Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Tista’ tgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Tista’ tgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Tista’ tgħid min kien iċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Tista’ tgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X' rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li nħatru f’kull pożizzjoni vakanti?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 9545.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l- Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjoni vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt l-Ministeru mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra is-servizz, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-ħatra? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li mlew kull pożizzjoni vakanti?
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li ġew maħtura f’kull pożizzjoni vakanti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 9545 li saret lill-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li nħatru f’kull pożizzjoni vakanti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta mogħtija f’PQ 9545.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li nħatru għal kull pożizzjoni vakanti?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemmilapplikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-ħatra? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li mlew kull pożizzjoni vakanti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-bordijiet imsemmija mill-Onor Interpellant jinħatru mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku (PSC) bħal ma kien jigri dejjem. Bl-approvazzjoni tal-PSC dawn il-bordijiet qed ikunu magħmula minn chairman li jkun uffiċċjal pubbliku u żewg membri li jkunu uffiċċjali pubblici irtirati fi gradi kategorija A. Din hija sistema li bdiet fis-snin li għaddew u li l-amministrazzjoni preżenti kompliet timxi fuqha. Fil-kaz ta’ diretturi jew gradi ogħla il-bord tal-għazla jkun magħmul kif indikat mill-Public Administration Act.
Rigward kriterji u kwalifiki, l-kompetenzi tal-membri tal-bordijiet huma varji u utli għall-oqsma li jaqgħu taht il-bordijiet , minn aspetti differenti.Kull membru għandu esperjenza illi tkun t’għajnuna fil-ħidma li jiffaċċja kull bord.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u twettiq tal-Manifest Elettorali — bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il- pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra is-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra is-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-ħatra? Kemm ħa flus f’rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li mlew kull pożizzjoni vakanti?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra is-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-ħatra? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li ġew assenjati lilhom il-pożizzjonijiet vakanti?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija mill-Onor. Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 9545.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra is-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X' rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li ġew assenjati lilhom il-pożizzjonijiet vakanti?
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kien iċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X' rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li nħatru f’kull pożizzjoni vakanti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bordijiet imsemmija jinħatru mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) bħal ma kien jiġri dejjem. Bl-approvazzjoni tal-PSC dawn il-bordijiet qed ikunu magħmula minn Ċermen li jkun uffiċjal pubbliku u żewġ membri li jkunu uffiċjali pubbliċi rtirati fi gradi kategorija A. Din hija sistema li bdiet fis-snin li għaddew u li l-amministrazzjoni preżenti kompliet timxi fuqha. Fil-każ ta’ diretturi jew gradi ogħla l-bord tal-għażla jkun magħmul kif indikat mill-Public Administration Act.
Rigward kriterji u kwalifiki, il-kompetenzi tal-membri tal-bordijiet huma varji u utli għall-oqsma li jaqgħu taħt l-bordijiet, minn aspetti differenti. Kull membru għandu esperjenza li tkun t’għajnuna fil-ħidma li jiffaċċja kull bord.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjoni vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord bord tall-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kien iċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra is-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra is-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li nħatru f’kull pożizzjoni vakanti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9545.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegat
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienx impjegat tas-Servizz Pubbliku qabel ma kien jifforma parti mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura? Jekk fl-affermattiv, meta daħal jaħdem mas-Servizz Pubbliku u f'liema grad? Jista’ jindika xi grad u konsegwentament x’pożizzjoni għandu l-istess persuna fil-Ministeru tiegħu? X'inhi r-rinumerazjoni inkluż 'allowances' u perkaċċi oħra li qed tieħu din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ma jifformax parti mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura.
Malta Public Transport Services – kriterji għall-assistant manager
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8532, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji intgħażel l-Assistant Manager (Route Network) sabiex jiġi sekondat għall-pożizzjoni ta’ Operations Director meta fl-istess sezzjoni kien hemm Senior Manager fuq it-Trasport Pubbliku li kien ilu jmexxi din is-sezzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid x’livell akkademiku għandu dan is-Senior Manager u x’livell akkademiku għandu l-Assistant Manager li ġie sekondat bħala Operations Director mal-Malta Public Transport Services?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ntgħażlet minħabba li għandha esperjenza estensiva ta’ diversi snin fil-qasam tal-operat tat-trasport pubbliku.
Malta Public Transport Service – tnaqqis ta’ overtime lix-xufiera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tnaqqas drastikament l-overtime tax-xufiera tal-Malta Public Transport Service? Min qed jaħdem ir-rotot li kienu qed isiru mill-istess xufiera? Min hu responsabbli minn din l-ordni? Kemm qed tiswa ta’ kuljum din id-deċiżjoni liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, il-livell ta’ siegħat ta’ overtime tax-xufiera minn Novembru 2013 sa’ Marzu 2014 baqgħa relattivament kostanti. Dan minbarra fix-xahar ta’ Jannar 2014 fejn l-ammont ta’ overtime kien 26% għola mill-medja. Għaldaqstant mhux minnu li l-ammont ta’ sigħat ta’ overtime li jingħata lix-xufiera tnaqqas drastikament.
