Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #11209 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex — Xewkija Industrial Estate –xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Korporazzjoni tal-Ilma ġewwa Għawdex għaddiet diversi għotjien tal-ħadid lill-kuntrattur li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl- industrial estate ġewwa x-Xewkija sabiex bihom jagħlaq diversi aċċessi u li mhux relatati max-xogħol tal-ilma? Jista’ jgħid minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trasport pubbliku – ħlas għal żjara fi Spanja b’konnessjoni mas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien ikkummissjonat il-vjaġġ tiegħu u ta' uffiċjali ta' Transport Malta u tal-kumpanija li bħalissa qiegħda topera t-trasport pubbliku fi Spanja għand kumpanija barranija li ssottomettiet l-expression of interest għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku meta l-preferred bidder kien għadu lanqas ġie mħabbar mill-Gvern Malti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li klawżola numru 8c fl-“Expression of Interest” (EOI) tas-27 ta’ Jannar 2014 tagħti s-saħħa lill-Awtorità tat-Trasport jew, persuni mqabbda minnha sabiex jispezzjonaw l-operat, il-faċilitajiet u proċessi ta’ “quality control” tal-kandidati kollha li jkunu applikaw għall- Expression of Interest. Iż-żjara ġiet ikkummissjonata mill-Awtorità tat-Trasport u kienet ta’ natura teknika sabiex jiġi verifikat li dak li ġie ppreżentat lilha fuq il-karti kien diġà qiegħed jopera. L-ispejjeż kollha tal-uffiċjali fuq din iż-żjara tħallsu mill-Ministeru u l-Awtorità tat-Trasport.

Trasport Pubbliku — Żjara fi Spanja b’konnessjoni mas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x' kienet ir-raġuni taż-żjara tiegħu fi Spanja? Ma’ jħossx illi tali żjara tmur kontra l-kundizzjonijiet li għamel hu stess fl-expression of interest għal provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku u għalhekk il-kumpanija illi hu ddeċieda li jmur iżur f'pajjiżha kellha tiġi skwalifikata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Kumpanija Spanjola kienet l-uniku kandidata li taqa’ taħt klawżola l-aktar preferuta 3.1 (a) tal-“Expression of Interest” u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda lok ta’ indħil li seta’ ipperikola l-għażla bejn kandidat u ieħor. Minħabba differenza kbira fl-ammont ta’ “Public Service Obligation” mitlub minn kandidat fil-kategorija 3.1 (b) tal-“Expression of Interest”, Il-Ministru, b’responsabbiltà kbira, ħass li kellu jkun preżenti waqt din l-evalwazzjoni sabiex jassigura li ma jkollniex sorpriżi kif ġara taħt il-Gvern preċedenti.

Trasport Pubbliku — Żjara fi Spanja b’konnessjoni mas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-uffiċjali/persuni li akkumpanjawh fi Spanja għand wieħed mill-bidders ta' l-espressjoni ta' interess għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku u f'liema kapaċità għamlu dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma jkunx prudenti li nagħtu din it-tip ta’informazzjoni peress li hija kummerċjalment sensittiva u jista’ jiġi affetwat il-proċess ta’ negozjar mal-operatur preferut.
Leg 12 PQ #11201 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Transport Malta – Is-Sannat, Xewkija u l-Qala — Immanniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ mmanniġġar tat-traffiku sar minn Transport Malta għax-xogħol li qed isir f’diversi lokalitajiet ġewwa s-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala f’ Għawdex? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għala diversi toroq ingħalqu kompletament u lanqas biss twaħħlu sinjali tat-traffiku sabiex jidderieġu lis-sewwieqa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Valletta – lift tal-Barrakka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-introjtu li ddaħħal mill-lift tal-Barrakka sena b’sena minn meta nfetaħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dhul mill-lift tal-Barrakka kien hekk kif gej: 2013 € 184,157 2014 (sal-ahhar ta’ Settembru 2014) € 159,377

Kumpless f'Raħal Ġdid – Kiri minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-kuntratt bejn Transport Malta u s-sidien ta' parti mill-kumpless f’Raħal Ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jinkrew xi sulari u jintużaw bħala uffiċini għal Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li dawn l-uffiċini jibdew jintużaw, kemm hi l-kirja u kemm tħallsu flus f’kera s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi ġie ffirmat wara sejħa pubblika (RFP) li kienet ħarġet għall-kiri t’uffiċini għal Transport Malta. Dawn l-uffiċini għandhom jibdew jintużaw bejn nofs u l-aħħar tas-sena 2015. Il-kera hija ta’ €490,000 fis-sena u sal-lum għadu ma tħallas l-ebda pagament.

Kumpless f’Raħal Gdid – kiri minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma s-sidien ta' parti mill-kumpless f’Raħal Ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li magħhom Transport Malta se jiffirmaw/iffirmaw il-kuntratt sabiex jinkrew xi sulari u jintużaw bħala uffiċini għal Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sidien tal-kumpless imsemmi huma Paola Estates Ltd.

