Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – sid ta’ kumpanija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11859, jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija għandhiex jew tagħmilx parti minn kumpanija oħra b’isem differenti? Min hu l-benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji? X' konnesjoni għandu s-sid/benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji maċ-Chairman ta' Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid mal-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11859.

Transport Malta – Dipartiment tar-Riżorsi Umani – kummissjoni tal-Grievances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta dawk kollha konċernati ġew avżati mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Transport Malta bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni tal-Grievances? Jista’ jikkonferma li l-każijiet kollha ġew konklużi u jekk saritx ġustizzja ma’ dawk kollha li kellhom ilment quddiem din il-Kummissjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri lill-appellanti nħarġu fil-11 ta’ Mejju 2015. Il-Każijiet kollha ġew konklużi, barra 29 każ li l-Kummissjoni irrakkomandat li għandu jsirilhom job evaluation. L-Awtorita’ mxiet skont ir-rakkomandazzjoniet tal-Kummissjoni.

Transport Malta – reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li qegħda bir-reduced hours fi ħdan Transport Malta, tistax taħdem nhar ta' Sibt mid-dar u tieħu l-ħlas bħala overtime?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-impjegati li jkun ingħatalhom permess sabiex jaħdmu sigħat imnaqqsa jkunu ntitolati għal ħlas ta’ sahra kemm-il darba huma jattendu għax-xogħol aktar mill-medja ta’ erbgħin (40) siegħa li normalment jaħdmu matul il-ġimgħa. Għalhekk dak li qiegħed jistaqsi dwaru l-Onor. Membru jista’ jseħħ biss jekk l-impjegat konċernat l-ewwel jaħdem erbgħin siegħa f’dik il-ġimgha partikulari.

Transport Malta – Grievances Board — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien iċ-Chairman tal-Grievances Board ta' Transport Malta? Kif intgħażel dan iċ-Chairman? Kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman ta’ dan il-Bord kien Dr. Silvio Debono. Dr Debono ntgħażel abbażi tal-esperjenza u l-kwalifiki tiegħu f’dan il-qasam.

Transport Malta – Grievances Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Grievances Board ta' Transport Malta? Kif intgħażlu dawn il-membri? Kemm tħallsu ta' dan ix-xogħol, membru membru separatament? Jista’ jgħid x' karigi jokkupaw dawn il-membri fiċ-ċivil/awtorità jew f'kumpaniji privati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Grievances Board ta’ Transport Malta kienu: Dr Silvio Debono Mr Joshua Zammit Dr Aron Mifsud Bonnici Il-membri ntgħażlu abbażi tal-esperjenza u l-kwalifiki tagħhom f’dan il-qasam.

Transport Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ġewwa Transport Malta, xahar b'xahar, minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f'liema grad kienu qabel ma ngħataw dawn il-promozzjonijiet kif wkoll f'liema grad jinsabu llum?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista mitluba mill-Onor. Interpellant.

Transport Malta – vacancy għal Assistant Maritime Enforcement Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li Transport Malta ħarġet vacancy għal Assistant Maritime Enforcement Officer? Jista’ jgħid jekk din il-vacancy ingħatatx lill-persuna li għandha familjari tagħha, jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-persuna ġiet ingaġġata permezz ta’ sejħa pubblika u għandha il-kwalifiki kif ukoll ir-rekwiżiti l-oħra kollha msemmija fis-sejħa maħruġa. Madanakollu mhux minnu li din il-pożizzjoni mtliet minn persuna li għandha familjari jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta.

Transport Malta — promozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25481, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-promozzjonijiet kollha li ngħataw u jindika liema minnhom kienu promozzjonijiet li ngħataw wara li kellhom jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta' impjegati li tterminaw l-impjieg (replacement) u liema minnhom ingħataw minħabba ristrutturar fi ħdan l-Awtorità? Min huma l-persuni li ħadu dawn il-promozzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista mitluba mill-Onor. Interpellant, bil-gradi rispettivi kif ukoll jekk il-ħatriet kienux għall-ragunijiet ta’ ristrutturar jew promozzjonijiet.

