Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta’ impjant ta’ Tarmak

Question

B’ referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7583, jista’ l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija li saritlu, jiġifieri jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jixtri impjant tat-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7583.

Malta Public Transport Services Ltd — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li għandha impjegati magħha l-Malta Public Transport Services Ltd li xogħolhom huwa li jnaddfu l-karozzi tal-linja? Jista’ jgħid b’liema frekwenza qed tiġi mnaddfa kull karozza tal-linja li hemm fil-flotta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni ipprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku hemm 42 impjegat li xogħolhom huwa li jnaddfu l-karozzi tal-linja fl-4 depots madwar Malta u Għawdex. Infurmat ukoll li it-tindif fuq il-karozzi tal-linja jsir ta’ kuljum fejn jiġu mnaddfa kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra dejjem jekk jippermetti it-temp.

ETC – emails b’firem miktuba bl-aħmar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni għaliex il-firem fuq e-mails tal-uffiċjali tal-Employment and Training Corporation ġie innutat li qed isiru bil-kulur aħmar? Jista’ jgħid minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din id-deċiżjoni issa ġiet revokata. Infurmat li dik kienet deċiżjoni tal-eks Chairman li, skont hu, bħala parti minn eżerċizzju ta’ rebranding intenzjonat biex tissaħħaħ il-corporate image tal-istess Korporazzjoni, kien ġie deċiż li dan ir-rebranding kellu jinkludi fih il-kulur oriġinali tal-logo tal-ETC, jiġifieri l-aħmar li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Id-deċiżjoni, li kienet tinkludi l-firem fuq e-mails, kienet komunikata lill-ħaddiema kollha tal-ETC f'Jannar li għadda.
Leg 12 PQ #8577 Sitting 143 2014-04-16 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Scrap yards – permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x' kumpaniji hawn li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex joperaw bħala scrap yard? Kemm hawn kumpaniji li qed jistennew sabiex jinħarġilhom tali permess? Min huma dawn il-kumpaniji li qed jistennew il-permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-MEPA toħrog diversi permessi ambjentali għal facilitajiet li jaħznu jew jipproċessaw tipi speċifiċi ta’ skart. Fil-pre¿ent hemm 14-il faċilita’ li nħargilhom permess ambjentali mill-MEPA biex jaħ¿nu jew jipproċessaw il-metall li hu skart. Lista kompluta ta’ siti ta’ l-immaniġjar ta’ l-iskart jinstabu fuq il-website tal-MEPA: http://www.mepa.org.mt/wastemanagementfacilities Dawn il-permessi ambjentali jiġġeddu b’mod regolari, u hemm 2 minn dawn il-faċilitajiet li qedin fil-process li jiġġeddu. Fil-preżent, m’hemmx applikazzjonijiet ta’ permessi ġodda ghall-immanġjar tal-metall li huwa skart. Is-siti li nħarġilhom permess mill-MEPA ghall-ha¿na u pproċessar ta’ metalli li huma skart huma: 1. Hompesch Processing Co. Ltd. 2. Metalco Ltd. 3. DDE Attard Ltd. 4. Samito Ltd. 5. JAC Steel Ltd. 6. JJ Borda Ltd. 7. AGV Non-Ferrous Ltd. 8. Colin’s Metal Co. Ltd. 9. IMEX Import & Export Ltd. 10. Greenskips Services Ltd/ G.S. Recycling Ltd. (sit wiehed) 11. Roc-A-Go Ltd. 12. Gasparell Baling Co. Ltd. 13. ELA Ltd. 14. All-Diesels Ltd. L-aħħar zewg siti (ELA Ltd. u All-Diesels Ltd.) huma iz-zewġ siti li qed jistennew tiġdid tal-permess mill-MEPA f’dal-mument.