Trasport Pubbliku – teħid ta’ tags ta’ xufiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati tags ta’ xufiera ta’ kull settur tat-trasport pubbliku fl-aħħar ħames snin minħabba li dawn ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji mitluba mil-liġi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm minnhom li reġgħu ngħataw lura it-tag? Jekk fl-affermattiv, fuq liema bażi ngħataw it-tag lura u min kien l-uffiċjal li f’kull każ iddeċieda li tingħata t-tag lura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miżmuma minn Transport Malta, f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm total ta’ 175 tag, li jinkludu dawk li ma ġewx imġedda u oħrajn li qatt ma nħarġu lil applikanti ġodda, minħabba li dawn jew ma baqgħux, jew li mill-bidu fl-applikazzjoni tagħhom ma kienux jissodisfaw il-kriterju ta’ reputazzjoni u kondotta tajba skont kif mitlub fir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri jew ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur. Dawn it-tags huma ta’ xufiera li jaħdmu f’kull settur tat-trasport pubbliku. Minn dan l-ammont kien hemm sitt xufiera li reġgħet ingħatatilhom lura t-tag minħabba li saru jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ reputazzjoni u kondotta tajba. Hemm ukoll numru ta’ xufiera li għalkemm reġgħu saru eliġibbli biex tingħatalhom lura t-tag, dawn ma wrewx aktar interess li din tingħatalhom. F’kull każ, it-tag tkun ġiet irtirata minn Transport Malta u/jew ingħatat lura lix-xufiera wara li dawn ikunu reġgħu saru jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ reputazzjoni u kondotta tajba.

Maritime Security Compliance Executives – nuqqas ta’ użu ta’ punch clock

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 9013, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li żewġ Maritime Security Compliance Executives ma jagħmlux użu mill-punch clock? Jista’ jgħid dawn l-uffiċjali min huma u x’inhu x-xogħol li qed jagħmlu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati msemmija ma jagħmlux użu mill-punch clock minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, li tirrikjedi li dawn jaqdu dmirijiethom minn barra l-uffiċini tal-Awtorità fil-Marsa.

Temperatura fil-karozzi tal-linja l-ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari 10625 fejn intqal li sat-13 ta’ Lulju l-ogħla temperatura misjuba fuq il-karozzi tal-linja mikrija mill-kumpanija tal-Gvern kienet ta’ 34.7 grad Celsius, jista’ l-Ministru jgħid x’sar minn dakinhar? Jista’ jgħid kemm reġgħu saru spezzjonijiet mit-13 ta’ Lulju sal-lum u x’kienu t-temperaturi misjuba f’kull spezzjoni li saret?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-kumpanija tat-trasport, ben konxja li fuq ammont zgħir ta’ karozzi tal-linja l-livell ta’ l-arja kundizzjonata ma kienx qed jilħaq il-livell rikjest, għamlet l-arranġamenti neċessarji ma’ min kriet il-karozzi tal-linja biex is-sistema tal-arja kundizzjonata tiġi mtejba. Dan sar billi żdiedet sistema ta’ arja ikkundizzjonata oħra mat-tnejn li diġa’ kien hemm fuq 23 karozza tal-linja, kif ukoll billi ġiet mtejba l-insulazzjoni fuq il-vetturi, bl-ispejjeż kollha jitħallsu mingħand min ġew mikrija il-karozzi. Barra minn hekk, il-kumpanija tat-trasport talbet forma ta’ kumpens mingħand min kriet il-karozzi tal-linja minħabba dan in-nuqqas. Infurmat ukoll li bejn it-13 ta’ Lulju u l-5 t’ Ottubru 2014 saru 152 kejl ta’ temperatura fuq il-karozzi tal-linja mikrija li jinkludu kemm spezzjonijiet ta’ rutina kif ukoll kejl ta’ temperatura rikjesti speċifikament mill-kumpanija tat-trasport. It-temperatura mkejla kienet tvarja bejn it-21.6 u t-36.3 grad celcius. It-temperaturi massimi mkejla kienu f’ċirkostanzi partikolari fejn jiżviluppaw xi ħsarat fis-sistema tal-arja kundizzjonata tal-vetturi.

Trasport pubbliku –spezzjonijiet minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw penali lill-kumpanija tal-Gvern fir-rigward ta’ spezzjonijiet li jsiru minn Transport Malta, kemm fuq il-karozzi tal-linja kif ukoll fuq rotot li ma sarux jew li ma żammewx il-ħinijiet tal-iskeda? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-penali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ penali maħruġa minn Transport Malta bejn l-1 ta’ Jannar u s-27 ta’ Lulju 2014 fir-rigward ta’ spezzjonijiet fuq karozzi tal-linja jammontaw għal €92,125. Infurmat ukoll li Transport Malta, bħal ma’ kienet għamlet fil-passat, qiegħda tiffoka l-attenzjoni u r-riżorsi tagħha sabiex il-puntwalità u l-affidabbiltà jiġu mkejla b’mod regolari. L-informazzjoni miġbura tingħata lill-operatur sabiex ikun jista’ jieħu l-azzjonijiet neċessarji. Kopji tal-penali li inħarġu lill-operatur jistgħu jiġu murija lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.

