Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15248 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Il-Pitkalija ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jinnota li minħabba l-fatt li l-Gvern pre¿enti minflok ma investa fil-Pitkalija ta’ Għawdex, spiċċa għalaqha, bil-konsegwenza li l-bidwi Għawdxi naqqas drastikament it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, peress li biex iġibhom Malta ħalli jinbiegħu fil-Pitkalija ta’ Malta hemm ħafna spejje¿ involuti, speċjalment dawk relatati ma’ transport, u b'hekk il-bidwi Għawdxi ftit li xejn jibqagħlu qliegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li għaddejin proċeduri biex jiġu tterminati l-kirjiet ta’ pitkala preżenti u b’hekk eventwalment jerġgħu jinħarġu offerti ġodda Jiena nfurmat ukoll li anke meta l-Pitkalija kienet qiegħda topera regolari bdiewa Għawdxin kienu jieħdu l-prodotti fil-Pitkalija ta’ Malta minħabba li l-produzzjoni ta’ Għawdex tizboq id-domanda f’Għawdex stess. Barra minn dan bdiewa Għawdxin jingħataw għajnuna fuq it-trasport tal-prodotti tagħhom lejn Malta.
Leg 12 PQ #15249 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Patata għall-esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li Għawdex hemm problema biex tiġi mkabbra l-patata għall-esportazjoni? Jista’ jgħid x'inhi din il-problema u kif tista’ tiġi solvuta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-problema tal-bdiewa Għawdxin hija li r-raba ma huwiex addattat għal dan il-prodott peress li jiġi mwaħħar u għalhekk xħin jikber il-prodott Għawdxi. Is-suq tal-patata tas-safar ikun laħaq għadda.

Prodotti Agrikoli importati storjati f’cold store

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-prodotti agrikoli kollha li jiġu impurtati f'pajjiżna ġo cold store, jiġu storjati u mibjugħa minn ġo cold store meta jaslu f'pajji¿na? Jekk mhux qed isir hekk, jista’ jgħid jekk hux jinkisru direttivi tal-Unjoni Ewropea u liema direttivi qegħdin jinkisru? X'qed jagħmel il-Gvern biex dawn id-direttivi ma jkomplux jiġu injorati?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal-liema prodotti agrikoli qiegħed jirreferi.

Fondi Ewropej għall-Produzzjoni ta’ prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu ddedikati fondi tal-Unjoni Ewropea għal produzzjoni ta' prodotti agrikoli ġodda f'forma ta' investment schemes jew investment aid?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fondi Ewropej għal Breeders taż-żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħal raħħala oħra, breeders taż-żwiemel jistgħux jibdew jiġu kkunsidrati biex jieħdu għajnuna f'forma ta' strucutural funds minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Safi – għoti ta’ tarmak lit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Ħal Safi għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq li jridu jsiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Raħħala Għawdxin – spejjeż relatati mal-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jieħu inkonsiderazzjoni li r-raħħala Għawdxin jibdew jitħallsu l-ispejjeż relatati mal-vapur meta jin¿lu Malta biex itellgħu l-ġwież Għawdex?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Raħħala Għawdxin – qatla ta’ majjali – spejjeż tal-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li jekk raħħal Għawdxi jin¿el bil-majjali Malta għal qatla, jiġi rifuż l-ispejjeż tal-vapur, iżda jekk jitla’ lura Għawdex mobbi bil-ġwież li jkun xtara minn Malta, din ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-vapur tiġi kkancellata? Tista’ din l-anomalija titneħħa?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pitkalija — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li dan il-Gvern għandu l-ħsieb li t-tmexxija tal-Pitkalija tingħata lill-privat minflok li titmexxa mill-koperattiva tal-bdiewa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, sal-lum il-Gvern ma ħa l-ebda deċiżjoni li l-Pitkalija tingħata lill-Privat iżda kull possibilita` li tista’ timbotta ‘l quddiem l-operat tal-Pitkalija tkun ikkunsidrata u evalwata. Sadanittant ta’ min wieħed jinnota li l-Pitkalija qatt ma kienet titmexxa mill-Koperattiva tal-Bdiewa.
Leg 12 PQ #15233 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Raħħala Għawdxin – qatla ta’ majjali – spejjeż tal-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li jekk raħħal Għawdxi jinżel bil-majjali Malta għal qatla, jiġi rifuż l-ispejjeż tal-vapur, iżda jekk jitla’ lura Għawdex mobbi bil-ġwież li jkun xtara minn Malta, ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-vapur tiġi kkanċellata? Tista’ din l-anomalija titneħħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-iskema li taħta qed tingħata għajnuna għat-trasport ta’ prodotti tal-biedja ma tippermettix li min imur bill-prodott lejn Malta. Jiġi mgħobbi lura jekk mhux b’kaxxi vojta tal-pitkalija u dan biex ma tiġix abbużata s-sistema. Sa dan it-tant il-Ministeru qiegħed jaħdem fuq skema għall-għajnuna fuq it-trasport tal-ġwiez.