Transport Malta – pjanijiet tal-Gvern għax-xoljiment ta’ Transport Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet tal-Gvern sabiex terġa tiġi xolta Transport Malta u minflok jinħolqu numru ta’ awtoritajiet oħra? Jista’ jgħid x’ħa tkun il-funzjoni ta’ kull awtorità ġdida li se tinħoloq? Jista’ jgħid x’se jiġri mill-ħaddiema ta’ Transport Malta u jekk dawn hux se jingħataw l-għażla li jmorru jaħdmu fis-settur li oriġinarjament kienu ġejjin minnu qabel mal-awtorita ngħaqdet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Childcare Centre fl-Iskola tal-Gżira li kien qiegħed isir xogħol fuqu mill-Gvern Nazzjonalista u li kien ippjanat li jinfetaħ fl-2013 għadu mhux qiegħed jilqa' tfal fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Childcare Centre fl-iskola primarja tal-Gżira beda jilqa’ t-tfal mill-14 ta’ April 2014.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jibni l-iskejjel ġodda li kien wiegħed fil-bidu ta' din il-leġislatura? Jista' jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq l-ewwel skola ġdida u meta din mistennija li tibda tilqa' l-istudenti fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Dwar fejn se jinbnew skejjel ġodda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3145 u 3158. Madankollu, qegħdin nibnu wkoll l-Iskola Nazzjonali tal-Isport ġewwa Pembroke. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq bażi ta' neċessitajiet u prijoritajiet. Fil-fatt diġà ġie ppublikat it-tender tal-kostruzzjoni ta' din l-iskola u huwa mistenni li din se tilqa' l-ewwel studenti tagħha fis-sena skolastika 2015/2016.
Jista’ l-Ministru jgħid x’raġunijiet kontrattwali kellha Transport Malta sabiex aċċetat li twaqqaf il-concession agreement, li kien mistenni jiġġenera aktar minn miljun ewro matul il-ħames snin ta’ dan il-ftehim, għall-moll magħruf bħala Xatt il-Faħam? Jista’ jgħid jekk:
(a) tħallsitx l-
concession fee
għal perjodu li dan il-ftehim dam fis-seħħ;
(b) ġietx miżmuma l-garanzija bankarja li ġiet provduta ai termini ta’ dan il-ftehim; u
(c) tħallsitx penali talli l-kuntratt ġie itterminat qabel iż-żmien?
Jista’ jindika jekk il-Gvern jew Transport Malta humiex fi stadju avvanzat ta’ negozjar sabiex jallokaw dan il-moll b’direct order? Jekk fl-affermattiv, x’inhi r-raġuni għala dan il-moll se jingħata b’direct order minflok tinħareġ tender? Il-bidders li pparteċipaw fit-tender oriġinali, se jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fin-negozjati li qed isiru? U x’se jkunu t-termini u d-durata tal-ftehim il-ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-concession agreement li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie itterminat fuq qbil unanimu bejn l-Awtorità u l-operatur, u fuq talba tal-istess Awtorità. Infurmat ukoll li l-concession fee ġiet mħallsa sal-perjodu meta ġie tterminat il-kuntratt. Il-garanzija bankarja ma ġietx miżmuma u ma tħallset l-ebda penali minħabba li l-kuntratt twaqqaf fuq qbil unanimu u mhux minħabba xi nuqqas tal-operatur.
Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9521.
Servizz ta’ Trasport Pubbliku – Unscheduled Bus Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-rotot li qed jinħadmu mill-Unscheduled Bus Services fuq is-servizz tat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid x’inhi kull rotta li qed tinħadem individwalment mill-Unscheduled Bus Service u kemm qed tiġi tiswa kuljum? Jista’ jgħid kull rotta x’patrunaġġ għandha mill-1 ta' Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal- Unscheduled Bus Service qed jintuża fejn u meta ikun hemm il-ħtieġa.
Transport Malta – Unscheduled Bus Services — uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed isir minn numru ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta u persuni oħra li huma subcontracted ma’ Transport Malta u li ta’ kuljum qed ikunu jduru ma’ numru ta’ rotot li qed jinħadmu mill-Unscheduled Bus Service? Jekk qed isir xi eżerċizzju speċifiku, jista’ jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tar-riżultati li qed jinħarġu minn tali eżerċizzju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi x-xoghol li qieghed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jikkonċerna studju dettaljat li twettaq fuq ir-rotot kollha li fil-preżent huma subcontracted lill-Unscheduled Bus Services. Dan l-eżerċizzju twettaq fuq medda ta’ ġimgħa fuq kull waħda minn dawn ir-rotot.
L-eżerċizzju kellu diversi miri x’jilħaq fosthom:
· Li jiddetermina kemm passiġġieri jagħmlu użu minn dawn ir-rotot;
· Patterns ta’ użu fuq dawn ir-rotot;
· Jiġi determinat jekk il-vetturi wżati humiex ilaħqu mad-domanda;
· In-numru ta’ passiġġieri li jagħmlu użu minn diversi bus stops fuq dawn ir-rotot.
Ir-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju għadhom qed jiġu analizzati.