollha f'Moska. L-Ambaxxatur ta' Malta għar-Russja, l-E.T. Dr. Carmel Brincat u membri oħra tal-Ambaxxata Maltija f'Moska ffurmaw parti mid-delegazzjoni.
Waqt din iż-żjara, li saret fuq stedina tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu, d-Direttur Ġenerali kellha laqgħat ma':
Alexey Meshkov, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu
Alexei Paramonov, Direttur tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ewropej
Maxim Maksimov, Kap tas-Sezzjoni tal-Afrika ta' Fuq u Lvant Nofsani
Membri oħra tad-Dipartmenti hawn fuq imsemmija kienu ukoll preżenti għat-taħdidiet.
L-għanijiet tad-diskussjonijiet bejn id-delegazzjonijiet kienu li jsiru konsultazzjonijiet politiċi dwar żviluppi fir-reġjuni tal-Mediterran u l-Lvant tal-Ewropa. Il-kriżijiet fil-Libja, s-Sirja, l-Ukrajna ġew diskussi f'ċertu dettall, flimkien ma' sfidi oħra bħal ma hija l-immigrazzjoni irregolari u kif il-Mediterran qiegħed jintlaqat minn dan il-fenomenu.
Ir-relazzjonijiet bilaterali ġew ukoll diskussi b'firxa wiesgħa ta' oqsma li jvarjaw mill-adozzjonijiet, numru ta' ftehim li għadhom qed jiġu negozjati, il-kummerċ u l-kooperazzjoni fis-setturi edukattivi, kulturali u turistiċi.
Ir-rwol li ser taqdi Malta bħala President tal-Kunsill għall-Unjoni Ewropea kien ukoll parti mit-taħdidiet.
Issemmiet ukoll il-possibilita' ta' żjara fir-Russja mill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, iktar tard din is-sena.
Brussell – Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-attakki terroristiċi fi Brussell fejn impjegat tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell ġie milqut mill-attakk suwiċida, fejn waslu d-diskussjonijiet dwar Insurance għad-Diplomatiċi, liema diskussjoni ila minn Novembru?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21309 u ninfurmah li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mill-1 ta’ Frar 2016, l-Accountancy Board għadu ma ġiex imwaqqaf u meta biħsiebu jagħmel dan?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru qiegħed jikkonsulta mall-entitajiet konċernati sabiex il-Ministru jkun jista jappunta l-Accountancy Board.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemmimpjegati ġodda mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mill-bidu tal-2015 sal-illum? F’liema grad ġew ingaġġati?
Londra – Kummissjoni Għolja Maltija – passi dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadhom ma ttieħdux passi dixxiplinari fil-konfront tad-diplomatika Maltija li ammettiet barra l-Qorti li kienet tat fastidju lil-Locally Staffed Officer meta kienet posted fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu spejjeż legali minħabba dan il-każ u lil min?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, kuntrarju għal dak li qed jgħid fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu, id-diplomatika Maltija nvoluta f'dan l-allegat każ m'ammettietx li kienet tat fastidju lill-
Locally Engaged Officer
meta kienet
posted
fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.
Minħabba dan il-każ tħallsu £1,200 (madwar €1,500) spejjeż legali lill-Kumpanija Twenty One Law.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġara minn pittura antika, parti minn sett ta’ sitta li kienet tinsab malli tidħol f’Pardo Hall 2, fuq ix-xellug? Jista’ jipprovdi lil din il-Kamra kopja tal-inventarju ta’ din il-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Skont il-kontroll tal-Inventarju tal-Kamra msemmija li sar wara l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 li sa dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Customer Care Office, il-pitturi fil- Kamra kienu ħamsa u mhux sitta kif qed jingħad mill-Onorevoli Interpellant. Pittura oħra tal-istess sett, li oriġinarjament kienet f’ dan il-Customer Care Office, kienet fil-kuritur tal-Ministeru, biex timla post ta' pittura oħra li kienet għar-restawr. Din il-pittura issa ġiet restawrata u l-pittura tal-appostlu, parti minn sett ta' sitta, reġgħet tpoġġiet fil-Pardo 2, mal-bqija tas-sett oriġinali.
Fid-dawl tal-aħħar attakki terroristiċi li twettqu f'diversi pajjiżi kif ukoll dak li għidt inti fid-diskors tal-budget, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-insurance biex tipproteġi d-diplomatiċi tagħna minn dan il-periklu, saritx? Jekk le, jista jgħid fiex waslu l-preparamenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Dan is-suġġett diġà bdejna niddiskutuh internament u nispera li fix-xhur li ġejjin jittieħdu d-deċiżjonijiet.
