Jista l-Minsitru jgħid jekk tħallsux rights, u jekk fl-affermattiv lil min, meta ġiet imtellgħa r-Rock Opera Ġensna 2014 mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali fit-22 ta’ Marzu 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Skema għall-applikazzjoni għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema li biha l-Ministeru tiegħu japplika għal fondi tal-Unjoni Ewropea għal rinovament ta’ sedi ta’ għaqdiet non-governattivi u soċjali bħal fil-każ tat-tender maħruġ taħt it-titolu Upgrading of the Facades of St.George Band Club, Bormla – Advert 76/2014? Hemm xi linji gwida kif għaqdiet u soċjetajiet oħra jistgħu japplikaw għal dawn il-fondi taħt din l-iskema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ma hemm l-ebda skema li biha l-Ministeru qiegħed juża fondi tal-Unjoni Ewropea għal rinovament ta’ sedi ta’ għaqdiet non-governattivi u soċjali. Fil-każ tat-tender maħruġ minn dan il-Ministeru, dan ix-xogħol qiegħed isir bħala parti mill-program tal-gvern biex jiġu riabilitati żoni storiċi ġewwa l-Kottonera, u partikolarment tikkomplementa il-proġett tar-reġenerazzjoni ta’ Baċir Numru 1 ġewwa Bormla.
Rigward il-linji gwida u aktar informazzjoni dwar skemi għal użu ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, din il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Ministeru li jkun qed jamministra dawn l-iskemi jew l-Onorevoli Segretarju Parlamentari responsabbli għall-fondi tal-Unjoni Ewropea u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11203, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tibdiliet neċessarji biex il-kumpless in kwistjoni jinbidel f’uffiċini humiex koperti bil-permessi neċessarji tal-MEPA? X’inhu n-numru ta’ din l-applikazzjoni? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għand il-MEPA u meta ħareġ il-permess relatat? X’inhi r-raġuni li dawn l-uffiċini għadhom ma bdewx jintużaw minn Transport Malta? Skont is-sejħa għall-offerti li ħarġet biex jinkrew dawn l-uffiċini, x’kienet id-data stipulatali fiha dawn l-uffiċini kellhom jagħddu f’idejn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini msemmija huma koperti bil-permessi neċessarji tal-MEPA Nru PA2743/10. L-applikazzjoni ġiet sottomessa f’Ġunju 2010 u l-permess ħareġ f’Ottubru 2014. Peress li l-Awtorità talbet xi tibdiliet fid-disinn tal-uffiċini fid-dawl tal-esiġenzi tal-operat tagħha, dan irrifletta f’dewmien fix-xogħlijiet u sar ftehim mas-sidien sabiex tiġi estiża d-data ta’ Settembru 2014.
Transport Malta — Maintenance Department – Executive
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta ħarġitx internal call for applications għall-kariga ta’ Executive fil-Maintenance Department? Xi kwalifiki u esperjenza ntalbu minn Transport Malta għal din il-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonfema li Transport Malta ħarget sejħa interna għall-kariga ta’ Executive fil-Maintenance Department. L-applikanti huma mistennija li jkollhom ħames snin esperjenza f’xogħol relatat mal-baħar, u min jintagħżel huwa wkoll mistenni li jġib il-liċenzja nawtika.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali ta’ Transport Malta li approvaw il-vakanza fil-kariga ta’ Maintenance Manager? Kemm ilhom ingaġġati ma’ Transport Malta dawn il-persuni? X’kariga għandhom fi Transport Malta? X’esperjenza għandhom f’dan il-qasam dawn il-persuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vakanzi kollha ġewwa Transport Malta ma joħorġux jekk ma jkunux approvati miċ-Chairman tal-Awtorità, wara li tkun saret talba lilu miċ-Chief Officer tad-Direttorat konċernat, u wara li jkun kiseb il-fehma tal-Kap tar-Riżorsi Umani.