Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time rispettivament li llum huma rreġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura? Minn liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokal, ġejjin dawn il-bdiewa, f'Malta u f'Għawdex?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12920.
Dipartiment tal-Agrikoltura – Permess biex jinqalgħu siġar protetti
Question
Jista l-Ministru jghid kemm-il permess inħareġ mid-Dipartiment tal-Agrikoltura biex siġar protetti jiġu maqlugħa mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn dawn s-siġar ġew maqlugħa bil-kondizzjoni li jitħawlu siġar oħra biex jikkkompensaw, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura jagħmilx moniteraġġ ta' fejn dawn is-siġar ikunu tħawlu u kemm minnhom għadhom ma mitux?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif jien infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, permessi ta’ qlugħ ta’ siġar ma’ jaqgħux taħt ir-responsabbilta` tad-Direttorat tal-Agrikoltura.
Użu ta’ sterlizzanti, erbiċidi, insettiċidi u fungiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari x’kien l-ammont użat ta':
(a) sterilizzanti kimiċi biex jisterillizzaw il-ħamrija tas-serer;
(b) erbiċidi totali li ntużaw biex jinqered il-ħaxix ħażin mit-toroq;
(c) erbiċidi selettivi mill-bdiewa biex jeħilsu minn ħaxix li mhux mixtieq fir-raba’ tagħhom;
(d) insettiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom mill-insetti; u
(e) fungiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom minn mard tal-moffa?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Prodotti agrikoli importati –residue level ta’ pestiċidi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru random checks mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għall-maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun importat minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Importazzjoni ta’ fniek – iċċekjar mill-veterinarju lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fniek li jiġu impurtati minn barra l-pajjiż (kemm jekk ħajjin kif ukoll jekk mejtin) għall-konsum lokali, jiġux iċċekkjati mill-veterinarju lokali biex jiġi assigurat li huma ħielsa minn kull mard?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, infurmat li jsiru l-kontrolli neċessarji biex jiġi żgurat li l-fniek huma kollha ħielsa minn kull mard.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kien imqassam il-konsum ta' pestiċidi (ammont totali skont il-kategorija u skont il-kimika) bejn industrija, agrikoltura, settur pubbliku u ċittadini, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? Xi produzzjoni jlaħħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, preżentament ir-records tad-Direttorat tal-Agrikoltura jindikaw li t-total ta’ produtturi reġistrati sal-1 ta’ April 2015 kien ta’ 110 raħħal (34 Għawdex u 76 Malta).
Rigward il-produzzjoni tal-ħalib, bejn Malta u Għawdex iċ-ċifri sottomessi mill-unika proċessur tal-ħalib frisk reġistrat għas-sena 2014 kien ta’ 28,967 tunellati f’Malta u ta’ 13,805 tunellati f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema fis-settur privat f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 ’l hawn separatament f'dawk li jaħdmu għal rashom u impjegati, kif ġej:
(a) agrikoltura; u
(b) sajd?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema fis-settur privat f'Malta fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 ’l hawn separatament f'dawk li jaħdmu għal rashom u impjegati, kif ġej:
(a) agrikoltura; u
(b) sajd?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12920.
Għawdex — Ġbir tal-Ilma tax-xita għall-użu agrikolu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar u kemm intefqu flus kull sena mill-2013 sal-lum separatament għat-titjib tas-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15261, ninforma lill-Onor. Interpellant, li fiż-żmien stipulat fil-mistoqsija, saru xogħlijiet ta’ tindif ta’ widien, tiswijiet ta’ġibjuni u xogħlijiet oħra relatati magħhom. Il-flus li ntefqu fl-2013, fl-2014 u matul l-2015 sal-lum, huma €101,268.03, €256,303.43 u €18,900 rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fil-Qrendi għall-perjodu mill-2015 sal-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha kuntratt biex jinbeda xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Triq il-Puniċi. Transport Malta tagħmel il-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjien sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li din is-sena, il-parti tas-sussidju fuq id-dwieli li jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern Malti kienet madwar 30% inqas minn dik li kienet tingħata fis-snin ta' qabel? Jekk sar hekk, x'kienet r-raġuni għal dan it-tnaqqis f'dan is-sussidju?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-pagamenti tas-sussidju qed isiru skont kif imfassla fit-trattat ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fl-2004 mill-amministrazzjoni preċedenti. Dan il-programm ta’ SMPPMA (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture) kien ibbażat fuq prinċipju ta’ degressività b’massimi ffissati għal kull sena u b’terminu fl-2014.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jiġi mmoniterjat il-livell ta' melħ fl-ilma tax-xorb ipprovdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Għawdex? Kull kemm isir tali moniteraġġ u f'liema lokalitajiet Għawdxin qed isir? Jista’ jagħti r-ri¿ultati tat-testijiet li jindikaw il-livell ta' melħ fl-ilma tax-xorb li saru bejn Settembru 2014 u Frar 2015 f'kull lokalità Għawdxija?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
MCAST – suġġetti relatati mas-sajd u l-agrikoltura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa fl-MCAST hemmx min jgħallem suġġetti relatati mas-sajd u l-agrikoltura? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn l-għalliema? Kemm hemm studenti jattendu għal-lectures tagħhom? Dawn huma korsijiet full-time jew part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-MCAST għandha numru ta’ għalliema li qed jgħallmu s-suġġetti tas-sajd u l-agrikoltura. Fis-suġġetti relatati mas-sajd u l-akwakultura hemm erba’ Għalliema full-time u ħdax part time filwaqt li fis-suġġetti relatati mal-agrikoltura hemm ħdax-il Għalliem full time u tmienja part time.