Transport Malta – ilmenti dwar it-toroq

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21718, jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li min jagħmel l-ilment ma’ jipprovdix l-indirizz personali tiegħu meta dawn fil-maġġor parti tagħhom jibagħtu l-ilmenti permezz ta' e-mail jew b’ittra reġistrata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indika hu stess parti sostanzjali tall-ilmenti jintbagħtu permezz ta’ email. F’dan il-każ l-indirizz tal-persuna li tindika l-lokalita’minn fejn dan joriġina mhux bilfors tkun mniżżla f’email.

Żjarat barra minn Malta għal laqgħat dwar Traffic Management System

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21721, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex delegazzjoni mill-Ministeru u minn Transport Malta attendiet għal żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress? Minn min kienet iffurmata din id-delegazzjoni? Jista’ jagħti d-dettalji kollha ta' kif sar dan l-infiq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni kienet iffurmata minni, bħala Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura flimkien ma’ konsulent tiegħi għan-naħa tal-Ministeru. Min-naħa ta’ Transport Malta id-delegazzjoni kienet ffurmata mic-Chairman, Senior Operating Officer, Chief Officer Roads & Infrastructure u uffiċjal ieħor ta’ dan id-Direttorat. L-ispiża, li kienet tinkludi titjiriet u allowances dovuti,kienet skont regoli stabbiliti mill MFIN.

Transport Malta – Executive Enforcement Officer — overtime

Question

ista’ l-Ministru jgħid kemm għamel sigħat f' overtime l- Executive Enforcement Officer fl- Enforcement Unit ta' Transport Malta, xahar b'xahar, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Executive Enforcement Officer ma jeżistix fi ħdan Transport Malta.

Transport Malta – PA tas-Senior Operating Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-PA tas-Senior Operating Officer fi ħdan Transport Malta ġietx ingaġġata b' sejħa pubblika jew inkella bħala position of trust? Xi kwalifiki għandha din il-persuna? X'paga u x’perkaċċi oħra għandha din il-persuna? Veru li din il-persuna fi ftit xhur oħra ser tiġi impjegata tal-post ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ PA Senior Operating Officer ma jeżistiex fi ħdan Transport Malta. Fl-uffiċċju tas-Senior Operating Officer hemm persuna li tokkupa l-grad ta’ Executive, liema grad huwa kontemplat fil-Ftehim Kollettiv tal-istess Awtorita’. Din il-persuna ġiet ingaġġata permezz ta’ sejħa pubblika u ghandha il-kwalifiki, l-esperjenza kif ukoll ir-rekwiziti l-oħra kollha msemmija fis-sejħa maħruġa.

Ħaddiema mkeċċija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ġew imġegħla jirreżenjaw, ġew sospiżi jew inkella mkeċċija mid-diversi dipartimenti u awtoritajiet sena b'sena, dipartiment dipartiment, awtorità awtorità mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kull każ separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li mit-13 ta’ Marzu l' hawn kien hemm dawn it-tkeċċijiet ; Sena Tkeċċija 2013 Każ ta’ Habs 2014 Każ ta’ Ħabs. 2014 Każ ta’ Habs 2016 Każ ta’ Habs 2016 Regulation 36 – Absence without Leave L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' Transport Malta hija kif muri hawn taħt: Sena Riżenja/Sospensjoni/Tkeċċija 2014 Tkeċċija t’impjegat wara proċeduri kriminali mill-Pulizija u wara investigazzjoniji tal-Internal Audit & Investigations Unit 2015 Sospensjoni t’impjegat fuq allegat abbuż fl-għoti ta’ numru ta’ tenders 2016 Sospensjoni t’impjegat fuq allegat falsifikar ta’ dokumentazzjoni 2016 Sospensjoni t’impjegat wara mġiba mhux xierqa fil-konfront ta’ żewġ impjegati oħra 2016 Sospensjoni ta’ żewġ impjegati wara li ma nstabux fuq il-post tax-xogħol waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom Ma kien l-ebda riżenja sfurzata, sospensjoni jew tkeċċija mill-Grand Harbour Regeneration Corporation fis-snin imsemmija.

