Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2934 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq il-kontijiet

Question

Peress li l-Avviż Legali 126 tat-2013 ġabet traħħis fit-tariffi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din affetwat l-applikazzjonijiet kollha li għadhom ma ġewx validati u jinqasmu fi tlett kategoriji: (a) Dawk li ħarġilhom il-kont u ħallsuh; (b) Dawk li ħarġilhom il-kont u għadhom ma ħallsuhx; (ċ) Dawk l-applikazjonijiet il-ġodda li ħhadu ma ħarġilhomx kont; jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiswa lill-Awtorità biex tagħti l-flus lura lill-applikanti li diġà ħarġilhom il-kont u ħallsuh u liema huma dawn l-applikazjonijiet inkluż id-dettalji ta' min hu l-klijent, min hu l-perit responsabli, x' tip ta' xoghol se jsir u fejn hu propost li jsir ix-xogħol inkluż l-ammont li se jingħata lura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandiex l-informazzjoni mitluba peress li meta jinħadem kont fis-sistema tal-kontijiet tal-istess Awtorità, il-kont il-ġdid iħassar mis-sistema elettronika il-kont il-qadim. Waqt li l-Awtorità għandha l-ammonti dovuti lill-applikanti differenti fejn dawn għandhom jieħdu xi forma jew oħra ta' rifuzzjoni, l-istess Awtorità m'għandiex miżmuma r-raġunijiet ta' din ir-rifużżjoni. Din tista tkun dovuta għal diversi raġunijiet, fosthom il-bdil fit-tariffi, imma tista' tkun ukoll minħabba tnaqqis fil-proposta tal-iżvilupp jew ħlas mill-applikant ta' aktar milli dovut. Ta' min wieħed jinnota li tista' ukoll tkun dovuta mhux biss għal raġuni waħda imma taħlita ta' raġunijiet. Fir-rigward ta' applikazzjonijet fejn il-kont għadu qatt ma nħareġ jew ħareġ mill-ewwel bis-sistema l-ġdida, din l-informazzjoni ma' tistgħax tingħata mhux biss għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, imma wkoll għall-fatt li l-kont bir-rati l-qodma qatt ma nħareġ.
Leg 12 PQ #4248 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Imġarr (Malta) – Triq Ġan Mari Camilleri – skemi ta’ bini eżistenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex se tiġi emendata l-iskema biex jiġi rispettat il-bini eżistenti fi Triq Ġan Mari Camilleri fl-Imġarr (Malta) għal Triq il-Majjistral?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali għadha fil-fażijiet inizjali. Proposti konkreti jsiru aktar il-quddiem fil-proċess u dawn jiġu esposti għal perijodu ta' konsultazzjoni pubblika kif titlob il-liġi.

Iż-Żurrieq – Triq Ħal Far – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħal Far fiż-Żurrieq, li hi triq prinċipali, hux se tkun inkluża fil-programm ta' resurfacing tal-Gvern peress illi din hi l-unika ħruġ għar-residenti li joqogħdu wara l-mini f'każ ta' aċċident fil-mini ta' wara l-ajruport? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq? Jista’ l-alignment ta' din it-triq jiġi ddisinjat mill-ġdid biex jiġu eliminati liwjiet perikolużi li jinsabu f'din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta minħabba l-fatt li din hija triq rurali barra mill-iskema tal-bini. Madankollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li s-sitwazzjoni titranġa.

Iż-Żurrieq — bini mill-ġdid ta' toroq - Triq Fra Ġan Mari Zammit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Fra Ġan Mari Zammit fiż-Żurrieq hijiex imdaħħla fil-programm ta' bini mill-ġdid ta' toroq li se jsiru fiż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Ġan Mari Zammit, fiż-Żurrieq qiegħda nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta ladarba jitlesta l-iżvilupp li hemm għaddej bħalissa.