Bendy buses — stima

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta stima ta’ evalwazzjoni li saret fuq il-bendy buses qabel ma ħarġet l-expresson of interest sabiex jinbiegħu l-istess xarabanks? Min hija l-persuna li għamlet l-evalwazzjoni tal-bendy buses sabiex ħarget l-expression of interest? Kemm ġew stmati l-bendy buses?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont informazzjoni pprovduta mill-Operatur tat-trasport pubbliku ma saret l-ebda stima ta’ evalwazzjoni fuq il-bendy buses għar-raġuni sempliċi li minħabba li dawn il-vetturi ma setgħux jintużaw Malta, allura jsegwi li l-value for use tagħhom f’ Malta huwa nil. Ta’ min wieħed jinnota wkoll li anke fl-Expression of Interest li nħarġet, il-bendy buses ġew esklużi milli jkunu jistgħu jintużaw fis-servizz tat-trasport pubbliku. Għaldaqstant ġie deċiż li tinħareġ Expression of Interest.

Air Malta – Riżenja ta’ individwu

Question

B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6650, peress li l-persuna konċernata gawdiet mill-Voluntary Redundancy Scheme, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-persuna setgħetx tiġi impjegata ma’ Transport Malta, li hi awtorità tal-Gvern?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata setgħet tiġi mpjegata ma’ Transport Malta.

Billboards illegali

Question

B’referenza għall-artiklu “Billboards ‘tip of iceberg’” li deher fil-ħarġa tad-9 ta’ Frar 2014 tal-ġurnal The Sunday Times, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir minn Transport Malta fir-rigward tas-sitwazzjoni bla kontroll f’dak li jirrigwardja l-proliferazzjoni ta’ billboards illegali, hekk kif irrappurtat fl-istess artiklu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tirrevedi l-qafas legali li jirrigwarda t-tqegħid ta’ billboards sabiex tkun f’pożizzjoni aħjar biex tindirizza l-problemi li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari w ukoll sabiex taġġorna tali qafas legali ma’ żviluppi teknoloġiċi relatati ma’ dynamic u LED screens.
Leg 12 PQ #8570 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Billboards illegali

Question

B’referenza għall-artiklu “Billboards ‘tip of iceberg’” li deher fil-ħarġa tad-9 ta’ Frar 2014 tal-ġurnal The Sunday Times, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed isir mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mid-Dipartiment tal-Artijiet, fir-rigward tas-sitwazzjoni bla kontroll f’dak li jirrigwardja l-proliferazzjoni ta’ billboards illegali, hekk kif irrappurtat fl-istess artiklu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-prijorità tal-Awtorità hija t-tneħħija ta' żvilupp illegali f'zoni sensittivi ta' wirt u ambjent jew fejn l-illegalitajiet qiegħdin potenzjalment jaffettwaw il-kwalità ta' ħajja tal-ġirien. Multi ta' kuljum huma applikabbli fuq żvilupp gdid illegali inklużi billboards li tpoġġew wara l-24 ta' Novembru, 2012.

Speed Management Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet ta’ Transport Malta fir-rigward tal-iSpeed Management Policy?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ Transport Malta fir-rigward tal-iSpeed Management Policy dejjem kien li jipprovdi qafas ta’ proċeduri w gwida għax-xogħol relatat ma’ veloċità fis-sewqan. Fil-fatt, l-Awtorità kontiwament tirreferi għal gwida li tagħti l-iSpeed Mangement Policy fir-rigward tal-posted speed limits u linji gwida riveduti bil-għan li tindirizza problemi ta’ sewqan eċċessiv.

