Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għeneb li nxtara għall-Buskett Winery tal-Gvern li tinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett, inxtarax b'tender jew b'direct order? Mingħand min inxtara dan l-għeneb u kemm tħallas għalih? X'sar minn dan l-għeneb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li oriġinalment ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex jinxtara ammont ta’ għeneb skont kwantita mitluba. Għal din is-sejħa intlaqgħu żewg offerti, li pero’ ma kienux ilaħħqu il-kwantita kollha mitluba. Peress li ż-żmien tal-ħsad tal-għeneb kien ser jgħaddi, ittieħded deċizjoni li jinxatara l-għeneb skont l-offerti li kienu ġew sottomessi.
L-għeneb inxtara mingħand Guido Baldacchino u Robert Grech għal prezz totali ta’ €2578.10.
L-għeneb intgħasar biex isiru provi ta’ valorizzazjoni tal-varjetajiet Ġirgentina u Ġellewza.
Tibdil fil-Public Service Management Code – ħaddiema seconded ma’ Producers Organizations tal-Bdiewa
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi neċessarji fil-Public Service Management Code biex impjegati tal-Gvern ikunu jistgħu jiġu seconded ma' Producers Organizations tal-bdiewa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tibdil fil-PSMC mhux remit tal-MSDEC u għalhekk nitlob l-Onor Interpellant jirefferi l-Minstoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti li qed jaħdmu fuq din l-inizjattiva?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-2014, Il-Gvern qabbad lill-CIHEAM sabiex iservu bħala konsulenti għat-twaqqif tal-iskema ta’ kwalità. Il-qafas ġie mfassal u kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea. Bħalissa m’hemm l-ebda konsulenti jaħdmu fuq din l-iskema ta’ kwalità.
Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, tista’ l-Ministru tgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?
Polishing Plants – dispensers elettroniċi – top up cards
Question
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kif dan l-ilma se jitwassal għand il-bdiewa, jekk hux permezz ta' pajpijiet fl-għelieqi tagħhom, jekk ikollhomx imorru għalih bil-bowsers il-bdiewa u r-raħħala stess, jew jekk hux se jitwassal bil-bowser għand il-bdiewa minn terzi? Jekk se jitwassal għand il-bdiewa minn terzi, min se jħallas għal dan is-servizz? Il-bdiewa se jiġu mġegħla jħallsu għal dan l-ilma jew se jingħata lilhom b'xejn ħalli jinċentiva lill-bdiewa u r-raħħala jużaw l-ilma mill-polishing plants?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Polishing Plants – dispenser elettroniċi – tqassim ta’ ilma
Question
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid f'liema rħula u areas f'Malta u Għawdex se jitwassal dan l-ilma? Kemm-il bidwi se jkun jista’ jagħmel użu minn dan l-ilma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kemm metri kubi ta' ilma se jitqassam lill-bdiewa? X'inċentivi se jingħataw il-bdiewa biex jużaw dan l-ilma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli – fondi vvutati
Question
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi vvutati biex jippromwovu l-prodott agrikolu Malti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imsemmi fil-baġit, se jintużaw Fondi Ewropej kofinanzjati ma’ fondi nazzjonali fil-qafas ta’ dak li hu previst u permess fil-programm tal-iżvilupp rurali sabiex issir ċertifikazzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità fil-qafas tal-iskema ‘Ikel ta’ Kwalità’. Il-miżura relevanti (Miżura 03) hija programmata b’massimu ta’ kontribuzzjoni minn Fondi Ewropej ta’ €3,375,000 li jirrapreżentaw 75% mill-finanzjament totali, b’25% oħra bħala kofinanzjament nazzjonali mill-Gvern.
Produzzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli – liġi ta’ marka ta’ kwalità
Question
B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-liġi biex tingħata l-marka ta' kwalità? Fuq liema prodotti agrikoli se tingħata l-marka ta' kwalità? Meta tali liġi se tgħaddi mill-Parlament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-abbozz leġeżlattiv ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u qegħdin nistennew, b’mod uffiċjali, l-approvazzjoni tal-abbozz. Il-marka ta’ kwalità se tkun eliġibli fuq il-prodotti kollha li jilħqu standards ogħla minn dawk stabbiliti mill-liġijiet eżistenti. Peress li hi liġi sussidjarja din mhux se jkollha bżonn tgħadddi mill-Parlament iżda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala avviżi legali skont il-proċedura.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew il-magni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, dan it-tanker kif se jinħareġ barra l-port?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28438.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 28441.
Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28442.
LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28443.
LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28444.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, jista’ l-Ministru jgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.