B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 495, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jingħalaq il-proċess ta' konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li toħroġ it-tender relattiva max-xogħol fuq il-bini tal-grawnd tal-futbol ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preċedenti wiegħed dan il-proġett għal diversi snin. It-tenders ta’ dan il-proġett kellhom joħorġu f’Ottubru 2011 u spiċċaw ħarġu f’April 2012, għalkemm baqa’ ma sar xejn.
Ninsab informat illi l-ewwel “vetting” għadu kemm ġie konkluż u qegħdin ikomplu l-konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li d-Dipartiment tal-Kuntratti jippublika t-
tender
għal dan ix-xogħol mill-aktar fis possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo ta' Birżebbuġa issa li il-kawża li kien hemm il-Qorti ġiet deċiża?
Response (MIZZI, JOE)
Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid tal-waterpolo ta’ Birżebbuġia kien issemma mill-amministrazzjoni preċedenti snin ilu iżda x-xogħol baqa’ ma bediex.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett ser jinbeda wara s-Sajf peress li matul il-ġranet tas-Sajf mhumiex permessi li jsiru xogħlijiet f’ żoni turistiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibli illi tiġi inkluża karozza tal-linja oħra li tgħaddi fis-6.05 a.m. min fejn il-bus stop ta' Triq San Ġwann, Ħal Safi fid-direzjoni lejn Ħal Kirkop għax dawk li jgħaddu fis-5:50 a.m. u 6:20 a.m. qegħdin jgħaddu mimlija bil-passiġġieri u n-nies ta' Ħal Safi qed jibqgħu l-art?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed issir analiżi tas-suġġerimenti illi Transport Malta irċeviet waqt iż-żmien ta’ konsultazzjoni, kif ukoll mill-laqgħat illi saru mal-Kunsilli Lokali.
Infurmat ukoll illi dan is-suġġeriment għadda għand il-Ministeru u ttieħed inkonsiderazzjoni ma’ suġġerimenti oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk residenza li jkollha garaxx anness magħha jinħarġilha permess għal reserved parking? Jekk fl-affermattiv, f' każ illi l-persuna li fuqha jinħareġ il-permess għal reserved parking tiġi nieqsa, dan il-permess jaqa’ jew jibqa’ validu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġeneralment, jekk ir-residenza tal-persuna b’diżabbilta’ ikollha garaxx, ma jinħariġx permess għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ ħlief jekk tali garaxx ma jkunx aċċessibbli għall-persuna b’diżabbilta’ li wkoll tkun is-sewwieq. F’dan il-każ, il-parkeġġ riservat jiġi mplimentat quddiem il-garaxx. Fil-każ li l-persuna b’diżabbilta’ tiġi nieqsa, il-permess ma jibqax validu u l-kaxxa tal-parkeġġ titneħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk reserved parking, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha neċessarji tat-Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, meta ħareġ il-permess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabbilta’ li għalih qed jirreferi ġie approvat mill-Bord Għall-Parkeġġ Riservat Persuni b’Diżabbilta’ fit-8 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Minħabba li l-persuna b’diżabbilta’ ġiet nieqsa, l-Awtorita’ talbet lill-kunsill lokali rispettiv sabiex tali parkeġġ riservat jitneħħa b’ittra datata 24 ta’ Mejju li 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' pavimentar fi Pjazza Gavino Gulija, Bormla jekk hux il-ħaddiema tal-Gvern jew il-kuntrattur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bażi tal-konkos ta’ taħt il-pavimentar ser issir mill-ħaddiema tal-gvern waqt li l-pavimentar ser isir mill-ħaddiema tal-kuntrattur.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti data minn meta chairman/chairwoman u membri ta' diversi bordijiet ta' awtoritajiet u entitajiet pubbliċi ser jibdew jinħatru mill-pubbliku kif kien imwiegħed mill-Gvern preżenti qabel l-elezzjoni?
B' referenza għar-reviżjoni tal-fees tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) skont il-Legal Notice 126 tat-2013, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw, min fassalhom u min kien responsabli għalihom biex ġie deċiż illi r-rati għall-iżvilupp kummerċjali se jorħsu b' 55% fil-waqt li r-rati għall-iżvilupp residenzjali se jorħsu bi 8% biss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-Avviż Legali 126 tat-2013 ġabet traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din affetwat l-applikazzjonijiet kollha li għadhom ma ġewx validati u jinqasmu fi tlett kategoriji:
(a) Dawk li ħarġilhom il-kont u ħallsuh;
(b) Dawk li ħarġilhom il-kont u għadhom ma ħallsuhx;
(ċ) Dawk l-applikazjonijiet il-ġodda li ħhadu ma ħarġilhomx kont;
jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiswa lill-Awtorità biex tagħti l-flus lura lill-applikanti li diġà ħarġilhom il-kont u ħallsuh u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dawk il-kontijiet li kienu diġà ħarġu u issa qed jiġu riveduti u liema huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura? Kemm hi stmata li se titlef fir-revenue tagħha l-Awtorità fuq dawk l-applikazzjonijiet il-ġodda li għadu ma ħarġilhomx kont u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu il-klijent, min hu il-perit responsabbli, x' tip ta' xogħol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jiġi iffrankat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min meta daħal it-traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sal-lum, kemm żdiedu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi fuq l-istess perjodu tas-sena 2011 u 2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li għadhom għaddew biss ftit iżjed min xahrejn minn meta ġew fl-effett it-tariffi l-ġodda tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u allura għadu kmieni sabiex wieħed jara l-benefiċċju sħiħ tat-tnaqqis fit-tariffi, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità, l-istess Awtorità ivvalidat sebgħa mija u wieħed u erbgħin applikazzjoni (741) mid-09 ta' April 2013 sas-17 ta' Gunju 2013, li huwa aktar minn mija u ghoxrin (120) applikazzjoni iżjed mill-istess perjodu fl-2011 u 2012, li tfisser żieda ta' aktar minn għoxrin fil-mija (20%) mis-sena 2012.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tikkompara din iċ-ċifra mal-istess perjodu fl-2011 u fl-2012.