Transport Malta – Sezzjoni tal-Infurzar — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu mis-sezzjoni tal-infurzar ta’ Transport Malta? Jista’ jipprovdi informazzjoni ta’ x’kienu ċ-ċitazzjonijiet li ngħataw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet total ta’ 1,947 ċitazzjoni mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Awissu 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet hekk kif mitluba mill-istess Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #11198 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) – xogħlijiet fuq ħajt mal-venda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru fuq ħajt li qiegħed f’side street fi triq taħt Putirjal, jiġifieri ħajt mal-venda tal-linja ġewwa ir-Rabat Għawdex ingħatax b’direct order? Jista’ jgħid min kien il-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol? Jista’ jgħid kemm kien iż-żmien ipprovdut minn Transport Malta biex dan ix-xogħol jitlesta u fil-fatt kemm dam dan ix-xogħol biex tlesta?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – pożizzjoni ta’ Public Transport Manager

Question

B’referenza għas-sejħa interna li ħarġet ġewwa Transport Malta għall-pożizzjoni ta’ Public Transport Manager, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu jifformaw parti mill-interviewing board?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li kienu jiffurmaw parti mill-interviewing board għall-pożizzjoni ta’ Public Transport Manager kienu dawn: Senior Manager Transport Malta (HR) Chief Officer Transport Malta (Land Transport) Chairman Malta Public Transport Services Ltd

Transport Malta – pożizzjoni ta’ Public Transport Manager

Question

B’referenza għas-sejħa interna li ħarġet ġewwa Transport Malta għall-pożizzjoni ta’ Public Transport Manager, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sottomettew applikazzjoni għal din il-pożizzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid, kull persuna, xi kwalifiki għandha u jekk intagħżlet persuna għal din il-pożizzjoni, fuq liema kriterji intagħżlet u kenitx l-aktar waħda kkwalifikata fost l-applikanti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 4 persuni applikaw għal pożizzjoni ta’ Public Transport Manager ġewwa Transport Malta. L-impjegati li applikaw kellhom dawn il-kwalifiki: Applikant Nru 1: - Livell t’edukazzjoni sekondarja - Esperjenza fl-operat tat-trasport pubbliku u nfurzur - Kors fuq GIS Applikant Nru 2: - Degree f’Logistics & Transport - Esperjenza fuq transport pubbliku Applikant Nru 3: - Diploma f’Management - International Diploma in Administration, Assistant & Secretarial Duties - Esperjenza fuq trasport pubbliku Applikant Nru 4: - Masters of Arts in Music Theory - Bachelor of Arts Music Studies - Bachelor of Arts (International Relations & Arabic Language) - Esperjenza fuq trasport pubbliku Skont il-kriterji użati waqt l-interview, il-persuna magħżula kienet l-iktar wahda addattata għall-pożizzjoni.

trasport pubbliku – deċiżjonijiet dwar rotot

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentaru 10131, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-fatt id-deċiżjonijiet fuq ir-rotot li jsiru mill-kuntratturi privati u minn liema kuntratturi jsiru, humiex jittieħdu mill-Operations Director wara diskussjonijiet diretti li l-istess Operations Director ikollu mal-kuntratturi?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10131.
Leg 12 PQ #10627 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fit-toroq li saru ġodda jew ġew irranġati, is-servizzi f’dawn it-toroq, bħal ilma, dawl, telefon u drenaġġ, hux qegħdin jinbidlu, jiġu rranġati jew jingħataw manutenzjoni? Kemm huwa ppjanat li jservu dawn it-toroq li qegħdin jiġu rranġati u x’garanziji qegħdin jingħataw għax-xogħol li qed isir? Sar xi xogħol u/jew traqqiegħ f’toroq li huma ppjanati li fil-ġejjieni qrib jew fil-futur jinbnew mill-ġdid?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fejn saru xogħlijiet ta’ asfaltar ta’ toroq kien hemm bdil ta’ servizzi skont il-bżonn. Jien infurmat ukoll li ma sarux xogħlijiet fuq toroq li fil-ġejjieni qrib mistennija jinbnew mill-ġdid u li x-xogħol ta’ traqqiegħ li sar kien xogħol urġenti minħabba l-istat ħażin tat-toroq u biex jitnaqqas il-periklu lis-sewwieqa. Fuq ix-xogħlijiet tinżamm retention money bħala garanzija.
Leg 12 PQ #10628 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Mater Dei – ħaddiema – meal allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma intitolati li jieħdu l-ikel, mhux jitħallew jieħdu l-meal allowance kif kienu jagħmlu qabel minflok ikel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda ħaddiem li qabel kien jingħata l-meal allowance u li issa twaqqaf.

Trasport pubbliku – Azzjonijiet industrijali — Karozzi Subcontracted

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-karozzi subcontracted li nqalgħu extra fil-jumejn meta saru l-azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema tal-Malta Public Transport?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- ispiża għal karozzi tal-linja subcontracted li nqalgħu extra meta saru l-azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema tal-Malta Public Transport kienet ta’ €5,619.00.