Iż-Żurrieq – għoti ta’ tarmak lit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fiż-Żurrieq għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta ħarġet dawn it-tenders għal xogħlijiet f’toroq fil-lokalita’ taż-Żurrieq: Triq Fra Ġanmari Zammit u Triq Torri Dan filwaqt li Transport Malta qed tippjana biex tkompli xogħol fi Triq Espeditu Deguara, u dan wara li nqata’ każ fil-Qorti. Transport Malta qiegħda ukoll tippjana biex toħroġ tenders għall-kostruzzjoni ta’ triq il-Minġel u triq ġdida fi Triq San Mikiel. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 12 PQ #15235 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta’ Għawdex – qatla ta’ majjala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jistgħu jinqatlu majjali fil-ġimgħa fil-biċċerija ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li mhux il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jinqatlu fil-biċċerija ta' Għawdex? Jista’ jara x'passi jistgħu jittieħdu biex il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jiġu maqtula f'Għawdex u mhux ikollhom jitniżżlu Malta għax r-raħħala Għawdxin qed jitilfu ħafna ħin u qed ikollhom ħafna spejjeż relatati biex il-qtil isir Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-biċċerija ta’ Għawdex jistgħu jinqatlu sa 150 majjal kull qatla. Jiena nfurmat li ċerti proċeduri jkunu jridu jiqtlu l-bhejjem fil-biċċerija ta’ Malta minħabba li l-bhejjem huma minn kwoti minn Malta li huma marbutin b’kundizzjoni li dawn jkunu jinqatlu Malta. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’diskussjonijiet fosthom mal-koperattivi biex din il-probblema tissolva.

Importazzjoni ta’ naħal

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull naħla li tiġi importata f’pajjiżna tiġi ċċertifikata minn veterinarju lokali li m’għandha l-ebda mard?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, in-naħal kollu li jiġi importat f’Malta legalment ikun spezzjonat minn Awtorita` Kompetenti fil-post tat-tluq. Meta jasal f’Malta jiġu verifikati d-dokumenti. Min-naħa l-oħra d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja żied is-sorveljanza fuq il-moviment tan-naħal kif ukoll l-ispezzjonijiet fuq il-produtturi tan-naħal.

Prodotti agrikoli importati – informazzjoni murija fuq il-kaxxi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-prodotti agrikoli kollha importati minn barra pajjiżna jkunu importati ġo kaxxi li jkunu labled u fuq il-label ikun hemm il-pajjiż ta' oriġini, id-data tal-ħsad, il-best before date, x'tip ta' prodott hu kif ukoll l-isem xjentifiku tiegħu?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal-liema prodotti agrikoli qed jirreferi.

Marsaxlokk – slipway f’Kavalarezza Point

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-aċċess għas-sajjieda fejn hemm l-iskall, l-islipway, quddiem il-bieb tal-hardstanding u fejn hemm il-pompi tal-petrol mat-tul tax-xatt kif ukoll fejn hemm il-landing bays ta' Kavalarezza Point f' Marsaxlokk, ma jiġix imblukkat fl-ebda ħin?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, huwa d-dmir ta’ awtoritajiet oħra li jaraw li postijiet ta’ mogħdija li huma pubbliċi ma jkunux imblukkati. Mandankollu, meta d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura jirċievi rapport li qed jiġi mblukkat xi aċċess ta’ faċilitajiet li jintużaw mis-sajjieda, jingħata s-sostenn meħtieg mid-Dipartiment.

San Pawl il-Baħar – Breakwater tal-Veċċa u wave breakers

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-pjanti kif ukoll dettalji oħra ta' kif se jissewwa l-breakwater tal-Veċċa, f'San Pawl il-Baħar? Se jitpoġġew wave breakers? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jitpoġġew dawn il-wave breakers? X'tip ta' wave breakers se jitpoġġew?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12533 u li magħha kienu tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pjanti bid-dettalji mitluba.

Bagi fil-Baħar fejn hemm wrecks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitpoġġew bagi fil-baħar biex jiġu identifikati areas fejn hemm wrecks fl-ibħra Maltin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li normalment dawn il-bagi jitpoġġew fejn ikun hemm wreckage ta’ periklu għan-navigazzjoni. Fil-mument ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jiżdiedu aktar bagi.

Marsaxlokk – għoti ta’ tarmak lit-Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Marsaxlokk għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa f’Marsaxlokk qed isir xogħol fi triq il-Wilġa. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq li ser isiru sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ristrutturar tal- Pitkalija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif inhi proposta li se tiġi ristrutturata l-Pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari li d-diskussjonijiet dwar ir-ristrutturar tal-pitkalija m’humiex konklużi.

Ristrutturar tal-Pitkalija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjanijiet l-ġodda ta' ristrutturar tal-Pitkalija hemmx ippjanat li jibdew jinbiegħu prodotti impurtati minn barra l-pajji¿ mill-Pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, ir-risposta għal din il-mistoqsija hija fin-negattiv.