L-għadd ta’ studenti li jitgħallmu suġġetti relatati mas-sajd u l-akwakultura huwa 17 filwaqt li fis-suġġetti relatati mal-agrikoltura hemm 152 student.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li t-tliet korsijiet relatati mas-sajd u l-akwakultura huma kollha full-time, waqt li dawk relatati mal-agrikoltura hemm disgħa full-time u 22 korsijiet qosra part-time filgħaxija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-weraq tal-palm li jintuża mis-sajjieda fl-istaġun tal-lampuki għall-kanizzati fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, l-weraq tal-palm li jintuża mis-sajjieda għall-kanizzati fl-istaġun tal-lampuki jinxtara b’mod privat mis-sajjieda nfushom u d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura mhux involut fil-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kif se tibda topera l-Pixkerija l-ġdida fix-xhur u s-snin li ġejjin? Veru li l-Gvern ħareġ tender biex is-sular ta' fuq tal-Pixkerija l-ġdida jibda jinkera lill-privat? Għal xiex se jibda jintu¿a s-sular ta' fuq fil-Pixkerija l-ġdida?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari il-bejgħ tal-ħut fil-Pixkerija l-ġdida se jkun qed isir fuq sistema ta’ rkant pubbliku skond ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ tal-Ħut. Peress li l-proġett kif ippreżentat lill-Unjoni Ewropea mill-amministrazzjoni preċedenti ma kien jinkludi l-ebda investiment għas-sular ta’ fuq, ittieħdet id-deċiżjoni li l-Gvern joħroġ Sejħa għall-Proposti bil-għan li s-sular ta’ fuq tal-Pixkerija l-ġdida jintuża għall-ipproċessar tal-ħut permezz ta’ investiment privat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Ħal Kirkop għall-perjodu mill-2015 sal-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet it-tender għall-kostruzzjoni tat-toroq madwar Pjazza Żernieq, dan filwaqt li bdiet xogħlijiet fi Triq San Benedittu/Nerik Xerri ġewwa Ħal Safi. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jista’ jinqatel majjal fil-ġimgħa fil-biċċerija ta' Għawdex? X' inhi r-raġuni li mhux il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jinqatlu fil-biċċerija ta' Għawdex? Jista’ jara x'passi jistgħu jittieħdu biex il-majjali kollha tar-raħħala Għawdxin li jkunu għall-qatla jiġu maqtula f'Għawdex u mhux ikollhom jitnżżlu Malta għall-qatla, għax dan ifisser telf ta’ ħin għar-raħħala Għawdxin kif ukoll spejjeż żejda relatati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li għall-ewwel parti tad-domanda dwar il-kapaċità tal-impjant, l-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Għar-rigward tal-qatla attwali tal-majjal kollu li qed jiġi kkonsmat Għawdex, dan qiegħed jiġi maqtul Għawdex stess. Dak il-majjal li qed jiġi kkonsmat Malta qiegħed jiġi maqtul Malta. Bħalissa, f’Għawdex qed jiġi maqtul u kkunsmat medja ta’ madwar 60 majjal fil-ġimgħa. Jekk f’Għawdex jinqatel majjal aktar mid-domanda eżistenti, ikollhom isiru arranġamenti bl-ispejjeż konnessi sabiex il-laħam jitniżżel fi trakkijiet tal-friża għall-bejgħ f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern preżenti minflok investa fil-Pitkalija ta' Għawdex, għalaqha bil-konsegwenza li l-bdiewa Għawdxin qed ikollhom iniżżlu l-prodotti tagħhom il-Pitkalija ta' Malta? Jaqbel il-Ministru li din l-azzjoni qed tagħmel ħsara kbira lill-bdiewa Għawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li għadhom kif saru xogħlijiet fuq bjut fil-Pitkalija u li għaddejjin proċeduri biex jiġu tterminati kirjiet ta’ Pitkala preżenti u b’hekk eventwalment jerġgħu jinħarġu offerti għal-pitkala ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fl-Imqabba għall-perjodu mill-2015 sal-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet tender għall-kostruzzjoni ta’ Triq George Martin ġewwa l-Imqabba, dan filwaqt li qed tipprepara t-tenders għal triq ġdida fi Triq il-Katakombi (Triq il-Friefet). Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.