Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30137 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żurrieq — kmamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kmamar fejn il-miżbla ta’ Wied Fulija limiti taż-Żurrieq li qabel kienu jintużaw mill-watchman ta’ din il-miżbla, humiex proprjetà tal-Gvern jew le? F’idejn min qegħdin preżentament dawn il-kmamar? Jekk dawn il-kmamar preżentament qegħdin f’idejn terzi, kif għaddew għandhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Siġar taż-Żebbuġ – il-marda magħrufa bħala Xylella Fastidiosa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jieħu passi tanġibbli biex ma jħallix il-marda qerrieda li qed taħkem is-siġar taż-żebbuġ fl-Italja magħrufa bħala Xylella Fastidiosa tidħol f'Malta mas-siġar u l-pjanti li qed jiġu importati? U jekk qed jittieħdu dawn il-passi, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li qed jittieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 24266 tat-3 ta’ Mejju, 2016. Id- Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qed jimxi mar-regoli maħruġa taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE “Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/789 UE tat-18 ta’ Mejju 2015 u l-ammendi tagħha, dwar miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-batterju Xylella fastidiosa (Well u Raju) ġewwa l-pajjizi tal-UE. F’dan ir-rigward ġie mħejji Abbozz ta’ Avviż Legali “Kontroll tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) Regolamenti, 2016” li wara li saret konsultazzjoni pubblika għalih, dan l-abbozz issa qiegħed fi stadju finali qabel jiġi ppublikat. It-Taqsima tas-Sorvelljanza u l-Infurzar fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti tagħmel spezzjonijiet regolari fuq konsenji ta’ pjanti li ġejjin minn pajjiżi tal-UE fejn jinstab dan il-batterju, u jittieħdu kampjuni każwali ta’ pjanti li jidħlu Malta sabiex jiġu ttestjati għal dan l-organiżmu ta’ ħsara. Isiru wkoll spezzjonijiet fil-portijiet fejn jidħlu l-Catamaran u l-Grimaldi Ferries. Entitajiet u ndividwi li huma rreġistrati fil-Malta Official Register huma obligati li jiddikjaraw kull kummerċ tax-xtieli għat-taħwil li jsir fil-gżejjer Maltin skont l-Att ta’ Kwarantina tal-Pjanti, 2001 lid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qabel ma jasal il-materjal, skont ir-Regolament 7 (2) tal-Leġizlazzjoni Sussidjarja 449.43. Ta’ min jgħid li dan ir-regolament jistipula li negozjant għandu jgħarraf lil dan l-imsemmi Direttorat dwar konsenji ta’ pjanti u li n-notifiki għandhom jingħataw lill-awtorita’ rilevanti 28 siegħa qabel ma’ l-konsenja tasal f’Malta jew qabel ma tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni. Permezz ta’ din in-notifika, id-Direttorat ikun f’ pożizzjoni li jispezzjona u jiġbor kampjuni qabel mal-materjal jidħol fis-suq. Apparti minn hekk, id-Direttorat embarka fuq kampajna ta’ tagħrif u edukazzjoni, propju mmirata għall-vjaġġaturi biex meta jivjaġġaw ma jgibux lura magħhom pjanti jew xi materjal ta’ pjanti. F’dan ir-rigward sar u għadu qed isir riklamar fid-Departures Lounge fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan id-Direttorat ipproduċa wkoll żewġ filmati li ntwerew fuq stazzjonijiet lokali ewlenin. Dawn il-filmati li ġew tradotti bl-Ingliż ntwerew ukoll fis-swali lokali taċ-ċinema. Sar ukoll riklamar fuq gazzetti online, billboards, fuq il-midja soċjali Facebook, ġew stampati fuljetti informattivi, u saret ukoll kitba ta’ artikli, saru preżentazzjonijiet waqt laqgħat u parteċipazzjoni fuq programm segwit tat-televizjoni.
Leg 12 PQ #30139 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni u/jew kumpaniji/entitajiet legali li taw/qed jagħtu konsulenza legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll id-dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sena b' sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm tħallsu/qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Transport Malta – Maintenance Department — executive

