Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u Transport Malta – żjara ġewwa Seoul għal World Road Congress — spiża

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30150, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex delegazzjoni mill-Ministeru u minn Transport Malta marret fuq żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress kif ukoll jagħti d-dettalji kollha ta' kif saret din l-ispiża?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30150.

Kummissjoni tal-Grievances – każijiet li rrakkomandaw li ssir job evaluation

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30154, jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-29 każ li l-Kummissjoni rrakkomandat li għandu jsirilhom job evaluation? Meta ser jiġu konklużi dawn il-każijiet? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fir-rigward tal-każijiet kollha li ġew konklużi, saritx ġustizzja ma’ dawk kollha li kellhom ilment quddiem din il-Kummissjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-29 każ li ġew riferuti mill-Kummissjoni, issa ġew konklużi u l-impjegati konċernati ġew notifikati uffiċjalment bil-parir mogħti mill-konsulent indipendenti bil-fehma tiegħu dwar il-każ rispettiv tagħhom. Ma nħossx li huwa floku li nagħti lista ta’ ismijiet ta’ min kienu l-impjegati konċernati.

Maintenance Manager u Executive Maintenance – bord tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien iffurmat il-bord tal-intervista li saru għall-vakanzi ta' Maintenance Manager u ta’ Executive Maintenance? Xi kwalifiki, esperjenza diretta fuq ix-xogħol u grad kellhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sezzjoni tal-maintenance qed jirrefri.
Leg 12 PQ #30172 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa u Delimara – turbini/combined cycle

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-segwenti turbini/combined cycle għadhomx f'good working condition, u ċjoè: (i) l-AEG open cycle gas turbine (Frame 6) tal-Marsa; (ii) iż-żewġ John Brown open cycle gas turbines (Frame 6) ta' Delimara; (iii) il-combined cycle f'Delimara (żewġ gas turbines Frame 6 + recovery boiler + steam turbine)? Kemm-il siegħa ġie mħaddem kull apparat fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-impjanti imsemmija, li ilhom jintużaw bejn 18 u 27 sena, jiffurmaw parti mit-taħlita tas-sorsi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Kumpanija. Dawn l-impjanti, li jaħdmu billi jaħarqu d-diesel, jiġu miżmuma f’kundizzjoni tajba permezz ta’ programm ta’ manutenzjoni kontinwa hekk kif speċifikat mill-kumpaniji li għamluhom. Minħabba l-fjuwil li jużaw, l-emissjonijiet u l-livelli ta’ effiċċjenza tagħhom, dawn l-impjanti huma aktar adekwati biex jinżammu bħala riserva għal meta impjanti oħrajn ma jkunux disponibbli, jew f’xi każi ta’ emerġenza. L-użu ta’ dawn l-impjanti f’dawn l-aħħar snin huwa kif ġej: SenaMarsaxlokk (Delimara) Running hrsMarsa Running hrs JB GT1JB GT2NP1NP2ST3GT9 20103801415515740315940427 2011503634309047145311283 201218361478282730313031645 201310475341228303413166 2014229228283234033862125 20153720813091178145039 2016245549444 9

Bebbux edibbli li jidħol f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tipi ta' bebbux edibbli jitħalla jidħol f'Malta? Jista’ jikkonferma jekk il-Helix Muller Aspersa snail jiffurmax parti minn din il-lista? Jista’ jgħid jekk hawnx interess fl-isnail farming hawn Malta? Jista’ jgħid jekk il-Helix Muller Aspersa snail qegħedx jitkabbar diġà hawn Malta jew inkella hemmx interess li jibda jitkabbar hawn Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma l-Onor Interpellant li tal-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tikkontrolla kwalunkwe importazzjoni ta’ annimali jew partijiet minnhom permezz ta’ awtorizzazzjonijiet għad-dħul mid-dwana. Il-bebbux li jistgħu jiddaħħlu f’Malta huma dawk li ma jinsabux imniżżla bħala speċi protetti taħt liġijiet nazzjonali u internazzjonali. Bebbux ikkunsidrat bħala speċi invażiva, u li allura jagħmel ħsara lill-bebbux ta’ Malta, l-ambjent u l-biedja huwa ukoll mhux permess li jitħalla jidħol f’Malta. Il-bebbuxu msemmi fil-mistoqsija Parlamentari huwa dak imsejjaħ bħala l-bebbuxu l-komuni, magħruf ukoll bħala l-għakrux, bl-ismijiet xjentifiċi ta’ Cantareus aspersum jew Helix aspersa . Dan jikber fis-selvaġġ u diġà jittiekel. Minn mindu ġiet fis-seħħ l-ERA, l-Awtorità irċeviet applikazzjoni waħda għall-importazzjoni ta’ bebbux (l-għakrux, Helix aspersa) li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea, għat-tkabbir tagħhom ġewwa Malta, u għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Il-permess NP 0037/16 ġie approvat għall-validità ta’ sena sa Settembru tal-2017 b’kundizzjoni li l-bebbux imrobbi ma jitħalliex jaħrab fis-selvaġġ.