Presidenza tal-Lussemburgu – uffiċjali diplomatiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntbagħtux uffiċjali diplomatiċi sabiex jirraportaw dwar il-Presidenza tal-Lussemburgu?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Membru jirrealizza li l-pressjoni fuq l-istaff tal-Ministeru qed tiżdied aktar ma nersqu lejn il-Presidenza, u fil-każ tal-Lussemburgu kien hemm restrizzjonijiet oħrajn, bħal fil-każ tal-lingwa li komplew irrestrinġew iċ-ċirku ta’ nies li setgħu jintbgħatu billi l-Presidenza stess insistiet li l-persuni mibgħuta jkunu jafu sew il-Franciż. Għaldaqstant, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha, anke l-preparamenti li qed isiru għall Presidenza Maltija, ma kienx hemm staff li ntbagħat il-Lussemburgu.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm swew il-konsolati li kellhom jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fosthom dak tax-Shangai, l-Alġerija u oħrajn?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-konsolati ta’ Shanghai u l-Alġerija swew €2,733,670 u €1,863,678 rispettivament. Dan jinkludi x-xiri tal-propjeta’ u xogħlijiet fiha, ħlas lill-periti, apparat tal-IT, servizzi legali u ta’ traduzzjoni u vvjaġġar relatat. Minn dawn kien hemm f'fondi tal-Unjoni Ewropea €1,465,832.38 li ntużaw fuq Shanghai u €1,652,047.81 li ntużaw fuq l-Alġerija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm Embassy Accounts li suppost jiġu ppreżentati kull xahar, huma b’lura u b’kemm, u jista’ dawn jiġu identifikati Ambaxxata Ambaxxata? Jikkonferma li kontra r-regoli stabbiliti xorta qed jingħaddew fondi lil dawn l-Ambaxxati minkejja li mhumiex qed jippreżentaw l-accounts fil-ħin? Ma jaħsibx li dan jista’ joħloq perikolu jekk il-Ministeru jitlef il-kontroll fuq in-nefqa tal-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-tabella jidher li hemm 21 Ambaxxata li l-parti il-kbira tagħhom qegħdin biss xahar b'lura fl-accounts. Jekk ikun hemm fondi fil-Mission Account tal-Ambaxxata partikolari fit-Teżor, dawn il-flus jibqgħu jintbagħatu lill-Ambaxxata anke jekk l-accounts ikunu ftit biss lura.
Normalment l-accounts ma jintbagħatux fil-ħin minħabba l-pressjoni tax-xogħol fl-Ambaxxata jew inkella minħabba xi problema teknika. In-nefqa ta' dawn l-Ambaxxati ssir dejjem skont il-baġit finanzjarju tas-sena, fejn l-ispi¿a ta' kull xahar tkun ikkontrollata b'dan il-mod. Fl-ebda mod ma jista' jkun hemm infieq iktar minn hekk, u għalhekk m'hemmx periklu li jintefqu flus ¿ejda għaliex qegħdin taħt kontroll kontinwu mill-Ministeru.
Jidher li din il-problema ilha te¿isti ghal numru ta' snin, tant li f'Jannar 2011 il-Ministeru ġibet l-attenzjoni tal-Head of Missions li wħud minnhom kienu qed jibaghtu l-accounts tard b'mod ripetut u jimbarazzawh mal-Ministeru tal-Finanzi.
F'Marzu 2012, il-Ministeru rega' lmenta li l-accounts ta' Jannar kienu ghadhom ma ntabaghtux.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Envoy Speċjali tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kemm attenda laqgħat tal-World Trade Organisation (WTO) u rraporta għalihom f’Ġinevra u jekk tax rendikont bil-miktub tal-eżitu ta’ dawn il-laqgħat? Jikkonferma li meta l-individwu jitla’ Ġinevra, imur jagħti lecture fl-Università Diplomatika u li għaliha jitħallas personalment separatament?
Kummissjoni Għolja f’Londra – Localy engaged staff — kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset kumpens il-locally engaged member of staff li kienet taħdem fil-Kummissjoni Għolja f’Londra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara li tressaq każ quddiem il-Qorti Ingliża minħabba harassment kontinwu minn uffiċjal diplomatiku Malti f’grad ta’ Councillor u Konslu Ġenerali u li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’passi dixxiplinarji ttieħdu kontra din l-uffiċjal diplomatiku?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-locally engaged member of staff li kienet taħdem fil-Kummisjoni Għolja f'Londra li qed jirreferi għaliha tħallset is-somma ta' £34,000 (eqwivalenti għal € 42,972,59).
Ta min jinnota li huwa rrapurtat li dan il-harassment beda fl-2009 u ma jidhirx li qatt ittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-uffiċjal involuta.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Segretarju Permanenti — safar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ safar uffiċjali li għamlet is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu minn mindu bdiet tokkupa din il-kariga?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin siefret fuq xogħol uffiċjali kif indikat hawn taħt:
FROM
TO
DESTINATION
PURPOSE OF VISIT
25/05/2014
26/05/2014
Italy
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries-General
Italy
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries-General
23/06/2014
25/06/2014
Turkey
EU Ambassador's meeting with Turkish Prime Minister
26/11/2014
29/11/2014
Latvia
Informal meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
Latvia
Informal meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
20/01/2015
22/01/2015
Turkey
JETCO Meetings
03/02/2015
04/02/2015
Berlin, Germany
Meeting with Federal Chancellor Dr Angela Merkel
25/02/2015
28/02/2015
UK
Commonwealth Secretariat Meeting and FCO
31/05/2015
02/06/2015
Luxembourg
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
Luxembourg
Meeting of EU State Secretaries and Secretaries General
27/08/2015
29/08/2015
Istanbul, Turkey
84th Izmir International Fair Delegation Programme
23/09/2015
01/10/2015
New York USA
UNGA Meetings
New York USA
UNGA Meetings