Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qajjenza — bini tal-promenade

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat il-bini mill-ġdid tal-Promenade tal-Qajjenza u meta hemm il-ħsieb li jibda dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Fil-preżent, mhux programmat li jsir il-bini mill-ġdid tal-Promenade tal-qajjenza.

Birżebbuġa — xogħol fuq Għar Dalam Junction

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Għar Dalam Junction f'Birżebbuġa li jikkonsisti f'intelligent traffic lights system, istallazzjoni ta' central strips, twessigħ ta' Triq Għar Dalam u stallazjoni ta' street lighting fi Triq FM Ferretti n-naħa ta' Triq Għar Dalam?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hu ppjanat li x-xogħol fuq it-Traffic Lights System u l-istallazjoni ta’ central strips mistenni jibda bejn l-aħħar ta’ Mejju u bidu ta’ Ġunju 2013. Preżentement, m’hemmx pjanijiet illi se jsir xi xogħol ta’ twessiegħ ta' Triq Għar Dalam u stallazjoni ta' street lighting fi Triq FM Ferretti.

Marsaxlokk — resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta f'Marsaxlokk għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, din is-sena għadha kif inbniet mill-ġdid Triq Lepanto u bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid fi Triq Tonin Attard. Huwa wkoll proġettat li jsir resurfacing fi Triq Melqart.

L-Imqabba — resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta fl-Imqabba għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità tal-Imqabba din is-sena sar resurfacing fi Pjazza Ġublew tad-Djamanti, u parti minn Triq il-Belt Valletta. Bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija. Triq Ġdida fi Triq Giacomo Tortorella u Triq George Martin qegħdin fil-programm ta’ xogħlijiet, però għandhom problema biex jinbdew minħabba raġunijiet ta' esproprjazzjoni u ta' ffurmar tat-triq.

Iż-Żurrieq — resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta fiż-Żurrieq għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità taż-Żurrieq din is-sena għadhom kif tlestew mill-ġdid parti minn Triq Ciantar u parti minn Triq Nigret. Bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq Sammut Ġorġ, Triq Santa Klementina u Triq Salvatore Magri. Parti minn Triq Zimmerman Barbara u triq ġdida fi Triq San Mikiel qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet, però għandhom problema biex jinbdew minħabba raġunijiet ta' esproprjazzjoni. Parti minn Triq Fra Gammari Zammit qegħda wkoll fil-programm tax-xogħlijiet però ma tistax tinbeda minħabba li hemm sit ta’ kostruzzjoni, u x-xogħlijiet fi Triq Espeditu Deguara ġew imwaqqfa s-sena l-oħra b’mandat mill-Qorti.

Birżebbuġa — Grawnd tal-football - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-grawd tal-football ta' Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-proċess fuq dan il-proġett għadu fi stadju bikri fejn qed isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li jiġi ippublikat it-tender għal dan ix-xogħol.
Leg 12 PQ #496 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa — Kappella tad-Duluri - xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr tal-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa u fiex jikkonsisti x-xogħol li se jiġi eżegwit?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' restawr fuq il-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa hu ppjanat li jibda f'Ġunju 2013. Ser isir restawr fuq il-ġebla tal-faċċata tal-kappella li jinkludi tindif tal-ġebla, bdil tal-ġebel l-aktar deterjorat, mili mill-ġdid tal-fili, kif ukoll iffurmar ta' partijiet neqsin b'teknika ta' 'plastic repair'. Ser isir ukoll restawr tal-aperturi tal-injam, tal-kanċell u l-ħadid tal-portiku.

street lighting — distanza massima

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hi d-distanza massima għal provvista tal-elettriku tal-istreet lighting mingħajr ma jkun hemm spejjeż għall-kunsilli lokali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-Distanza massima stabbilita mir-regolamenti ghall-Provista tal-Elettriku hija dik ta' 150 metru mill-eqreb sors adekwat.

Enemalta — provvista ta' arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk preżentament hemmx provvista ta' arbli tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta u kemm hi din il-provvista f'kull distrett tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nixtieq navza lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qiegħda tiġi miġbura.

WasteServ — tunnellaġġ ta' skart mormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ tal-iskart tal-borża sewda li l-WasteServ Malta Ltd ircieviet, kunsill b'kunsill kull xahar f'din l-aħħar sena?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tunellaġġ totali tal-iskart tal-borża s-sewda għas-sena 2012 huwa ta’ 132,074.75. Id-dettalji, kunsill b’kunsill, xahar b’xahar, huma hekk murija fit-Tabella ‘A’ li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

WasteServ — ħlas mill-kunsilli lokali minħabba skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-WasteServ Malta Ltd iċċarġjata kull xahar lil kull kunsill lokali għal din l-aħħar sena għar-rimi tal-iskart tal-borża sewda fl-impjanti/landfills tagħha?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għas-sena 2012, il-WasteServ iċċarġjat lill-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex is-somma ta’ €2,778,998.70 inkluz il-VAT, għar-rimi ta’ l-iskart tal-borża s-sewda. Id-dettalji, kunsill b’kunsill, huma hekk murija fit-Tabella ‘A’ li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Power Station ta' Delimara — tindif tal-fuel oil strainer

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li biex jitnaddaf il-fuel oil strainer il-power station ta' Delimara (phase 3) qed tinqaleb fuq il-magni diesel bil-konsegwenza li l-operational costs biex din il-power station topera qed jiżdiedu sostanzjalment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ikkonfermat li b'riżultat ta' ħsara fuq self cleaning fuel oil restrainer, il-manual strainers kellu jsirilhom tindif perjodikament. Biex isir dan il-magni huma temporanjament maqlubin għal gasoil minflok fueloil għal żmien qasir, biex il-fouled strainers jitneħħew u jiġu mibdulin.
Leg 12 PQ #490 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Resourse Energy Drink — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-resource energy drink li tittieħed minn pazjenti bħala parti mill-kura tagħhom hix out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mediċina msemmija tinsab in stock

Università ta' Malta — Prospectus - Diploma in Facilitating Inclusive Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja jew le? Dan il-kors se jkun full-time jew part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Universita' ta' Malta sejra toffri l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education kemm fil-Kampus ta' Malta kif ukoll f'dak ta' Għawdex fis-sena akademika 2013/14 fuq bażi part-time. Din l-informazzjoni qiegħda fuq il-website tal-Università ta' Malta: http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf (Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)

Diploma in Facilitating Inclusive Education — mature students

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education ikun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja, mature students ikunux jistgħu japplikaw biex isegwu dan il-kors? Jekk fl-affermattiv, ikollhom jagħmlu proficiency tests jew interview jew it-tnejn li huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi applikanti li jkollhom aktar minn 23 sena fl-01 ta' Ottubru 2013 ikunu jistgħu japplikaw biex isegwu l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education skont il-provvedimenti għall-'maturity clause'. L-applikanti li jaqgħu f'din il-kategorija huma meħtieġa li jgħaddu minn 'proficiency tests' fl-Ingliż u fil-Malti, ikollhom ic-ċertifikat tal-ECDL u jgħaddu minn eżami bil-miktub. L-applikanti jkunu meħtieġa ukoll jissodisfaw lill-Bord, permezz ta' intervista, li għandhom id-dispożizzjoni meħtieġa biex isegwu l-kors b'suċċess. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-website:- http://www.um.edu.mt/registrar/regulations/faculties/educ/dip-fie-bl-2005 Dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati flimkien mal-applikanti l-oħra kollha biex issir il-lista fl-ordni ta' mertu minħabba li fil-kors jiġu aċċettati massimu ta' 50 student. (Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)

Diploma in Facilitating Inclusive Education — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru tal-istudenti li jistgħu jsegwu il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun marbut ma' numru jew jekk kull min jista' u jikwalifika jkunx jista' jsegwi dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kif avżat fuq il-website tal-Universita' ta' Malta http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf il-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education huwa limitat għal massimu ta' 50 student fil-kors li sejjer isir f'Malta u 50 student ieħor fil-kors li sejjer isir f'Għawdex. (Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)

Birżebbuġa — pitch tal-waterpolo - rikostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol relatat mar-rikostruzzjoni tal-pitch tal-waterpolo ta' Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

L-għoti tal-kuntratt biex isir dan ix-xogħol huwa suġġett għal żewġ appelli fil-Qorti. Id-data tal-bidu tax-xogħol tiddependi mill-eżitu ta’ dwan iż-żewġ appelli.

Power Station tal-Marsa — Shifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fil-power station tal-Marsa li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Power Station ta' Delimara — shifts ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fid-Delimara Power Station phase 1 li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi bħalissa ix-shift compliment fuq il-boilers u t-turbini ta' phase 1 u l-impjant awziljarju huwa ta' 65 persuna. Dan l-ammont jinkludi inġiniera, generation officers u anke operaturi
Leg 12 PQ #485 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq — Triq JM Callus - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' tarmak fi Triq JM Callus fiż-Żurrieq?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, li tagħha inżerta li huwa ukoll il-Perit, hi waħda mit-toroq li qed isiru permezz tal-iskema ta’ Public Privat Partnership. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza s-sitwazzjoni. Infurmat li waqt li kien għaddej ix-xogħol il-kuntrattur informa lill-Kunsill Lokali li ma kienx ser ikompli jaħdem bil-prezzijiet tat-tender u dan fid-dawl ta’ xi żieda fil-prezzijiet. B’konsegwenza t’hekk ix-xogħol waqaf f’nofs is-sena 2012. Sussegwentement il-Kunsill Lokali kellu diversi komunikazzjonijiet mal-kuntrattur inkwistjoni. F’Marzu 2013 l-Kunsill Lokali talab lill-kuntrattur dikjarazzjoni bil-miktub li l-kumpanija mhux lesta li tkompli x-xogħol bil-prezzijiet tat-tender. Il-Kunsill qed jistenna tweġiba mingħand il-kuntrattur qabel jipproċedi mod ieħor.