Trasport pubbliku b’xejn għall-persuni li jagħlqu t-18-il sena

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30135, għalkemm kif qal il-Ministru li skema li ħareġ il-Gvern li kull min jagħlaq it-18-il sena matul l-2017 ikun jista’ juża t-trasport pubbliku b’xejn ħarġet fil-Bagit, jista’ l-Ministru jintervjeni biex tiġi estiża għal kull persuna li jkollha 18-il sena matul l-2017 u b'hekk jiġu mħeġġa aktar żgħażagħ jużaw it-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid mat-tweġiba li ngħata għall-Mistoqsija Parlamentari 30135.

Manutenzjoni fuq saqaf tal-bejt ta’ blokka flats tal-Gvern

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30136, jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta saret il-manutenzjoni fuq is-saqaf tal-bejt tal-blokka li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li hi kollha proprjetà tal-Awtorità tad-Djar, din il-manutenzjoni ma saritx fuq il-bejt kollu iżda fuq nofsu biss, bil-konsegwenza li xi residenti ta’ din il-blokka qegħdin isofru minn ħsarat kbar minħabba dħul ta’ ilma fil-flat fejn joqogħdu huma? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità qiegħda tirrifjuta li timxi mal-inkwilini kollha bl-istess mod u ċjoè bħalma saret il-manutenzjoni fuq nofs il-bejt, issir il-manutenzjoni wkoll fuq in-nofs l-ieħor tal-bejt? Min ħa d-deċi¿joni li jimxi b'mod differenti maż-żewġ inkwilini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Ġunju tal-2015 l-Awtorità tad-Djar kienet applikat liquid membrane fuq in-naħa tal-bejt tal-blokk fejn kien hemm diversi qsim fil-kontrabejt li minnu kien qed jippenetra l-ilma tax-xita. In-naħa l-oħra tal-bejt kienet diġa’ miksija bil-membrane u għadaqstant mhux il-ka¿ li l-Awtorita’ mxiet b’modi differenti. L-inkwilini kollha li joqgħodu fil-blokk huma responsabbli u mistennija wkoll li jagħmlu manutenzjoni regolari tal-bjut inklu¿ manutenzjoni tal-membrane u li jzommuh dejjem fi stat tajjeb.
Leg 12 PQ #30908 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żurrieq – kmamar f’Wied Fulija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30137 datata 23 ta' Jannar 2017, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kmamar fejn il-miżbla ta’ Wied Fulija limiti taż-Żurrieq li qabel kienu jintużaw mill-watchman ta’ din il-miżbla, humiex proprjetà tal-Gvern jew le? F’idejn min qegħdin preżentament dawn il-kmamar? Jekk dawn il-kmamar preżentament qegħdin f’idejn terzi, kif għaddew għandhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-kmamar li-kienu jintużaw mill watchman f’Wied Fulija huma tal-Gvern. Skond ir-rekords tat-Taqsima Propjeta tal-Gvern, dawn il-kmamar mhux mikrija lill terzi.

Transport Malta – A3 Towers f’Raħal Ġdid — uffiċini ġodda - permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24219, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi relatati mal-uffiċini li qegħdin jintużaw preżentament minn Transport Malta fl-A3 Towers f’Raħal Ġdid? X'inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-permessi huma diġa’ pubbliċi .

Transport Malta – uffiċini ġodda — xogħlijiet

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24224, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur ta' kull tender/direct order għall-materjal, equipment u servizzi biex saru x-xogħlijiet relatati mal-uffiċini l-ġodda ta’ Transport Malta ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid peress li fir-risposta tiegħu ma qalx kemm hu l-valur ta’ kull direct order/tender?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Supplier Description Tender / Direct Order Value in Eur Invicta Office furniture Tender 83,422.60 BDI Ltd Office chairs Tender 19,816.87 Vivendo Projects Ltd Office furniture u flash doors Tender 38,401.00 Sirap Power Supplies Tender 8,798.00 Motive Services Generator Tender 19,520.00 Firetech Argonite system Tender 21,344.26 Stereo Vision CCTV system Tender 8,890.00 Faro Group Fire alarm system Tender 17,660.00 Firstil Antistatic raised PVC flooring Direct order 6,860.00
Leg 12 PQ #30167 Sitting 480 2017-02-08 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transport Malta – uffiċini — rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ventilation report, fire report, noise report u safety report li permezz tagħhom ħareġ il-permess għall-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30168 Sitting 480 2017-02-08 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Transport Malta – A3 Towers fil-Marsa — uffiċini

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa huma konformi mal-liġijiet sanitarji ta' pajjiżna u ma huma tal-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jaħdmu fihom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – A3 Towers fil-Marsa — uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'kemm ittardjat it-tlestija tal-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fl-A3 Towers fil-Marsa? Kemm weħel penali min ħa l-kuntratt biex jikri dawn l-uffiċini lil Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda penali peress li d-dewmien ma kienx ikkawżat mis-sidien.

Transport Malta – ICT Department

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji privati li d-Dipartiment tal-ICT fi ħdan Transport Malta jagħmel użu minnhom kemm għall-provvista ta' servizzi kif ukoll prodotti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma li l-Onor. Interpellant li l-kumpaniji privati li d-Dipartiment tal-ICT fi ħdan Transport Malta jagħmel użu minnhom kemm għall-provvista ta' servizzi kif ukoll prodotti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – Enforcement Department — manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki biex persuna tilħaq fil-pożizzjoni ta' Manager bi grad A fl-Enforcement Department fi ħdan Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika applikazzjoni ta’ Manager A fid-Direttorat ta’ l-Enforcement li nħarġet mill-Awtorita, kienet dik ta’ Manager Enforcement & Security Operations. Il-kwalifiki u r-rekwiżiti essenzjali mitlubin għal din is-sejħa kienu: · Esperjenza ppruvata ta’ mill-anqas sentejn fl-oqsma ta’ infurzar fuq l-art kif ukoll fis-sigurta’; · Tkun ilek fil-pussess ta’ liċenzja valida ta’ Uffiċjal tas-Sigurta’ għal mill-anqas ħames snin; · Ikollok ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni sew verbali u sew bil-kitba; · Ikollok ħiliet eċċellenti fl-immaniġġjar tan-nies; · Ikun organizzat ħafna, razzjonali u kapaċi li jieħu deċizjonijiet; · Ikun kapaċi jwettaq ħidmiet fil-limitu ta’ ħinjiet speċifikati u taħt pressjoni; · Ikollok ħiliet tajbin ħafna biex issolvi problemi.

Transport Malta – premises ġodda – kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-premises il-ġodda li qegħda topera minnhom Transport Malta taħt l-A3 Towers fil-Marsa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt jinkludi informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.

Marsa — A3 Towers – uffiċini – ilmenti mill-ħaddiema

Question

Jaf il-Ministru li impjegati li bdew jużaw l-uffiċini li jinsabu fl-A3 Towers tal-Marsa qed jagħmlu diversi lmenti li l-uffiċini fejn jaħdmu huma neqsin mid-dawl u l-arja naturali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti li kien hemm ġew kollha indirizzati u fil-preżent miniex infurmat li kien hemm xi ilmenti ġodda.

Transport Malta – A3 Towers — uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini li għandha Transport Malta fl-A3 Towers li jinsabu taħt l-art mingħajr dawl u arja naturali, jikkonsidrahomx bħala komdi u adekwati biex jaħdmu n-nies ġo fihom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-uffiċini huma ġodda u l-ħaddiema, fil-maġġoranza tagħhom, urew li huma iktar kuntenti wara li ċċaqalqu minn binja mhux adekwata kif ukoll perikoluża minħabba li kienu esposti għal soqfa magħmulin mill-asbestos u kkundannati.

Transport Malta – uffiċini fl-A3 Towers f’Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati ħaddiema ta’ Transport Malta fl-uffiċini l-ġodda li għandha ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Ta' liema Dipartimenti jappartjenu dawn il-ħaddiema? F'liema livell jinsab kull dipartiment? Kemm qiegħed f’fond kull livell li qed jospita kull dipartiment, jekk hux taħt il-livell tat-triq u/jew mal-livell tat-triq u/jew ‘l fuq mil-livell tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffiċini l-ġodda ġew rilokati l-ħaddiema tal-Land Transport Directorate, Traffic Management, Enforcement u ICT. Nofs il-ħaddiema tal-LTD, l-istaff tat-TMRSD, l-Enforcement u ICT qegħdin joperaw minn Level 0 u l-kumplament tal- istaff tal-LTD qed jaħdmu minn Level 1.

Transport Malta – uffiċini fl-A3 Towers fil-Marsa

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24217, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull uffiċċju ta' Transport Malta li jinsab fl-A3 Towers fil-Marsa għandu twieqi li jagħtu għat-triq? Jekk fin-negattiv, jaħseb li dawn l-uffiċini huma adekwati biex fihom jaħdmu n-nies għal 8 sigħat sħaħ kuljum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini ġew mibnija skont il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet konċernati. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini minn fejn kienu jaħdmu l-ħaddiema qabel kienu kkundannati u b’detriment għas-saħħa u sigurta’ ta’ l-istess impjegati.