Pjanċa tar-reġistrazzjoni GV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi tfisser il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ karozza li jkollha l-ittri “GV”? Kemm inħarġu pjanċi tat-tip “GV” minn Marzu 2013 sal-lum u x’kontrolli qed isiru minn Transport Malta biex jiġi assigurat illi l-karozzi kollha li għandhom din il-pjanċa fil-fatt huma eliġibbli għal tali pjanċa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ tipi ta’ pjanċi tar-reġistrazzjoni li jinħarġu bl-ittri ‘GV’. Hemm it-tip ta’ vetturi li jkunu N1 li jkollhom il-marka tar-reġistrazzjoni maħruġa b’ittra segwita bl-ittri ‘GV’ (*GV). Vetturi N1 huma vetturi bil-mutur użati għall-ġarr tal-merkanzija u li jkollhom piż massimu ta’ mhux iżjed minn 3.5 tunnellati, b’sedili għal mhux iżjed minn żewġ persuni. It-tip l-ieħor ta’ vetturi li jinħarġulhom pjanċi tar-registrazzjoni ‘GV’ segwiti b’ittra oħra (GV*) huma hekk kif ġej: · Vetturi reġistrati u jkollhom il-liċenza f’isem il-Gvern, jingħataw il-marki ta’ reġistrazzjoni ‘GVH’ segwiti minn tliet numri fil-każ ta’ vetturi kbar u l-ittri ‘GVN’ segwiti minn tliet numri fil-każ ta’ vetturi oħra. · Vetturi bil-mutur li jkunu reġistrati u li jkollhom liċenza f’isem id-Dipartiment tal-Pulizija jingħataw marki ta’ reġistrazzjoni ‘GVP’ segwiti minn tliet numri. · Vetturi bil-mutur li jkunu reġistrati u li jkollhom liċenza f’isem il-Forzi Armati ta’ Malta jingħataw marki ta’ reġistrazzjoni bi ‘GVA’ segwiti bi tliet numri. Il-vetturi li ġew irreġistrati minn Marzu 2013 u li nagħtawlhom il-marki ta’ reġistrazzjoni skont il-kriterji elenkati huwa ta’ 576 Transport Malta tassigura li l-vetturi msemmija hawn fuq huma eliġibbli sabiex jingħataw tali marki tar-reġistrazzjoni waqt il-proċess tar-reġistrar tal-istess vetturi billi d-dokumenti sottomessi jiġu ċċekkjati kif xieraq. Fil-każ tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-marki tar-reġistrazzjoni GVN/A/P, l-applikazzjoni trid tkun sottomessa minn persuna awtorizzata fi ħdan id-Dipartiment Governattiv ikkonċernat. Fil-każ ta’ vetturi kummerċjali wżati li jingħataw marki tar-reġistrazzjoni *GV, l-Awtorità, permezz ta’ uffiċċjali tekniċi tispezzjona l-vettura li tkun impurtata sabiex jiġi ċertifikat in-numru ta’ sedili u li l-vettura ma teċċedix il-piż ta’ 3.5 tunnellati. Abbażi ta’ din l-ispezzjoni, l-Awtorità tipproċedi bir-reġistrazzjoni tal-vettura u għaldaqstant tingħatalha marki tar-reġistrazzjoni *GV. Fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali ġodda, l-Awtorità tirreġistra l-vettura abbażi taċ-Ċertifikat ta’ Konformità maħruġ mingħand il-manifattur tal-vettura (Certificate of Conformity).

Vetturi — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm saru spezzjonijiet minn Transport Malta fuq vetturi għall-emissjonijiet ta’ dħaħen? Jista’ jgħid kemm instabu vetturi li qed jiksru l-liġi f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li permess tal-Emission Alert Campaign, it-total ta’ vetturi li ġew spezzjonati bejn Marzu 2013 u Marzu 2014 kien ta’ 177 vettura. Minn dawn kien hemm 21 vettura li ma laħqux il-livel stabbilit ta’ emissjonijiet hekk kif rikjest mil-liġi. Infurmat ukoll li permezz tas-sezzjoni tal-Vehicle Inspectorate Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Infurzar għall-istess perjodu ġew spezzjonati 2,173 vettura fit-triq. Minnhom kien hemm 109 li ma laħqux il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet.

Operat tal-parkeġġi

Question

Peress illi f'laqgħa ta' djalogu “Gvern li jisma'”, il-Ministru qal li se toħroġ expression of interest għall-operat tal-parkeġġi f'diversi lokalitajiet, jista’ l-Ministru jgħid f' liema lokalitajiet se toħroġ l-expression of interest? Jista’ jiċċara jekk il-parkeġġi kollha f'dawn il-lokalitajiet humiex se jiġu bi ħlas? Kemm se jkun dan il-ħlas? Kull min jipparkja f'dawn il-lokalitajiet se jkollu jħallas? Ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet se jkollhom iħallsu wkoll biex jipparkjaw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tniedi Polza għall-Parkeġġ fil-ġimgħat li ġejjin fejn dettalji rigward żoni ta’ parkeġġ se jinfetħu għall-konsultazzjoni.