Transport Malta – vacancies għal Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13056, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tliet impjegati li isimhom kien ingħata separatament bħala l-persuni indikati għall-vacancy ta’ Maintenance Manager, Executive Maintenance u Manager Traffic Management and Control fi ħdan Transport Malta, fil-fatt ingħatawx din il-promozzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Nikkonferma li l-persuni ndikati ngħataw il-pożizzjoni rispettiva tagħhom wara li nħarġet sejħa nterna għall-applikazzjonijiet.

Transport Malta – ICT Department — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-erba’ impjegati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament humiex il-persuni indikati għal upgrades fl-ICT Department fi ħdan Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li upgrades, li qed nifhmu li huma promotions, isiru skont proċeduri kif stipulat fil-collective agreement.

Transport Malta – Manager Traffic Managment & Control

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13056, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk wieħed mill-persuni indikati fil-mistoqsija parlamentari u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx ġie mogħti l-vacancy ta’ Manager Traffic Management & Control? Jista’ jgħid jekk din il-persuna għadhiex twettaq ix-xogħol li ngħatat permezz tal-grad li ħadet, u ċjoè ta’ Manager Traffic Management & Control? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid x'xogħol qed jagħmel preżentament u f'liema dipartiment/unit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għanda l-ebda mpjegat bit-titlu ta’ Manager Traffic Management & Control.

Transport Malta — Chairman u s-Senior Operating Officer – safra f’Bordeaux

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21720, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-waqfa f’Bordeaux li ċ-Chairman u s-Senior Operating Officer ta' Transport Malta kienu għamlu f’dan il-pajjiż? Jista’ jgħid kemm dawn il-persuni damu f'Bordeaux u kemm ġiet tiswa din is-safra lil Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret żjara ġewwa Bordeaux mis-Senior Operating Officer sabiex jattendi għall-ITS World Congress bejn is-6 u d-9 t’Ottubru 2015. Ninfurmah ukoll li c-Chairman ma attendiex Bordeaux. L-ispiża, li kienet tinkludi r-reġistrazzjoni għal dan il-kungress, titjiriet, akkomodazzjoni u allowances dovuti, saret skont proċeduri stipulati mill-MFIN.

Transport Malta – xogħlijiet ta’ elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għal xogħlijiet ta’ elettriku fi ħdan Transport Malta fejn jidħlu jew jiġu installati l-meters tad-dawl ġodda? Xi kwalifiki għandu, min qed jidħol responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-meters jiġu stallati mill-Enemalta wara li tkun irċeviet applikazzjoni minn Transport Malta liema applikazzjoni tkun iffirmata minn persuni kwalifikati tal-kuntratturi rispettivi. Dan japplika fil-każ ta’ meters tad-dawl li jirrigwardaw stallazzjoni ta’ sinjali elettroniċi, pelican u belisha lights etc. Fir-rigward ta’ meters li jsiru fuq mollijiet u siti oħra marittimi, dawn jiġu ċċertifikati mill-Maintenance Manager li għandu liċenzja tal-elettriku A u B u Diploma fl-Inġinerija Elettrika.

Trasport pubbliku b’xejn għall-persuni li jagħlqu t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-iskema li ħareġ il-Gvern li kull min jagħlaq it-18-il sena matul l-2017 ikun jista’ juża t-trasport pubbliku b’xejn, tiġi estiża għal kull persuna li jkollha 18-il sena matul l-2017 biex tkun tista’ tuża t-trasport pubbliku b’xejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema mħabbra fil-Budget kienet speċifika li din kienet tapplika għal dawk il-persuni li jagħlqu t-tmintax-il sena fis-sena 2017.

Manutenzjoni fuq saqaf tal-bejt ta’ blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta saret il-manutenzjoni fuq is-saqaf tal-bejt tal-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, din il-manutenzjoni ma saritx fuq il-bejt kollu iżda fuq nofsu biss, bil-konsegwenza li xi residenti ta’ din il-blokka qegħdin isofru minn ħsarat minħabba dħul ta’ ilma fil-flat fejn joqogħdu huma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-inkwilna li ressqet l-ilment għall-attenzjoni tal-Awtorità tad-Djar, diġà kienet infurmata dwar id-dettalji tal-każ tagħhom u x-xogħol li sar.