Legislature:
Category:
Reset
Active:

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 4637, jista’ l-Ministru jgħid meta għamel it-talba lill-Avukat Ġenerali biex ikun possibbli li jiġu ppubblikati s-sommarju tar-rapporti? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li saret lill-Avukat Ġenerali?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4637, ninfurmah li kienet saret talba mill-uffiċċju tiegħi lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rigward ir-rapport imsemmi bil-miktub nhar it- 23 t’Ottubru 2013 wara li kienet saret talba oħra verbalment ġranet qabel. Għaldaqstant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk irid jara il-korrispondenza in kwistjoni, jinfurmani u nurihilu bla ebda diffikulta’.

Warranting Board tal-Periti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4635, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Warranting Board tal-Periti minn Marzu 2011 sa Marzu 2013 biex isiru l-eżamijiet, kemm għall-gradwati Maltin kif wkoll għall-gradwati barranin? Kemm-il kandidat kien hekk f' kull sezzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Warranting Board tal-Periti minn Marzu 2011 sa Marzu 2013 iltaqa’ sebgħa u għoxrin darba. Ninfurmah ukoll li kien hemm disgħa u disgħin kandidati li kienu gradwati mill-Universita’ ta’ Malta filwaqt li kien hemm ħames kandidati oħra ggradwati minn Universitajiet Barranin.
Leg 12 PQ #5618 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq kontijiet

Question

Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4632, il-Prim Ministru għamel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2934 li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari kienet illi t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra, jista’ l-Prim Ministru, b'rispett lejn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u b'rispett lejn il-poplu li nirrappreżentaw, iwieġeb il-mistoqsija magħmula lilu? Hemm xi raġuni partikolari għaliex qiegħed konsistentement jirrifjuta li jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Għandu dritt it-taxpayer ikun jaf x' inhu jiġri fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jew din l-informazzjoni mhux fl-interess tal-poplu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onor. Interpellant mhux korrett meta jgħid li t-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 2934 kienet li t-tagħrif kien se jingħata f'seduta oħra. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2934 ingħatat fis-seduta 62 tal-15 ta' Ottubru 2013. Għaldaqstant il-mistoqsija tal-Onor Interpellant hija bbażata fuq premessa żbaljata.
Leg 12 PQ #5619 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – roħs fuq kontijiet

Question

Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4631, il-Prim Ministru għamel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2934 li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari kienet illi t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra, jista’ l-Prim Ministru, b'rispett lejn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u b'rispett lejn il-poplu li nirrappreżentaw, iwieġeb il-mistoqsija magħmula lilu? Hemm xi raġuni partikolari għaliex qiegħed konsistentement jirrifjuta li jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Għandu dritt it-taxpayer ikun jaf x'inhu jiġri fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jew din l-informazzjoni mhux fl-interess tal-poplu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onor Interpellant mhux korrett meta jgħid li t-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 2934 kienet li t-tagħrif kien se jingħata f'seduta oħra. L-Onor Interpellant għandu jkun jaf li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2934 ingħatat fis-seduta 62 tal-15 ta' Ottubru 2013. Għaldaqstant il-mistoqsija tal-Onor Interpellant hija bbażata fuq premessa żbaljata.
Leg 12 PQ #5620 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – rati ta' żvilupp

Question

Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4630, il-Prim Ministru għamel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2933 li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari kienet illi t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra, jista’ l-Prim Ministru, b'rispett lejn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u b'rispett lejn il-poplu li nirrappreżentaw, iwieġeb il-mistoqsija magħmula lilu? Hemm xi raġuni partikolari għaliex qiegħed konsistentement jirrifjuta li jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Għandu dritt it-taxpayer ikun jaf x'inhu jiġri fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jew din l-informazzjoni mhux fl-interess tal-poplu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onor Interpellant mhux korrett meta jgħid li t-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 2934 kienet li t-tagħrif kien se jingħata f'seduta oħra. L-Onor Interpellant għandu jkun jaf li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2934 ingħatat fis-seduta 62 tal-15 ta' Ottubru 2013. Għaldaqstant il-mistoqsija tal-Onor Interpellant hija bbażata fuq premessa żbaljata.

