Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16063 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Birżebbuġa — Il-Qajjenza – is-sit fejn hemm it-tankijiet tal-gass

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14299, jista’ l-Ministru jagħti risposta konkreta u jgħid x'se jsir mis-sit fejn bħalissa hemm armati t-tankijiet tal-gass fil-Qajjenza, Birżebbuġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14299 (erbatax-il elf, mitejn, disgħa u disgħin).
Leg 12 PQ #16064 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbuġa – Il-Qajjenza — Permessi tal-MEPA

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14300 fejn ġie mitlub jgħid jekk ir-restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni fir-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba s-SEVESO hux se jispiċċaw meta t-tankijiet tal-gass li hemm fil-Qajjenza, Birżebbuġa, jiġu żmantellati? Peress li r-risposta tiegħu kienet li l-mistoqsija tiegħi għandi nagħmilha lill-Ministru kkonċernat, jista’ l-Prim Ministru jinnota li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu bħala Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14300.

Birżebbuġa – Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri, Birżebbuġa, tingħata t-tarmak għax tinsab f'sitwazjoni perikoluża għar-residenti li joqogħdu f'din l-area? X'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar snin qatt ma saret manutenzjoni ta' din t-triq, tant li ġiet f'sitwazzjoni li llum mhux posssibli li tiġi rranġata? Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' resurfacing ta' din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madanakollu l-Aworità tagħti l-kontribut tagħha f’każijiet bħal dawn skont il-prioritajiet li jirriżultaw.
Leg 12 PQ #16055 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Birżebbuġa – Dawl fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati biżżejjed dwal fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri, Birżebbuġa, peress li wara nżul x-xemx din l-area hi perikoluża ħafna għal dawk kollha li joqogħdu fl-inħawi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc irċeviet u approvat l-applikazzjoni għas-servizz fil-post imsemmi. Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat u kif isir ix-xogħol neċessarju min-naħa tagħhom, is-servizz jiġi mqabbad.

Birżebbuġa – Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri – qtugħ ta’ ħaxix

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinqata’ l-ħaxix li hemm mal-ġnub ta' Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri, Birżebbuġa, għax ilu żmien twil ma jinqata’?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li x-xogħol mistenni jinbeda matul din il-ġimgħa.

Kulleġġ San Benedittu – manutenzjoni tal-football ground

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta ssir manutenzjoni tal-football ground tas-synthetic turf li jinsab fil-Kulleġġ San Benedittu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni fuq il-grawnd fil-Kulleġġ San Benedittu ssir regolarment skont il-bżonn.

Iż-Żurrieq – Triq San Bartolomew – parking bays

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14275, jista’ l-Ministru jgħid jekk meta ġew sanzjonati l-kaxxi tal-parkeġġi fi Triq San Bartolomew, bejn Triq Alessandru u Triq San David, iż-Żurrieq, itteħditx inkonsiderazzjoni l-wisgħa tat-triq peress li din hi dejqa ħafna u faċċata ta' fejn saru l-parking bays hemm bibien ta' residenti mingħajr m’hemm bankina? X'miżuri ttieħdu biex min ikun ħiereġ minn , daru fejn m'hemmx bankina ma jispiċċax imtajjar minn xi karozza? Jista’ jagħti garanzija li dawn il-parking bays mhumiex ta’ detriment għas-saħħa u s-sigurtà tar-residenti li joqogħdu faċċata, fejn m’hemmx bankina? Lest il-Ministru jirrevedi dawn il-parking bays biex jitneħħa l-periklu minn din t-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li din it-talba għal tali kaxxi tal-parkeġġ fit-triq saret mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fil-11 ta’ Diċembru 2014. Din it-talba ġiet approvata mill-Kumitat Għall-Immanniġġjar tat-Traffiku fil-15 ta’ Dicembru 2014. Din it-triq hija trejqa tipika li ssib fil-village cores ta’ kull raħal u għaldaqstant, deċiżjoni li tittieħed għal dan il-każ ser tirrifletti fuq kull triq oħra simili ġewwa Malta u Għawdex.

Iż-Żurrieq – Triq Ħal Far — Tarmak

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5005, 6257, 7626 u 14278, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fi Triq Ħal Far, limiti taż-Żurrieq? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika f'liema partijiet tat-triq se jingħata t-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7626, 6257, 5005 u 14278 għadhom japplikaw.

Ir-Rabat/L-Imtarfa – Triq Għajn Qajjet – xogħlijiet fuq roundabout

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-iżvilupp li bħalissa għaddej fir-roundabout ta' Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat/l-Imtarfa, Malta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isir dan l-iżvilupp?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat/L-Imtarfa – Triq Għajn Kajjet – xogħlijiet fuq roundabout

Question

B'referenza għall-iżvilupp li bħalissa għaddej fir-roundabout ta' Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat/l-Imtarfa, Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa dan il-proġett? Jista' jgħid kemm minn dawn il-fondi se jkunu fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Imqabba – Triq Ħal Kirkop – tneħħija ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ewwel sqaq fi Triq Ħal Kirkop, l-Imqabba, fid-direzzjoni minn Ħal Kirkop lejn l-Imqabba, jitnaddaf minn kull tip ta' skart li qed jintefa’ minn terzi b'detriment għall-bdiewa li għandhom ir-raba’ tagħhom fl-inħawi? Jista’ jara li dan ix-xogħol isir mill-aktar fis possibbli peress li skart simili mormi fl-istess post kien ħa n-nar u kkawża ħsara irreparabbli fl-uċuħ tar-raba’ tal-madwar? Jista’ jara li jsiru spezzjonijiet regolari mill-kunsill responsabbli biex jiġi assigurat li ma jintrema l-ebda skart fl-isqaq msemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li jnaddaf dan l-isqaq regolarment bil-ħaddiema tiegħu. Il-Kunsill jifhem it-tħassib espress mill-bdiewa u dawk li jaħarqu n-nar tal-ajru fl-inħawi u għalhekk li, minkejja r-riżorsi limitati, jieħu ħsieb li dan jitnaddaf. Minkejja s-sorveljanza sa issa għadu ma’ nqabad ħadd iħammeġ f’dawn l-inħawi, la mill-Gwadjani Lokali u lanqas mill-Pulizija.