Iż-Żurrieq – bini mill-ġdid ta' toroq — Triq il-Pluvieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Pluvieri fiż-Żurrieq hijiex imdaħħla fil-programm ta’ bini mill-ġdid ta' toroq li se jsiru fiż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li ġiet mgħoddija lili, din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Minkejja dan il-fatt, ninsab infurmat li ftit jiem biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wieħed ingħata x’jifhem li kien ser jinbeda ix-xogħol fuq din l-istess triq.
Leg 12 PQ #4252 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Iż-Żurrieq – polyclinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ il-polyclinic fiż-Żurrieq?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li m’hemmx il-ħsieb li tinfetaħ polyclinic fiż-Żurrieq.

Iż-Żurrieq – night shelter

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jiftaħ night shelter fil-lokalità taż-Żurrieq għar-residenti ta' din il-lokalità li preżentament għandha popolazzjoni ta' 16,000-il ruħ, u għal dawk il-lokalitajiet tal-madwar? Jekk fl-affermattiv, fiex wasal il-proċess biex dan in-night shelter attwalment jinfetaħ? Meta hemm il-ħsieb li dan in-night shelter jibda jopera u jkun jista’ jintuża miż-Żrieraq u nies oħra tal-lokalitajiet tal-madwar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx pjanijiet li jinfetħu Night Shelters fiż-Żurrieq.
Leg 12 PQ #4242 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq – Torri ta’ Xutu — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Xutu f'Wied iż-Żurrieq hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa ix-xogħol ta' restawr fuq dan it-torri?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien imwiegħed lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li t-Torri ta’ Xutu f’Wied iż-Żurrieq kellu jgħaddi f’idejn Din l-Art Ħelwa.
Leg 12 PQ #4243 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Marsaxlokk – programm ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq is-siti msemmija hawn isfel li jinsabu f' Marsaxlokk humiex imdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' restawr fuqhom? Is-siti huma kif gej: a) Torri Vendome; b) Il-Batterija ta' San Pawl, Delimara; ċ) Il-Batterija ta' Wolesley, Delimara; d) Il-Fortizza tas-Silġ; e) Il-Fortizza ta' Delimara?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minkejja li m’hemmx xogħol ta’ restawr ippjanat fuq l-imsemmija siti għas-sena 2014, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Aġenziji responsabbli mir-Restawr u mal-Kunsilli Lokali għandu l- ħsieb li jfassal pjan ħolistiku ta’ prijoritajiet ta’ interventi ta’ restawr għas-snin li ġejjin. Rigward il-Fortizza ta’ Delimara, din hija amministrata minn Heritage Malta. Infurmat illi f’dan il-mument m’hemmx pjan immedjat ta’ restawr għal din il-Fortizza peress li l-fondi u r-riżorsi ta’ Heritage Malta qegħdin iffukati fuq il-Fortizzi ta’ Sant’Anġlu u Sant’Iermu. Meta dawn il-proġetti kbar ikunu qorbu li jitlestew, wieħed ikun jista’ jiffoka iżjed fuq il-Fortizza ta’ Delimara.

Ħ’Attard – Triq l-Imdina – Timed traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jagħmel l-istudji neċessarji biex isiru timed traffic lights fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, quddiem Attard Farm Supplies biex tiġi mnaqqsa l-konġestjoni tat-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta eżaminat is-sitwazzjoni tat-traffiku fi Triq l-Imdina u tat struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard sabiex titneħħa s-sistema ta’ one ways fi Triq San Anton u Triq il-Linja filwaqt li l-Awtorità approvat li jinfetaħ l-aċċess minn Triq Ħal Warda għal Triq Rużell.

Reinstatement ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ir-reinstatement ta' wiċċ it-triq meta jsiru l-house services? Hemm xi perijodu stipulat kemm irid idum biex jiġi reinstated wiċċ it-triq min meta jsir ix-xogħol ta' tħaffir tal-house service?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tassigura li l-wiċċ tat-triq imħaffer waqt tiswija ta' water service connection, jiġi reinstated mill-ewwel mill-istess tim ta' ħaddiema li jkunu qed jagħmlu t-tiswija. Huwa biss f'eċċezzjonijiet rari li dan ir-reinstatement ma jsirx mill-ewwel minħabba li l-art tkun imxarrba wisq. F'dawn l-okkażjonijiet rari, ir-reinstatement isir malli l-art tkun nixfet.
Leg 12 PQ #4246 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Imġarr (Malta) — Reviżjoni tal-Pjan Lokali – Bypass

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-bypass li kienet ippjanata li tgħaddi minn wara l-iskola tal-Imġarr (Malta) hux se tkun inkluża fir-reviżjoni tal-Pjan Lokali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali għadha fil-fażijiet inizjali. Proposti konkreti jsiru aktar il-quddiem fil-proċess u dawn jiġu esposti għal perjodu ta' konsultazzjoni pubblika kif titlob il-liġi.