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xogħlijiet ta’ manutenzjoni lil xi kuntratturi fil-binjiet ta’ Transport Malta mit-13 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kien jikkonsisti dan x-xogħol? X’kienet l-ispiża ta’ dan ix-xogħol? Kif ingħata dan ix-xogħol, b’direct order jew tender? Ġew segwiti l-procurement regulations fl-għoti ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jagħti lista dettaljata tax-xogħlijiet kollha li saru bil-kuntrattur relatati ma’ manutenzjoni li saru fil-binjiet kollha ta’ Transport Malta, inkluż l-ispiża relatata, min kien il-kuntrattur li għamel x-xogħol u jekk tali xogħol sarx b’direct order jew inkella b’tender?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li ngħataw minn Transport Malta bejn Marzu 2013 sal-lum huma hekk kif ġej:
Kuntrattur
Xogħlijiet
Proċedura ta’ Procurement
€
Panta Contracting
Tiswija ta’
chillers, compressors, A/C units
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
11,124.61
Panta Contracting
Tiswija fuq pompi
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
1,962.30
Panta Contracting
Tiswija fuq
sprinklers
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
900.00
Panta Contracting
Tiswija fuq
plant room equipment
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
4,186.91
Panta Contracting
Tiswija fuq
building management
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
700.00
Panta Contracting
Tiswija fuq sistemi tal-elettriku /
networks
Maintenance agreement
fuq tagħmir li jiġi estiż sa mill-2006
7,777.88
Aluserv Ltd
Tiswija fuq bibien u twieqi fil-
Malta Transport Centre
Direct order
lill-kuntrattur oriġinali li għamel dawn ix-xogħlijiet
4,523.48
Emilio Bilocca
Tiswija fuq
toilets
u
leakages
tal-ilma
Sejħa għall-
quotations
2,979.70
Transport Malta – lista ta’ xogħlijiet li saru b’direct order
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ xogħlijiet li saru b’direct order f’kull direttorat li jaqa’ taħt Transport Malta liema lista jkun fiha l-ispiża, min hu l-kuntrattur, it-tip ta’ xogħol li jkun sar, min ħareġ l-ordni għal dan ix-xogħol, min approva dan ix-xogħol u f’liema direttorat ikun sar tali xogħol mit-13 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, u hija maqsuma skont direct orders, sejħiet għall-kwotazzjonijet li minħabba l-valur tagħhom jiġu definiti bħala direct orders, fast-track tenders u direct orders li minnhom infushom huma speċjalizzati ħafna. L-ordni għax-xogħol u l-approvazzjoni tiegħu isiru skont proċeduri interni tal-Awtorita' u skont regolamenti eżistenti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-jiem li ġejjin Transport Malta se tingaġġa 40 enforcement officer ġdid? Jista’ jgħid meta ħarġet din il-call for applications, jekk din il-vakanza ġiet irreklamata fil-gazzetti lokali u fil-ġazzetta tal-Gvern, meta din il-vakanza ġiet irreklamata, xi kwalifiki u esperjenza ntalbu minn dawk li applikaw għal din il-kariga, kif ukoll min kien eleġibbli li japplika għal din il-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta mhux se timpjega 40 enforcement officer ġdid fil-jiem li ġejjin. Bħalissa jinsab għaddej proċess sabiex, aktar il-quddiem, jiġu mpjegati numru ħafna inqas minn dak imsemmi mill-istess interpellant, ta’ assistant enforcement officers skont l-esiġenzi tal-Awtorità wara li nkiseb permess mill-PAHRO f’Diċembru tas-sena 2013.
Il-proċess għadu ma wasalx fl-istadju li l-Awtorità tkun tista’ toħroġ reklam fil-gazzetta tal-Gvern u dawk lokali, għaliex qed jiġu ntervistati applikanti li isimhom jidher fir-Reġistru tal-ETC. Ikun biss wara li jiġi eżawrit dan il-proċess tal-imsemmi Reġistru, u wara li ma jkunux għadhom nstabu kandidati addattati biżżejjed, li din il-pożizzjoni tista’ tiġi rreklamata fil-mezzi l-oħra.