Tfittix għaż-żejt — kumpaniji

Question

Peress illi f'laqgħa ta' djalogu “'Gvern li jisma'”, il-Ministru ftaħar illi hemm ħafna kumpaniji li qed juru interess illi jibdew ifittxu għaż-żejt u gass fiż-żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija, jista’ l-Ministru jkun konkret u jgħid min huma dawn il-kumpaniji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.

Tfittix għaż-żejt – kumpaniji

Question

Peress illi f' laqgħa ta' djalogu “'Gvern li jisma'”, il-Ministru ftaħar li l-Gvern qiegħed f' diskussjonijiet ma’ diversi kumpaniji li qed juru interess illi jibdew ifittxu għaż-żejt u gass fiż-żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija, jista’ l-Ministru jkun konkret u jgħid min huma dawn il-kumpaniji li kellu diskussjoni magħhom dwar dan is-suġġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.

Toroq residenzjali — xogħlijiet

Question

Peress illi f' laqgħa ta' djalogu “'Gvern li jisma'”, il-Ministru ma għamel l-ebda referenza dwar bini mill-ġdid kif ukoll kisi bit-tarmak ta' toroq residenzjali, jista’ l-Ministru jgħid liema toroq residenzjali se jsir xogħol fihom minn Transport Malta fix-xhur li ġejjin li ma kenux mibdija jew inklużi fil-programm ta' xogħlijiet mill-gvern preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-programm ta’ toroq huwa wieħed dinamiku li jinbidel skont il-prijoritajiet. Din is-sena hemm pjan li jsiru 40 triq, fosthom it-toroq problematiċi li tħallew lura mill-amministrazzjoni preċedenti.

Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti sar/qed isir ix-xogħol fuqhom mill-ħaddiema tal-Gvern li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni mit-12 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant li ilu jaħdem għal diversi snin bħala Senior Architect fid-Dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, ma jafx li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ma kienx jeżisti fil-perjodu msemmi. Ukoll ma nistax nifhem, kif l-Onorevoli Interpellant ma jafx li d-Dipartiment imsemmi waqaf milli jiffunzjona meta tqis li dan seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Il-fatt li l-istess Onorevoli Interpellant, huwa l-kelliem ewlieni għall-Oppożizzjoni fuq dan il-qasam, ma tantx jirrifletti tajjeb fuq l-Oppożizzjoni li l-għan tagħha għandu jkun li tkun kostruttiva fil-kritika taghha u mhux li tostakola lill-Gvern milli jwettaq il-programm tiegħu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Tħaffir għaż-Żejt – Oil Rig

Question

B'referenza għat-tweġiba li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 7594, jista’ l-Ministru jippubblika l-istudju 'Report of Major Hazards' u 'Emergency Response Plans' relatati mat-tħaffir għaż-żejt li għandu jsir f'area 4 ftit tax-xhur oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt li l-Gvern għandu ma' Phoenicia Energy u Melita Exploration, dokumenti marbuta mal-bir huma meqjusa bħala kunfidenzjali u għalhekk il-Gvern ma jistax jippubblika dawn id-dokumenti.
Leg 12 PQ #8556 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tnaqqis mill-paga tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-ilħaddiem tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li mit-12 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kellhom tnaqqis mill-paga għax ma ħadmux il-160 siegħa kull erba’ ġimgħat hekk kif mitlub mill-Ftehim Kollettiv? Min huma dawn l-impjegati u għal kull impjegat x' kien l-ammont imnaqqas mill-paga dovuta lilu kull erba' ġimgħat fil-perijodu stipulat f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm impjegat wieħed (1) li kellu tnaqqis mill-paga għax ma ħadimx il-160 siegħa kull erba’ ġimgħat bejn it-12 ta' Marzu 2013 u t-23 ta' Frar 2014, hekk kif mitlub mill-Ftehim Kollettiv. L-ammont totali mnaqqas mill-paga lil dan 'l impjegat huwa ta' €1,342.08.

Trasport Pubbliku — passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-passiġġieri li użaw it-trasport pubbliku xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-28 ta Frar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku.