Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3839 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq – Triq San Martin – qlib tal-ilma

Question

Jista’ jikkonferma li Triq San Martin (il-parti ta' fuq li tiżbokka fi Vjal l-Indipendenza), fiż-Żurrieq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu mill-Kunsill Lokali biex id-dettalji ta' residenza mogħtija separatament ma tegħriqx mal-ewwel xita li tagħmel peress illi t-triq taqleb lejn id-dar tagħha u l-ilma tax-xita m'għandux fejn imur?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li l-parti tat-triq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra, fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Dan il-każ se jgħaddi għall-attenzjoni tal-perit tal-Kunsill.
Leg 12 PQ #3840 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq – Triq San Martin – tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li Triq San Martin, fiż-Żurrieq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi se jittieħdu f'din it-triq biex jitneħħa periklu li nħoloq peress illi parti mit-triq sfrundat u hemm suspett illi dan ġara għax taħt wiċċ it-triq hemm bir li ċediet il-bokka tiegħu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li l-parti tat-triq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra, fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Infurmat ukoll li l-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra nforma lill-perit tal-Kunsill bil-każ u ħareġ l-ordni tax-xogħol lill-kuntrattur. Tali manutenzjoni għandha ssir fi żmien qasir.

skema Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk li skema tal-Micro Invest għadhiex u hux se tibqa’ miftuħa? Jekk se tibqa’ miftuħa, meta se tagħlaq tali skema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fi żmien qasir, l-iskema tal-Micro Invest ser tiġi estiża għall-perjodu ta' sentejn u dan permezz ta' ħruġ ta' Avviż Legali li ser iġedded l-iskema sabiex tkopri spejjeż eliġibbli li jkunu minfuqa fuq perjodu ta' sentejn. Dan il-perjodu jkopri s-sentejn bejn l-ewwel ta' Jannar 2013 u l-aħħar ta' Diċembru 2014. L-aħħar applikazzjoni taħt din l-iskema tkun aċċetata sas-27 ta' Marzu tal-2015.