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25480, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol ta’ Executive fil-Maintenance Department? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki kif ukoll l-esperjenza li għandha l-persuna li qegħdha fil-pożizzjoni ta' Executive fil-Maintenance Department?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità principali ta’ executive fil-Maintenance Department huwa li jiżgura li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni mitlubin mid-Direttorati li għandha l-Awtorità jitwettqu, kif ukoll li jsegwi l-progamm ta’ xogħlijiet ta’ dan id-Dipartiment. L-impjegat konċernat għandu l-kwalifiċi mitlubin fis-sejħa maħruġa għal din il-pożizzjoni li jinkludu: · Liċenzja Nawtika · Ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni ġenerali fil-qasam Marittimu Rekwiziti oħra li ntalbu kienu: · Mgħallem f’dak li għandu x’jaqsam apparat marittimu; · Ikun jaf jgħum; · Kapaċi jaħdem fil-għoli.

Rotta 72 — vjaġġi tal-karozza tal-linja – ħin tat-tluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħin effettivament telqu l-vjaġġi tal-karozza tal-linja numru 72 mill-Qrendi matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tat-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’ hawn taħt tindika il-ħinijiet tat-tluq tar-rotta 72 mill-Qrendi fl-10 ta’ Ottubru 2016, hekk kif miġbura mis-sistema tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja li hemm fuq is-servizz tat-trasport pubbliku: Data Rotta Numru tal-Vettura Bus Stop Skedat Hin tat-tluq 10/10/2016 72 134 Qrendi 05:22 05:20 10/10/2016 72 150 Qrendi 05:42 05:43 10/10/2016 72 170 Qrendi 06:02 06:01 10/10/2016 72 181 Qrendi 06:22 06:22 10/10/2016 72 134 Qrendi 06:42 06:52 10/10/2016 72 177 Qrendi 07:02 07:11 10/10/2016 72 170 Qrendi 07:22 07:43 10/10/2016 72 181 Qrendi 07:42 10/10/2016 72 686 Qrendi 08:02 08:15 10/10/2016 72 134 Qrendi 08:22 08:31 10/10/2016 72 155 Qrendi 08:42 09:12 10/10/2016 72 150 Qrendi 09:02 09:12 10/10/2016 72 686 Qrendi 09:22 10/10/2016 72 181 Qrendi 09:42 09:45 10/10/2016 72 134 Qrendi 10:02 10:03 10/10/2016 72 150 Qrendi 10:22 10:25 10/10/2016 72 155 Qrendi 10:42 10:44 10/10/2016 72 181 Qrendi 11:02 11:05 10/10/2016 72 686 Qrendi 11:22 11:21 10/10/2016 72 134 Qrendi 11:42 12:22 10/10/2016 72 150 Qrendi 12:02 12:03 Il-vjaġġ li kien skedat li jsir bil-karozza tal-linja bin-numru BUS181 fis-07:42 ta’ filgħodu ma sarx. Dan minħabba li l-karozza tal-linja li kellha tagħmel dan il-vjaġġ kienet tard u għaldaqstant ma laħqitx tagħmel il-vjaġġ skedat. Transport Malta jeħtigilha tkompli tinvestiga jekk sarx il-vjaġġ skedat fid-09:22 ta’ filgħodu.

Iż-Żurrieq – Triq Ħal Far — Tarmak

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4249, 5005, 6257, 762, 14278, 16059 u 24211, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' twessiegħ u għoti ta' tarmak fi Triq Ħal Far, limiti taż-Żurrieq peress li din it-triq tintuża b' mod regolari kemm minn bosta bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom f’dawn l-akkwati kif wkoll minn diversi residenti tal-lokalitajiet taż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Kirkop, Ħal Safi u Birżebbuġa? Peress li x-xogħol involut biex issir din t-triq jammonta għal mijiet ta' eluf ta' euro, u peress li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, li fil-konfini tiegħu taqa’ din t-triq, mhux finanzjarjament f' pożizzjoni biex jagħmel x-xogħol f'din it-triq, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir dan ix-xogħol bħalma sar fil-każ ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq ukoll?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Iż-Żurrieq/Qrendi – Triq l-Imqabba – twessiegħ u għoti ta’ tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għalkemm Triq l-Imqabba, iż-Żurrieq/Qrendi hija triq rurali, hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħmel ix-xogħol neċessarju ta' twessiegħ u għoti ta' tarmak f’din it-triq, minħabba l-fatt li din t-triq tinsab fi stat diżastruż u ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Xogħlijiet neċessarji ta’ twessiegħ u tarmak fuq toroq fiż-Żurrieq u s-Siġġiewi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għalkemm dawn huma toroq rurali, hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħmel ix-xogħol neċessarju ta' twessiegħ u fejn neċessarju għoti ta' tarmak ta’ dawn it-toroq: - Triq il-Qrendi, iż-Żurrieq/Qrendi li miż-Żurrieq twasslek il-Qrendi u viċi-versa; - Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi/Luqa li mill-Imqabba/Siġġiewi twasslek għal Ħal Luqa/Qormi u viċi-versa; u - Triq l-Imqabba/Triq il-Bur il-Kbir, is-Siġġiewi kif wkoll Triq tal-Virtu/Triq it-Tiġrija, ir-Rabat li mill-Imqabba jwassluk għas-Siġġiewi u għar-Rabat u viċi-versa; peress li tali xogħol fuq dawn it-toroq, inaqqas drastikament it-traffiku min-naħa t'isfel ta' Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Iż-Żurrieq – Kamra fil-Venda tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kamra li qabel kien tintuża mid-dispatcher fil-Venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq, hijiex proprjetà ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kamra li qabel kienet tintuża mid-dispatcher fil-venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq hija amministrata minn Transport Malta.
Leg 12 PQ #29176 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żurrieq – Kamra fil-Venda tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kamra li qabel kien tintuża mid-dispatcher fil-Venda tal-karozzi tal-linja f'Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kamra fil-Venda tal-Karozzi tal-Linja f’Misraħ Mattia Preti fiż-Żurrieq kienet tifforma parti minn art akbar li ġiet dikjarata meħtieġa mill-Gvern għal Skop Pubbliku permezz tal-Avviżi tal-Gvern Nru 227 datat 21 ta’ Marzu 1969 u Nru 556 datat 21 ta’ Lulju 1970. L-akkwist ta’ din il-kamra għadu ma ġiex konkluż kompletament.

Transport Malta – multi lill-Kumpanija Malta Public Transport għas-servizz ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waħħlet multi Transport Malta għal servizz ħażin lill-kumpanija Malta Public Transport, xahar b'xahar, matul l-2014, l-2015 u l-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda billi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 24225. F’din it-tweġiba kont spjegajt fid-dettal id-differenzi hekk kif jiġu applikati l-penali fil-kuntratt il-ġdid li ġie iffirmat fit- 8 ta’ Jannar 2015 u kif kienu japplikaw qabel. Kif kont spjegajt fl-istess tweġiba, il-proċedura hekk kif applikata taħt il-kuntratt il-ġdid qed tħalli riżultati pożittivi hekk kif l-operatur tat-trasport pubbliku qiegħed jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex in-nuqqasijiet innutati jiġu rranġati fil-ħin stipulat u għaldaqstant, jitjieb il-livell tas-servizz. Fl-istess tweġiba kien ukoll ġie spjegat li, bħal ma’ kien ġara fil-kuntratt li kien ġie ffirmat mall-kumpanija Arriva, il-kuntratt il-ġdid kien jikkontempla perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ meta bdew japplikaw il-penali. Għaldaqstant, nuqqasijiet li kienu jirrigwardjaw saħħa u sigurta’ bdew jiġu notifikati mill-1ta’ Ottubru 2015, filwaqt li nuqqasijiet oħra, bl-esklużjoni ta’ puntwalità u affidabbilità, bdew jiġu notifikati mill-1 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjoni tal-penali f’dak li jirrigwardja l-puntwalità u l-affidabilità tas-servizz bdew jiġu applikati mill-1 ta’April 2016. Dan minħabba l-problemi industrijali li iffaċċa ruħu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, fejn in-network il-ġdid kellu jiġi introdott aktar tard milli kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li l-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi introdott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiffamiljariżża ruħu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalità u affidabilità. Tajjeb li wieħed jinnota li taħt il- kuntratt il-ġdid jiġu mkejla l-puntwalità kif ukoll l-affidabilità filwaqt li taħt il-kuntratt preċedenti kienet tiġi mkejla l-puntwalita’ u dak li kien magħruf bħala Maximum Waiting Time, jew kemm persuna iddum tistenna sabiex taqbad il-vjaġġ tagħha. Għaldaqstant, anke hawn kien hemm tibdil ta’ kif jiġi mkejjel is-servizz. Fir-rigward ta’ puntwalità, l-penali jiġu applikati fuq dawk il-vjaġġi li jkunu operaw tard, b’tolleranza sa massimu ta’ 10 minuti, liema tolleranza tiddependi fuq il-frekwenza tar-rotta. Fir-rigward ta’ affidabilità, l-penali jibdew japplikaw wara li tiġi applikata t-tolleranza tal-vjaġġi li ma’ sarux hekk kif kontemplat fil-kuntratt. Il-penali li ġew applikati fis-snin 2014, 2015 u 2016 huwa hekk kif ġej: Sena Valur 2014 €109,025 2015 €4,600 2016 €135,520 Il-figuri għas-sena li qegħdin fiha jirriflettu penali li inħarġu lill-operatur tat-trasport pubbliku fuq l-andament tas-servizz sa’ Ottubru 2016.

Rotta 72 – l-aħħar vjaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28354, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-investigazzjoni li qal li kienet qed tagħmel Transport Malta dwar l-aħħar vjaġġ tal-10.25pm tal-linja 72 li ma sarx fil-25 ta’ Settembru 2016? Jista’ jgħid x’azzjoni ttieħdet kontra l-operatur, dwar dan in-nuqqas ta’ servizz essenzjali tal-aħħar vjaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret l-investigazzjoni neċessarja, rriżulta li x-xufier ma’ għamilx il-vjaġġ hekk kif kien skedat. Infurmat ukoll li ttieħdu passi dixxiplinarji kontra dan ix-xufier mill-operatur tat-trasport pubbliku f’dan ir-rigward. Hekk kif ġie spjegat fit-tweġibiet li ingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 24225 u 29165, penali li jirrigwardjaw l-affidabilita tas-servizz jiġu kkalkulati fuq medda ta’ xahar u dan wara li tiġi applikata t-tolleranza hekk kif kontemplat fil-kuntratt. Infurmat ukoll illi fix-xahar ta’ Settembru ma’ ġewx applikati penali fuq din ir-rotta u dan minħabba li t-tolleranza hekk kif stipulata fil-kuntratt ma’ nqabżitx.

Rotta 72 – ħinijiet tal-vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28355, partikolarment l-aħħar paragrafu, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel l-operatur meta jkun hemm karozzi tal-linja li jkunu nvoluti f’inċidenti jew li jieqfu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt li gie iffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport, f’każi bħal dawn l-Operatur tat-Trasport Pubbliku irid jibgħat karozza tal-linja oħra sabiex din tkompli bil-vjaġġ.

Rotta 72 – ħinijiet tal-vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28356, partikolarment l-aħħar paragrafu, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-investigazzjoni li qal li kienu qed jagħmlu Transport Malta u l-operatur dwar il-vjaġġ tal-linja 72 li ma bediex mill-Qrendi imma beda minn lokalità oħra? Jista’ jgħid liema kienet il-lokalità minn fejn beda dak il-vjaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li x-xufier li kellu jagħmel il-vjaġġ tat-8:42 ta’ filgħodu beda mil-lokalita’ ta’ Ħal- Luqa minflok mill-Qrendi.

Rotta 73 mill-Belt għal Bubaqra — vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja numru 73 mill-Belt għal Bubaqra, iż-Żurrieq, li suppost telaq fit-8.10pm, sarx realment il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura minn fuq is-sistema tal-GPS li bihom huma mgħammra l-karrozzi tal linja, jirriżulta li l-vjaġġ li kien skedat li jitlaq nhar l-24 ta’ Novembru 2016, fit-08:10 ta’ filgħaxija telaq mil-Belt Valletta fit-08:11 ta’ filgħaxija, jiġifieri minuta tard.

Rotta 72 — vjaġġi tal-karozza tal-linja – ħin tat-tluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħin effettivament telqu l-vjaġġi tal-karozza tal-linja numru 72 mill-Qrendi matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tal-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet tat-tluq tal-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 72 mill-Qrendi, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu tal-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016 huma hekk kif ġej: Data Rotta Numru tal Vettura Lokalita Skedat Hin tat-Tluq 10/11/2016 72 398 Qrendi 05:20 05:20 10/11/2016 72 383 Qrendi 06:00 06:00 10/11/2016 72 655 Qrendi 06:20 06:24 10/11/2016 72 398 Qrendi 06:40 06:47 10/11/2016 72 149 Qrendi 07:00 07:06 10/11/2016 72 142 Qrendi 07:20 07:37 10/11/2016 72 384 Qrendi 07:40 07:40 10/11/2016 72 418 Qrendi 08:00 07:59 10/11/2016 72 144 Qrendi 08:20 08:21 10/11/2016 72 85 Qrendi 08:40 08:39 10/11/2016 72 666 Qrendi 09:00 08:59 10/11/2016 72 142 Qrendi 09:20 09:19 10/11/2016 72 418 Qrendi 09:40 09:40 10/11/2016 72 144 Qrendi 10:00 10:00 10/11/2016 72 655 Qrendi 10:20 10:22 10/11/2016 72 666 Qrendi 10:40 10:38 10/11/2016 72 142 Qrendi 11:00 11:00 10/11/2016 72 92 Qrendi 11:20 11:19 10/11/2016 72 144 Qrendi 11:40 11:43 10/11/2016 72 655 Qrendi 12:00 11:59 Din l-informazzjoni hija migbura mill-GPS li hemm installata fuq kull karozza tal-linja. Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tinvestiga jekk il-vjaġġ li kellu jsir fil-05:40 ta’ filgħodu sarx.

Fish Farms – produzzjoni ta’ tonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tonn mill-fish farms f'pajjiżna sena b' sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kumitat tal-Winery — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-kumitat tal-Buskett Winery li jinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ilu ffurmat dan il-kumitat? Xi ħlasijiet u allowances għandhom kull membru ta' dan il-kumitat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor Interpellant illi l-Kumitat tal-Buskett Winery Research Station fil-preżent huwa kompost kif jidher hawn taht: Chairperson – Roger Aquilina Membri - Claudette Gambin Salvu Azzopardi Gilbert Camilleri Segretarju - Mario Micallef Il Kumitat ta’ dan ic-Centru ilu ffurmat minn Lulju 2013 u l-ebda membru tal-kumitat ma jirċievi xi ħlasiiet jew allowances.

Winery tal-Gvern – tmexxija — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi il-Buskett Winery tal-Gvern li tinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett? Kif sar l-ingaġġ, permezz ta' sejħa għall-applikazzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Buskett Winery Research Station taqa’ taħt ir-responsabbilta tad-Direttorat għad-Diversifikazjoni u Kompetitivita fil-Biedja. Ir-riċerka li ssir titmexxa minn Kumitat tat-tmexxija wara li din tkun approvata mill-istess Direttorat. Il-Kumitat tat-tmexxija huwa appuntat mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-biedja.

Wine Regulation Board – rappreżentanti tal-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Wine Regulation Board? Hemm rappreżentanti tal-bdiewa f'dan il-bord? Lil min jirrappreżentaw ir-rappreżentanti tal-bdiewa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Wine Regulation Board fil-preżent huwa kompost minn dawn il-persuni: Chairperson - Mr. Saviour Debono Grech, Direttorat Agrikoltura, Direttur (ex-officio) Deputy Chairperson - Mr Marco Dimech, Direttorat Agrikoltura, Manager (ex-officio) Membri - Ms Maria Micallef, Direttoral Agrikoltura, Uffiċċjal Agrikolu (ex-officio) Mr Jeremy Cassar, għassar kummercjali Mr Vincent George Delicata, għassar kummercjali Mr Karl Chetcuti, għassar kummercjali Mr Joe Spiteri, bidwi produttur Mr Saviour Azzopardi, għaqda produtturi VitiMalta Mr Marco Cassar, bidwi produttur Segretarju - Mr Leo Vella, Direttorat Agrikoltura (ex-officio)