(Ara dokument nru 1333 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 59 tat-Tlieta, 8 ta’ Ottubru 2013)
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iż-€2 miljun li qed jistma l-Gvern li se jiġu ffrankati ma jigux irkuprati miż-żieda ta' applikazjonijiet, hux se jdaħħal xi taxxa ġdida biex dan it-telf jiġi irkuprat? Min se jkun eleġibbli li jħallas din it-taxxa biex tagħmel tajjeb għal dan it-telf? Jekk mhux se tidħol l-ebda taxxa ġdida, liema servizzi/għajnuniet soċjali jew fondi se jitnaqqsu biex jagħmlu tajjeb għal dan it-telf?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Le, ma hemm ebda ħsieb li tiddaħħal xi taxxa ġdida jew li jitnaqqsu xi servizzi/għajnuniet soċjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 482, jista' l-Ministru jgħid jekk, skont l-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement min se jieħu x-xogħol tal-bini tal-power station il-ġdida hux se jkun responsabbli wkoll għat-tħaddim u manutenzjoni tal-power station il-ġdida, kif wkoll għax-xiri tal-gass?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tat-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013, f'seduta 17.
Power station il-ġdida — redeployment ta' ħaddiema
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 481, jista' l-Ministru jikkonferma, jekk hux minnu li waqt laqgħa li membri tal-Gvern preżenti kellhom mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet kienu wegħduhom li l-ħaddiema li se jispiċċaw redundant mill-power station tal-Marsa u mill-power station ta' Delimara phase 1 kienu se jiġu redeployed fuq il-power station il-ġdida?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 483 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fix-shifts kollha fil-power station tal-Marsa li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi Lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 130 ħaddiem jaħdmu fis-sezzjoni tal-operat tal-Marsa power station u 97 li jahdmu fis-sezzjoni tal-Manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-Qorti ta' dawk in-nursing aides li kienu daħlu qabel l-1996 u għalkemm suppost daħlu fi grad 13, kien hemm ammont minnhom li daħħluhom fi grad 14?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru tas-Saħħa jixtieq jinforma lil-Onorevoli Interpellant, li l-każ tan-Nursing Aides qiegħed fil-Qorti fi stadju ta’ Appell.
Peress li Triq Fra Luka Zurki fiż-Żurrieq f'tarf minnhom tagħlaq, u peress li l-qlib tal-ilma tax-xita jaqleb għall-parti tat-triq fejn tagħlaq, u peress li kellu jsir culvert tal-ilma ħalli l-ilma li jinġabar f'din it-triq jiġi jferra' ġo Triq Ġan Mari Zammit, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan il-culvert tal-ilma peress li kull darba li tagħmel ix-xita ssir ħsara lil diversi proprjetajiet li jinsabu f'din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà li minnha huwa propost l-culvert tal-ilma hija soġġetta għall-ordni mill-Qorti. Għaldaqstant, Transport Malta qed tinvestiga l-possibilità illi jintalbu l-permessi neċessarji mill-Qorti sabiex l-imsemmi xogħol ikun jista’ jsir.
Tista' l-Ministru tara l-każ dwar familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post tal-Gvern imma s' issa għadha tistenna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ikkanċellata fl-10/01/2012. Għaldaqstant hija mitluba biex tiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex tammenda l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru illi skejjel sekondarji li kienu ġew strutturalment ikkundannati se jirċievu intake ta' student ġodda mis-sena skolastika li ġejja? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn l-iskejjel? Min iċċertifika li dawn l-iskejjel mhumiex aktar strutturalment ikkundanati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ma kkundannat l-ebda skola sekondarja. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma hu se jibgħat l-ebda student ġo skola strutturalment ikkundannata. Id-Direttorat m'għandux informazzjoni li hemm skejjel li qed jintużaw li huma kkundannati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 477 u jikkonferma jekk hux minnu li persuna li marret tiġbor ċilindru tal-ossiġnu mill-Isptar Mater Dei, fejn is-soltu jagħtuha żewġ ċilindri, din id-darba għat-tieni ċilindru kellha tħallas €80?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li sabiex pazjent jingħata cilindru tal-ossiġnu, dan irid jippre¿enta riċetta tat-tabib u jħallas depożitu ta’ €93.17. Dan id-depożitu jitħallas għal kull ċilindru misluf għand il-kuntrattur. Dan id-depożitu jigi rifuz lura lill-pazjent meta dan jirritorna ċ-ċilindu u l-flowmeter lid-Dipartiment f’kundizzjoni tajba.