Enemalta – ħaddiema li se jiġu redundant

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4629, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jiġu rilokati l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta appena tagħlaq il-power station tal-Marsa u Delimara Phase I?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan isir permezz ta’ pjan tal-Enemalta b’konsultazzjoni mal-unions.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4637, jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għal konklużjoni illi minħabba s-sigurtà pubblika, l-imsemmija rapporti m'għandhomx jiġu ppubblikati? Fejn, f'dawn ir-rapporti, hemm stipulat illi minħabba is-sigurtà pubblika, dawn ir-rapporti jew partijiet minnhom m'għandhomx jiġu ppubblikati? X'inhi r-raġuni li l-Ministru jibqa’ jinsisti illi ma jippubblikax dawn ir-rapporti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4637.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport tekniku ġie ppreparat u ppreżentat lilu fir-rigward tal-articulated buses fid-dawl ta' inċidenti ta' ħruq li kienu nqalgħu reċentement? Min ipprepara dawn ir-rapporti? X'inhuma r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dawn ir-rapporti? Dawn tressqu għall-attenzjoni tal-operatur? X'qed isir minn Transport Malta biex jiġi żgurat illi dawn ir-rakkomandazzjonijiet jitwettqu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju, u minħabba s-sensitivittà tas-suġġett m’għandi xejn iktar x’inżid ma dak li diġà ntqal. Aktar informazzjoni tingħata iktar 'il quddiem fil-mument opportun.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4642, jista’ l-Ministru jgħid b'liema mod id-diskussjonijiet li qed isiru jiġu ppreġudikati billi jagħti l-informazzjoni mitluba, u ċjoè illi min se jħallas għall-ispejjeż biex jinkrew il-coaches li qed jissostitwixxu l-articulated buses?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4642 ħlief li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.
Leg 12 PQ #5613 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żejtun – reviżjoni tal-pjan lokal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4639, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif tirrelata t-tweġiba f'mistoqsija parlamentari 3657 mal-mistoqsija parlamentari 4639?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4639 tirrelata mat-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari numru 3567 għax peress li ż-żewġ mistoqsijiet kienu identiċi u ċ-ċirkostanzi bejn waħda u l-oħra ma nbidlux ir-risposta tkun ukoll identika.

Dock 7 – bidla fi triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4640 u konsegwentement ir-risposta minnu mogħtija, il-Ministru qiegħed jikkonferma li ma ħareġ l-ebda avviż legali li jindika t-tibdil indikat f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Skont l-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta, Kapitlu 499, l-Awtorità għandha s-setgħa u l-funzjoni li tagħti drittijiet ta’ mogħdija fit-toroq lill-persuni jew fir-rigward ta’ persuni. Għal finijiet tal-każ, skont Kapitlu 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, ‘triq’ tfisser triq, sqaq, pjazza, fortifikazzjoni jew post ieħor ta’ mogħdija għall-pubbliku. Din l-interpretazzjoni kienet ikkonfermata mill-Qorti ta’ Malta Psaila v Debono (Appell, 5/4/1954). Għaldaqstant m’hemmx bżonn ta’ avviż legali. Bħalma dejjem sar, kien hemm diversi avviżi fil-medja lokali qabel ma din it-triq infetħet temporanjament għat-traffiku u importanti li jiġi nnutat li din it-triq temporanja qed tindirizza l-problema kbira tal-konġestijoni tat-traffiku fin-naħa t’isfel ta’ Malta li qatt ma ġiet indirizzata b’mod serju mill-gvern preċedenti.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4641 u konsegwentement ir-risposta tal-Ministru bir-risposta għal din il-mistoqsija l-Ministru qiegħed jikkonferma illi dawn il-coaches mhumiex low floor u għalhekk persuni b'diżabilità, anzjani u ommijiet b'pushchairs ma jistgħux jirkbuhom, barra mill-fatt illi mhumiex Euro 5 u għalhekk iniġġsu aktar l-ambjent?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4641 li tirrispondi għall-mistoqsijiet li hawn f’din id-domanda.

servizz tat-trasport pubbliku – kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat il-Ministeru jew Transport Malta jew il-Gvern kenux f’kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża sabiex din tieħu over is-servizz tat-trasport pubbliku mill-Arriva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża sabiex din tieħu over is-servizz tat-trasport pubbliku. Madankollu ma nafx jekk fl-aħħar ġimgħat sarux kuntatti mill-Onor. Interpellant ma’ kumpaniji Ċiniżi jew xi kumpaniji oħra barranin.

Transport Malta – kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu, inkluż benefiċċji, il-kap eżekuttiv ta’ Transport Malta, u jekk għandux kuntratt definit jew indefinit? Jista’ jgħid ukoll x’kundizzjonijiet għandhom il-membri tal-bord ta’ Transport Malta u jekk għandhomx ħlasijiet li qed isiru mill-Ministeru minflok minn Transport Malta? Jista’ jgħid jekk inħatrux is-supervisory boards fi ħdan Transport Malta skont il-liġi u, jekk inħatru, jgħid min huma l-membri, kemm qed jitħallsu u kemm-il darba ltaqgħu s’issa mit-12 ta’ Marzu 2013 ’l hawn, u jekk ma ġewx maħtura, jgħid għaliex le?

Response (MIZZI, JOE)

Fir-rigward tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3910. Rigward il-membri tal-bord ta’ Transport Malta, dawn qed jieħdu l-istess remunerazzjoni li kellhom il-membri tal-bord taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Is- Supervisory Boards fi ħdan Transport Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma dawn: Maritime Supervisory Committee Land Transport Supervisory Committee Roads and Infrastructure Supervisory Committee Sal-lum, il-Maritime Supervisory Committee ltaqa’ darba, filwaqt li l-kumitati l-oħra ser jiltaqgħu fil-ġranet li ġejjin. Il-membri ta’ dawn il-kumitati ma ħadu l-ebda ħlas.