Bormla – xogħlijiet fuq Dock 1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il porzjon ġew maqsuma x-xogħlijiet f’Dock 1 f’Bormla? X’inhu l-valur tax-xogħol ta’ kull porzjon? Liema porzjonijiet qed isiru mill-Works Division u liema porzjonijiet qed isiru mill-kuntratturi? Għal dawk il-porzjonijiet li qed isiru mill-kuntratturi, min hu l-kuntrattur għal kull porzjon? Għal dawk il-porzjonijiet li qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern, kemm-il ħaddiem tal-Gvern hemm fuq kull porzjon u xi grad/sengħa għandu kull ħaddiem? Għal kull porzjon tax-xogħol, fiex wasal ix-xogħol preżentement, u meta hu maħsub li jiġi ffinalizzat kull porzjon tax-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda billi ninforma lill- Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Baċir Numru 1 ta’ Bormla kien ilu mwiegħed mill-Gvern preċedenti sa mill-1996 bid-data li suppost kellu jinbeda tkun dik ta’ Marzu 2009. Bl-iskuża li n-negozjati fallew għal diversi drabi, ix-xogħol fuq dan il-proġett ittardja. Il-Gvern ta’ dak iż-żmien iktar kien moħħu li joħroġ it-tenders milli jagħmel ix-xogħol. Dan wassal sabiex il-proġett inbeda f’Jannar tal-2011 u kien imwiegħed li jitlesta f’ Novembru tal-istess sena, iżda din il-wegħda reġgħet għal darb’oħra ma nżammitx. F’Marzu 2012 tkeċċa l-kuntrattur minħabba dewmien u inkonvenjenzi kbar bejn Triq Santa Tereża u x-Xatt ta’ Bormla bir-riżultat li l-proġett għal darb’oħra reġa ittardja. B’konsegwenza ta’ dan kollu, Gvern Laburista minnflok sab proġett lest kif kien ilu jiġi mwiegħed sab li :- · Ma kien hemm ebda pjan ta’ kontinġenza għat-traffiku · Ix-xogħol kien miexi bil-mod ħafna mingħajr ippjanar adegwat · Ma kienx hemm miżuri dwar saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol · Ingħata tender ta’ ‘landscaping’ mingħajr ma kien hemm infrastruttura relata, fosthom ilma għat-tisqija. · Ingħata tender ta’ dawl mingħajr ma kien hemm infrastruttura lesta · Il-proġett kien qed jiġi ssorveljat b’site manager wieħed, li huwa umanament impossibli. · Ma kienx qed isir monitoraġġ arkeoloġiku · Toroq kienu qed jitlestew mingħajr ma ġew mgħoddija cables tal-Enemalta Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Gvern preżenti skont kif ġie mwiegħed fil-Programm Elettorali, fl-ewwel ftit ġimgħat tiegħu ħa ħsieb li : · Jittieħdu miżuri biex tkun indirizzata s-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol u jsir it-tindif meħtieġ · Isir xogħol fuq id-‘dunes’ mal-baħar bil-ħaddiema tal-Gvern u sub-contractors · Sa nofs Mejju, jitlesta l-pavimentar fi Pjazza Paolino Vassallo · Isir xogħol minn Triq ix-Xatt sa Pjazza Gavino Gulia biex nevitaw problemi ta’ għargħar. Ta’ min isemmi li din ma kinitx parti mill-progett u l-footprint tal-proġett tkabbret. · Isir xogħol ta’ restawr ta’ ġiebja fl-area ta’ Santa Tereza bil-ħaddiema tal-Gvern. · Jiġu mgħoddija cables tal-Enemalta biex iservu lill-bini l-antik ta’ faċċata fil-futur – il-British building u n-Knights building, kif ukoll servizzi tal-GO biex ma terġax issir il-ħsara li saret. · Sar xogħol fit-triq sal-area tal-Bieb tad-Daħla tal-Birgu sabiex tikkumplimenta it-triq il-ġdida. Dawn ix-xogħlijiet saru fil-perjodu sakemm ġew approvati il-kumplament tax-xogħlijiet li ser ikunu iffinanzjati mill-Fondi Ewropej. B’hekk ma nħlitx anqas ġurnata waħda ta’ xogħol fuq dan il-proġett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat bl-informazzjoni kollha mitluba mill- Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #3823 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar/Mosta – Triq Franġisku Pisani — stalel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma tteħdux passi sabiex illegalitajiet li saru u għadhom isiru, u li dwarhom sar rapport lill-istess Awtorità li jġib referenza CM 927/13, dwar bini ta’ stalel u tfigħ ta’ materjal u skart ġewwa sit fi Triq Franġisku Pisani limiti tan-Naxxar/Mosta jitwaqqfu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Triq Lydda – permess għal reserved parking

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk fi Triq Lydda, Ħal Qormi hemmx permess minn Transport Malta għal reserved parking għal tliet karozzi, liema parking ġie mdawwar b'ċint ta' tliet filati fuq it-tarmak eżistenti? X' passi se tieħu Transport Malta jekk tali parking u ħajt saru mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont Transport Malta, m’hemm l-ebda approvazzjoni għall-kaxxi tal-parkeġġ riservati u lanqas għaċ-ċint li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant. Il-passi neċessarji sabiex jitneħħa dan iċ-ċint huma responsabbilta’ tal-pulizija skont Avviż Legali 29 tal-2010 (Kap. 499). Kemm il-kunsill lokali kif ukoll il-pulizija huma infurmati b’dan il-każ.
Leg 12 PQ #3569 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Triq Lydda — ċint

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ċint ta' tliet filati li tela’ fit-triq fi Triq Lydda, Ħal Qormi għandux il-permessi neċessarji? X' passi se tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jekk tali ċint sar mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru l-investigazzjonijiet neċessarji. Min tella' l-ħajt sostna mal-uffiċjali tal-Infurzar tal-MEPA illi dan sar għax il-propjeta` għadha privata u għalkemm tifforma parti minn triq proposta (li għad trid tinfetaħ skont l-iskema uffiċjali) l-art qatt ma ġiet esproprijata mill-awtoritajiet għal skop ta' toroq. Għaldaqstant ħasset id-dritt li kellha tagħlaq il-propjeta` tagħha. Il-MEPA ma tidħolx fi kwistjonijiet ta' pussess jew ta' esproprjazzjoni. Madankollu, peress li ma kienx hemm permess tal-iżvilupp biex jinbena ċ-ċint, il-MEPA bdiet proċeduri ta' infurzar skont ECF 190/13 kontra s-sidien talli nbena dan iċ-ċint mingħajr permess u mingħajr ma' ġiet mitluba/mogħtija l-linja uffiċjali. Il-każ ser jibqa’ jkun segwit skont il-proċeduri stabbiliti.