Il-kwalifiki li ġew mitluba huma liċenzja valida ta’ uffiċjal ta’ sigurtà, kif ukoll ċertifikat ta’ kondotta nadifa tal-Pulizija.
Transport Malta – Enforcement Officers – interviewing board
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien jikkonsisti l-interviewing board li għamel l-interviews għall-Enforcement Officers ġodda ma’ Transport Malta? X’esperjenza u kwalifiki għandu kull membru ta’ dan il-board relatati mal-kariga ta’ Enforcement Officer? Xi grad għandu fi ħdan Transport Malta kull membru ta’ dan il-bord? Jista’ jgħid jekk hekk kif kien kostitwit l-interviewing board għall-ħatra ta’ enforcement officers kienx in line mar-rekwiżiti għall- formazzjoni ta’ interviewing boards għal karigi fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interviewing board għall-pożizzjoni ta’ Assistant Enforcement Officer huwa kompost minn dawn l-uffiċjali:
-
Manager
fl-
Enforcement Unit
tad-Direttorat tal-Portijiet u
Yachting
-
Executive
fil-Unit għall-Immaniġġjar tat-Traffiku u huwa wkoll il-persuna nkarigata mi-tmexxija tal-
Assistant Enforcement Officers
- L-Assistenta Eżekuttiva taċ-Chairman
L-ewwel żewġ persuni għandhom esperjenza vasta fil-qasam tas-sigurtà, filwaqt li l-persuna l-oħra hija kriminologa kwalifikata b’BA (Hons) fil-Kriminoloġija.
Il-formazzjoni ta’ interviewing boards fi ħdan l-Awtorità saret skont il-prassi.
Malta Public Transport – Chief Executive Officer – ħlas u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjal li qed imexxi l-Malta Public Transport u li huwa ċ-Chief Executive Officer ta’ din il-kumpanija għadx għandu wkoll ir-rwol ta’ Chief Operations Officer jew xi rwol ieħor mad-Direttorat tat-Trasport fi ħdan Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas u perkaċċi oħra qed jieħu dan l-uffiċjal għaż-żewġ karigi separati?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li c-CEO tal-Malta Public Transport għandu wkoll ir-rwol ta’ Chief Officer Land Transport ma’ Transport Malta. Kif kien intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8532, il-pożizzjoni ta’ CEO mal-Malta Public Transport hija waħda temporanja minħabba li din l-entita’ għandha funzjoni transitorja sakemm l-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku jgħaddi għand l-operatur il-ġdid.
Is-salarju ta’ dan l-uffiċjal ma’ Transport Malta huwa bħalma kien qabel, kif ukoll għandu xi allowances għar-rwol li qed jokkupa mal-Malta Public Transport.
Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura – Kumitat ta’ Koordinament — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Kumitat ta’ Koordinament fi ħdan il-Ministeru tiegħu, li hu ppresedut minnu stess, minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar ta’ Settembru 2014? Jista’ jgħid meta saret kull laqgħa, x’kien diskuss f’kull laqgħa u min kien preżenti għal kull laqgħa ta’ dan il-kumitat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Koordinament jiltaqa’ fuq proġetti sensittivi li jaffettwaw il-pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Dan il-kumitat iltaqa’ dwar il-proġett tal- Kottonera sabiex jiġu kkoordinati is-servizzi u ltaqa’ wkoll riċentament fuq xogħlijiet li jaffettwaw il-proġett tal-għargħar f’ Ħal-Lija. Għal dawn il-laqgħat ikunu preżenti l-entitajiet ikkonċernati fosthom il-kunsilli lokali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ġie appuntat fil-kariga ta’ Operations Manager fl-uffiċċju tal-Port Works fi Transport Malta minflok Operations Manager li rtira biż-żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament inħatret bħala Manager – Port Workers’ Office wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet permezz tal-PAHRO u permezz tar-Reġistru tal-ETC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza li tintuża miċ-Chairman ta’ Transport Malta, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, inxtratx jew inkrietx? Jista’ jgħid xi proċedura ntużat biex ġiet akkwistata din il-karozza? Min kienu l-kumpaniji/individwi li kienu involuti biex inxtrat jew inkriet din il-karozza? Jista’ jikkonferma illi dan ix-xiri/kiri segwa l-proċeduri kollha stabbiliti fil-procurement regulations? Kemm ġie jiswa lit-taxpayers Maltin u Għawdxin ix-xiri/kiri ta’ din il-karozza? F’każ li din il-karozza hi mikrija, għal kemm-il sena hi din il-kirja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza li tintuża mic-Chairman ta’ Transport Malta ġiet mikrija b’arranġament dirett mill-kumpanija 2000 Ltd sa mill-bidu li ġie appuntat minħabba li ma kienx hemm karozza adegwata disponibbli. Dan minħabba li s-CEO preċedenti kien esprima x-xewqa li jixtri l-karozza li kien jagħmel użu minnha waqt il-perjodu tal-kariga tiegħu ma’ Transport Malta, li wkoll kienet ġiet mikrija permezz ta’ direct order.
Il-karozza taċ- Chairman preżenti qed tinkera għall-ammont ta’ €21 + Vat kuljum għal perjodu ta’ 5 snin. Din il-karozza qed tinkera minflok tingħata car allowance.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Chairman ta’ Transport Malta qiegħedx jieħu l-paga kif wkoll perkaċċi oħra relatati kemm ta’ Chairman kif ukoll ta’ Chief Executive ta’ Transport Malta? Għal kemm jammontaw dawn il-pagi u perkaċċi? Għaliex il-Ministru għadu ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-kuntratt li din il-persuna għandha mal-Gvern/Transport Malta la din il-persuna qiegħda titħallas mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 3910 u 6195.
Transport Malta — Maintenance Department – maintenance manager
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta ħarġitx internal call for applications għall-kariga ta’ Maintenance Manager fil-Maintenance Department? Xi kwalifiki u esperjenza ntalbu minn Transport Malta għal din il-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonfema li Transport Malta ħarget sejħa interna għall-kariga ta’ Maintenance Manager fil-Maintenance Department. Il-kwalifiki li ntalbu għal din il-pożizzjoni huma:
· Diploma fit-Teknoloġija Elettronika;
· Ħames snin esperjenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ manutenzjoni ta’ tagħmir marittimu; jew
· Ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni ta’ uffiċini.
Jista’ l-Ministu jgħid jekk hemmx ipproġettat li jsiru traffic calming measures fi Vjal l-Indipendenza, kantuniera ma’ Triq Ġwann Camilleri, fiż-Żurrieq peress illi f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata qed jgħaddu vetturi b'veloċità eċċessiva li qed joħolqu periklu għar-residenti tal-madwar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li ma għandux proġettat li jsiru traffic calming measures fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant.
Trasport pubbliku — Audio u tabelli fuq il-karozzi tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’ħafna istanzi l-audio u t-tabelli fuq il-karozzi tal-linja li jindikaw il-bus stop li jmiss ma jkunux qed jaħdmu jew inkella juru informazzjoni ħazina? Jista’ jgħid jekk Transport Malta tiħux azzjoni f’dan ir-rigward u jekk fl-affermattiv, x’sar minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid x’sar mill-Malta Public Transport sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ta’ kuljum tagħmel spezzjonijiet ta’ rutina fuq il-karozzi tal-linja fejn, fost l-affarijiet li jiġu ċċekjati mill-uffiċjali tagħha jkun hemm l-Onboard Announcement System u l-Internal u l-External Destination Blinds.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet ġie innutat illi kien hemm 12% tal-Internal Destination Blinds, 11% tal-Onboard Announcment Systems u 0.4% tal-External Destination Blinds illi ma’ kienux qegħdin jaħdmu. Transport Malta tavża lill-operatur tat-trasport pubbliku b’ dawn is-sejbiet filwaqt li timponi fuq l-operatur l-penali applikabbli skont kif stipulat fil-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku.