Transport Malta – annual report

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Annual Report għas-sena 2012 ta’ Transport Malta li suppost, skont il-liġi, tlesta sal-aħħar ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min ikun Shadow Minister ta’ Ministeru partikolari għandu isegwi bir-reqqa x-xogħol kollu li jkun għaddej f’dan il-qasam, b’mod speċjali dak li jkun għaddej fil-Parlament li jirrigwarda il-Ministeru li tiegħu jkun Shadow Minister. Meta ma jkunx qed isir dan ix-xogħol, ikun ċar li kull kritika li tkun qed issir minnu ma tkunx kritika ibbażata fuq fatti u anqas ma tkun qed issir b’intenzjoni li l-affarijiet jiġu irranġati fl-interess tal-pajjiż. Għaldaqstant ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant qed jerġa jitlob biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Annwali għas-sena 2012 ta’ Transport Malta meta dan l-istess rapport ilu ‘l fuq minn 5 xhur li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li bħalissa qiegħed stazzjonat fl-uffiċini ta' Transport Malta fil-Marsa, jieqaf jiddemoralizza u jintimida lill-kollegi tax-xogħol tiegħu li għandhom opinjoni politika differenti minn tiegħu? Jista’ jinforma lil din il-Kamra x'passi jkunu ttieħdu biex din il-persuna ma tibqax tiddemoralizza u tintimida lill-kollegi tagħha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk xi mpjegati fi ħdan Transport Malta għandhom xi kwistjoni ma’ kollegi tax-xogħol tagħhom dawn għandhom il-mezzi neċessarji sabiex isemmgħu l-problema tagħhom b’mod dirett fi ħdan l-istess Awtorità, fosthom mas-superjuri tagħhom, mal-HR Unit, jew jekk dan ikun il-każ anki permezz ta’ union li tħares l-interessi tal-ħaddiema membri tagħha. Ma narax li huwa l-każ li jittieħdu xi passi kontra l-persuna msemmija sakemm ma jingħatawx biżżejjed dettajli konkreti li jippruvaw dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, li fuq kollox aktarx qiegħed jisma’ verżjoni waħda tal-fatti.

MRA — rapport dwar it-taħlit tad-diesel

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li ħejjiet l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) dwar it-taħlit tad-diesel b' % ta' bio diesel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-Avviż Legali 68 ta' 2011, Skeda 6 Regola 33.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4636, jista’ l-Ministru jgħid x'differenza hemm bejn it-termini articulated buses u bendy buses kif wkoll bejn it-termini ‘jitneħħew mit-toroq’ u ‘jkunu phased out’? Peress illi fir-risposta tiegħu l-Ministru allega li jien wasalt għal konklużjonijiet żbaljati meta dak li staqsejt jien u r-risposta li tani l-Ministru jfissru eżattament l-istess, jista’ l-Ministru jispjega fejn jien kont żbaljat fil-konklużjonijiet tiegħi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li ma jfissrux l-istess, il-għaliex l-istess Onorevoli Interpellant irid li l- bendy buses jibqgħu fit-toroq u minn naħa tiegħi ma naqbilx għax żmien il-bużullotti spiċċa. L-ewwel raġuni il-għala ma naqbilx hija ħabba s-sigurta’ u l-oħra hija kif stqarru ħafna nies stess, li mindu dawn tneħħew mit-toroq tnaqqset ħafna il-konġestjoni tat-traffiku.

Transport Malta – ingaġġ ta’ konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4618, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha jingħata separatament, hija l-mara ta' uffiċjal għoli fi ħdan il-Partit Laburista? Jista’ jgħid jekk din il-konsulenta intgħażlitx wara sejħa pubblika jew inkella hux b'direct order? Jekk b'direct order, x' kienet ir-raġuni li din il-konsulenza ngħatat b'direct order? Jista’ jgħid kemm se jiswew fis-sena lil Transport Malta s-servizzi ta' din il-konsulenta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta u l-Ministeru jingaġġaw persuni skont il-ħila tagħhom, irrispettivament lil min huma miżżewga jew x’parentela jkollhom. Ninfurmah ukoll li l-persuna msemmija ġiet ingaġġata direttament minn Transport Malta minħabba l-esperjenza vasta u speċjalizzata li din għandha fil-qasam tax-xogħol li dwaru qed tagħti konsulenza. Mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward remunarazzjoni minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.

Boat Show ta’ Monaco

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4620, jista’ l-Ministru jispeċifika liema delegazzjoni ministerjali Maltija attendiet għall-boat show ta’ Monaco qabel id-9 ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4620, nikkonferma li l-attendenza għall-konferenzi bħal dawn hija importanti ħafna fl-Industrija tal- Yachting. Bl-attendenza għal dawn l-avvenimenti tkun qed turi l-impenn li għandu il-Gvern lejn dan is-settur. Għaldaqstant jien nikkonferma li kien hemm okkażjonijiet fejn delegazzjonijiet ministerjali minn Gvernijiet preċedenti, attendew u għamlu sew, għal esebizzjonijiet u konferenzi simili fosthom dawk tal-Posidonia fl-2004, 2006 u fl-2008.