Ir-Rabat – Triq Ħal Tartarni – zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk zebra crossing li tinsab fi Triq Ħal Tartarni, ir-Rabat għandhiex il-permessi kollha neċessarji? Jekk fin-negattiv, għaliex għadha ma tneħħietx minn Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li skont Transport Malta, iżz-zebra crossing li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentati kienet ġiet approvata mill-Awtorità fl-14 ta’ Mejju 2010.

Iż-Żejtun – triq ipproġettata

Question

Peress illi se jiġi rivedut il-lokal plan, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ii tiġi ipproġettata triq minn Triq il-Falkunier għal Triq San Ġużepp fiż-Żejtun? Ta’ min huma l-għelieqi illi se jiġu affetwati jekk tgħaddi din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati, minħabba li l-local plan taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-MEPA u l-informazzjoni rigward sidien ta’ artijiet tinsab għand id-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 12 PQ #3564 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Żejtun -– laqgħa mal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għal laqgħa li saret riċentement bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Ministru riċentament mhux il-kunsilliera kollha ġew mistiedna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda laqgħa bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Ministru għat-Turiżmu.
Leg 12 PQ #3565 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Żejtun — laqgħa mal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux minuti tal-laqgħa li saret bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-minuti? Jekk ma tteħudux minuti waqt din il-laqgħa, x' kien diskuss bejn iż-żewġ partijiet u x'ġie konkluż?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Kunsill Lokali Żejtun — laqgħa mal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux minuti tal-laqgħa li saret bejn il-Ministru u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-minuti? Jekk ma ttieħudux minuti waqt din il-laqgħa, x' kien diskuss bejn iż-żewġ partijiet u x'ġie konkluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura iltaqa’ mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun bħal ma għamel ma’ kull Kunsill Lokali ieħor biex iressqulu l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom dwar materji fid-dekasteru tiegħu. Dan sar fost oħrajn sabiex ikun jista’ jiġi mfassal tajjeb il-pjan tax-xogħolijiet li jridu jitwettqu tul dawn il-ħames snin li ġejjin. Fil-fatt, il-Kunsill Lokali għadda lista ta’ dawn l-ilmenti u suġġerimenti, li kienu jinkludu fost oħrajn ilmenti dwar is-servizz tat-trasport pubbliku li bdew minn meta daħlet fis-seħħ ir-riforma fl-2011, ilmenti dwar il-fatt li l-Kunsill Lokali kien ilu 10 snin sħaħ jitlob lill-amministrazzjoni preċedenti biex isir programm ta’ ‘resurfacing’ ta’ toroq li ilhom iżjed minn 25 sena, xogħol f’Misraħ ir-Repubblika li l-Gvern preċedenti abbanduna għal diversi snin u t-tkomplija tar-ring-road li li l-aħħar parti tagħha tħalliet nofs xogħol.
Leg 12 PQ #3567 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żejtun – triq ipproġettata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru illi meta se jiġi rivedut il-Pjan Lokali, se tiġi inkluża triq li minn Triq il-Falkunieri se tagħti għal Triq San Ġużepp fiż-Żejtun? Min huma s-sidien tal-għelieqi li se jiġu affetwati bl-iżvilupp ta' din it-triq? Ir-residenti taż-Żejtun ġew ikkonsultati, u jekk fl-affermattiv meta saret tali konsultazjoni? Il-pjanti u rapporti tekniċi għall-bini ta' din it-triq saru? Jekk fl-affermattiv, saret applikazjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra,
Leg 12 PQ #3534 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbuġa — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3528 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Imqabba — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali tal-Imqabba? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3529 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Kirkop — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3530 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Qrendi — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali tal-Qrendi? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3531 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żurrieq — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3532 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill- Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3533 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk — Urban Improvement Funds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Urban Improvement Funds tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentement allokati lill-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk? Kemm minn dawn il-fondi huma committed diġà u għal liema proġett? Kemm fadal fondi li għadhom mhux committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.