Infurmat ukoll li l-operatur tat-Trasport Pubbliku huwa konxju minn dan u qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jindirizzahom bil-limitazzjonijiet li hemm bis-sistema eżistenti, liema sistema mistennija tiġi mtejba meta jidħol fis-seħħ l-Operatur il-ġdid.
Issa li ħarġet it-talba għall-offerti għax-xogħol fuq il-junction tal-Kappara, il-Ministru huwa konxju li numru ta’ toroq f’San Ġwann se jkollhom żieda konsiderevoli ta’ traffiku? In vista tal-fatt li numru minn dawn it-toroq huma fi stat ħazin ħafna, jista’ jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jagħmel xogħol ta’ resurfacing f’dawn it-toroq, partikolarment Triq Birkirkara, San Ġwann, li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jekk huwa proġettat li jsir dan ix-xogħol, jista’ jgħid meta huwa l-ħsieb li dan jinbeda u jispiċċa, għal kemm tammonta l-istima biex isir ix-xogħol u liema huma dawk it-toroq f’San Ġwann li hemm il-ħsieb li jsir xogħol fuqhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi Transport Malta qiegħda fil-fażi li tippjana rotot alternattivi biex jintużaw waqt il-kostruzzjoni tal-Kappara Junction Overpass. Dawn ir-rotot qegħdin f’numru ta’ nħawi fil-madwar tal-istess junction in kwistjoni u jinkludu numru ta’ toroq f’San Ġwann fosthom parti minn Birkirkara Road fl-istess lokalità. Diġà sar ħafna xogħol ta’ preparamenti biex ikun determinat it-tip ta’ interventi li hemm bżonn f’kull triq u bħalissa qegħdin jiġu ffinalizzati l-istejjem ta’ dawn ix-xogħlijiet. Bħalissa qed jiġu kkunsidrati alternattivi ta’ kif se jsiru s-sejħiet għal dawn ix-xogħlijiet. Għalhekk id-data meta se jibdew l-istess xogħlijiet tiddependi minn kif se jsiru dawn is-sejħiet u meta se jinħarġu l-istess sejħiet tat-tenders f’ liema tenders ikun hemm ukoll il-perjodu li fih irid jitlesta l-istess xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-15 t' Ottubru 2014 il-karozza tal-linja tat-8.30am tal-Kalkara ma saritx u minflok saret dik tad-9.00am bil-konsegwenza li diversi passiġġieri tħallew fuq l-istage jistennew għal ħin twil?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn investgazzjoni li wettaq l-operatur tat-trasport pubbliku fuq is-sistema elettronika ġie innutat li l-vjaġġ imsemmi fil-fatt kien sar. Madanakollu waqt dan il-vjaġġ ġie innutat illi seħħew diversi devjazzjonijiet mir-rotta.
Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport qed jinvestiga x’wassal għal dawn id-devjazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'patronaġġ għandha r-rotta 3A li mix-Xatt tal-Kalkara titla’ għal fejn Cafe Riche il-Birgu u ddur minn barra tal-Kalkara għal Smart City? Veru li din il-karozza fil-maġġoranza tal-vjaġġi tagħha tkun vojta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni ipprovduta mill-operatur tat-Trasport Pubbliku, ir-rotta 3A li kienet introdotta matul ix-xhur tas-sajf ma kelliex il-patrunaġġ mistenni u għaldaqstant din ir-rotta se tiġi imwaqqfa mill-iskeda tax-Xitwa.
Infurmat ukoll li bir-rotot illi ġew proposti, Smart City se tiġi inkorporata fir-rotta 3.