L-Imġarr (Malta) – Triq Sir Temi Zammit – Traffic Calming Measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ippjanat li jagħmel traffic calming measures fi Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr (Malta) peress li din hija triq prinċipali u qed iseħħu diversi inċidenti fiha? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta analizzat Triq Sir Temi Zammit u li ġew approvati sacrificial bollards u hatching markings bir-rumble strips sabiex itejbu s-sigurtà ta’ din it-triq. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu mplimentati fil-ġimgħat li ġejjin.

Marsaxlokk – Triq l-Arznell – resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir ir-resurfacing ta' Triq l-Arznell peress li din it-triq hija triq prinċipali li minnha joħroġ it-traffiku min Marsaxlokk?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija mhix responsabbilta’ ta’ Transport Malta, iżda tal-kunsill lokali kkonċernat. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.

Marsaxlokk – Triq Lepanto — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex Triq Lepanto f'Marsaxlokk tingħaqad ma’ Triq Kavalerrizza hux fil-pjanijiet tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu x-xogħlijiet ta' preparazzjoni bħal stimi u disinji tat-triq? Meta se joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet li saru mal-kunsilli lokali qiegħed jiġi mhejji programm ta’ xogħlijiet fuq toroq għall-perjodu ta’ ħames snin.

Iż-Żejtun – Traffic junction bejn triq Axtart u Triq Melqart — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-traffic junction fi Triq iż-Żejtun kantuniera ma’ Triq Axtart u Triq Melqart hijiex fil-pjanijiet tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu x-xogħlijiet ta' preparazzjoni, bħal stimi, disinji tat-triq u applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Meta se joħorġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-traffic junction?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta għandha fil-pjanijiet tagħha li ttejjeb il-junction imsemmija. Bħalissa qegħda fil-proċess li tagħmel disinn ta’ din il-junction. Wara isiru l-istejjem meħtieġa u l-proġett jidħol fil-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru. Il-proġett isir skont il-budget li jkollha Transport Malta kif ukoll skont il-prijoritajiet li jkollha l-istess Awtorità.

Marsaxlokk – Triq Delimara — resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing fi Triq Delimara, Marsaxlokk, li minn fejn il-Kunvent tal-Patrijiet tagħti għall-fanal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija mhix responsabbilta’ ta’ Transport Malta, iżda tal-kunsill lokali kkonċernat. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.

Marsaxlokk – programm ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq is-siti msemmija hawn isfel li jinsabu f' Marsaxlokk humiex imdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' restawr fuqhom? Is-siti huma kif gej: a) Torri Vendome; b) Il-Batterija ta' San Pawl, Delimara; ċ) Il-Batterija ta' Wolesley, Delimara; d) Il-Fortizza tas-Silġ; e) Il-Fortizza ta' Delimara?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Iż-Żurrieq – Torri ta’ Xutu — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Xutu f'Wied iż-Żurrieq hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' restawr tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol ta’ restawr fuq dan it-torri?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Port Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li se jiżdied in-numru ta' port workers? Jekk fl-affermattiv, b' kemm se jiżdiedu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kontra ta ‘ dak li ġie mxandar u ppubblikat f’sezzjoni tal-media, ma saru ebda pjanijiet sabiex jinħarġu liċenzji ġodda għall-ħaddiema tax-xatt. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li insinwazzjonijiet bħal dawn m’għandhomx isiru qabel ma jiġu vverifikati il-fatti. Għaldaqstant naħseb li jaqbel miegħi li sitwazzjonijiet bħal dawn fejn jallarmaw lill-pubbliku għandhom jiġu iddeplorati.