Il-Pitkalija – xiri ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nisa tad-dar mhux qed jitħallew jixtru mill-Pitkalija wara nofsinhar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari mhux minnu li konsumaturi privati, inklużi n-nisa tad-dar, mhux qed jitħallew jixtru mill-Pitkalija wara nofsinhar.

Birżebbuġa – Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri f'Birżebbuġa tingħata t-tarmak għax tinsab f'sitwazzjoni perikoluża għar-residenti li joqogħdu f'din l-area? X'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar snin qatt ma saret manutenzjoni ta' din t-triq tant li ġiet f'sitwazzjoni li llum mhux posssibli li tiġi rranġata? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa x-xogħol ta' resurfacing ta' din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li hu konxju li l-istat tat-tarmak tat-triq imsemmija ma jinstabx fi stat tajjeb ħafna. Madanakollu l-pożizzjoni finanzjarja preżenti tiegħu ma tippermettix li jsiru nefqiet ta’ natura kapitali. Sussegwentement, ma hemmx pjanijiet illi matul l-2015, it-toroq imsemmija jingħataw wiċċ ġdid bit-tarmak.

Birżebbuġa – Dawl fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati biżżejjed dwal fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri, Birżebbuġa, peress li wara nżul ix-xemx din l-area hi perikoluża ħafna għal dawk kollha li joqogħdu fl-inħawi?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li hu konxju li fiż-żona jista’ jkun hemm xi postijiet aktar mudlama minn oħrajn. L-isfida tikber meta l-inħawi jkunu jinsabu f’żoni remoti bħalma hu f'dan il-każ għaliex ix-xogħol meħtieġ biex ikunu nstallati lampi ġodda jinvolvu spejjeż konsiderevoli.

Birżebbuġa – Triq San Tumas – xogħol ta’ livellar

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fi Triq San Tumas, Birżebbuġa biex titneħħa għadira li żżomm l-ilma tax-xita bil-konsegwenza li qed tikkawża ħsara mal-faċċata tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li ħa nota tax-xogħol meħtieġ u se jiddaħħal fil-programm ta’ ħidma tiegħu.

Environmental Landscapes Consortium — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Gvern għandu mal-kumpanija Environmental Landscapes Consortium bħala Public Private Partnership?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Kosta – xogħol ta’ landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' landscaping li se jsir fi Triq il-Kosta kinux approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'inhu n-numru tal-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fiha huwa inkluż dan il-landscaping?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-landscaping finali propost għall-proġett ta’ Triq il-Kosta huwa parti mir-reserved matters tal-permessi tal-proġett li huma PA 3883/08 u PA 3758/09 u l-preparamenti tal-proposti f’dan ir-rigward huwa proċess li għadu għaddej.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Kosta – baġit għal-landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal-landscaping tal-proġett ta' Triq il-Kosta? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' landscaping f'din t-triq hekk kif approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġà għamlet arranġamenti għal investiment ta’ madwar € 300,000 għal upgrading ta’ parti minn Kennedy Grove. Dan l-arranġament sar u kien relatat mal-effett tax-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta fuq il-parti tan-Nofsinhar ta’ Kennedy Grove. Apparti minn hekk, Transport Malta qed taħdem fuq il-proposta finali tal-landscapingsabiex jiġi stabbilit il-baġit neċessarju għall-landscaping plan finali li għad trid tiġi approvata mill-MEPA. Ix-xogħol relatat ma’ landscaping se jibda malli jkun approvat mill-MEPA, u malli tiġi ppublikata u aġġudikata s-sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol.

Birżebbuġa – Triq Kalafrana – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sar xogħol ta' manutenzjoni fi Triq Kalafrana, Birżebbuġa fis-snin 2013, 2014 u fl-ewwel tliet xhur tal-2015? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa rċeviex talbiet għal rifużjoni ta' ħsarat f’vetturi b'riżultat ta' ħofor f'din it-triq għas-snin imsemmija? X'kienu dawn it-talbiet, każ b'każ? Jista’ jgħid jekk dawn it-talbiet ġewx milqugħa u ċjoè tħallsux l-ispejjeż mitluba, jew inkella ġewx miċħuda? X'kienet r-raġuni li ta l-kunsill f’każ li tali talbiet ma ġewx aċċettati mill-kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li matul l-2015 sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq Triq Kalafrana. Dan ix-xogħol iżda ma sarx fuq ordni tal-Kunsill Lokali iżda mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura. Intant infurmat ukoll mill-istess Kunsill li rċieva talba waħda għal rifużjoni ta’ ħsarat fuq vettura b’riżultat ta’ ħofra fit-triq, liema ħofra pero’ kienet ikkawzata minn xogħlijiet li għamlet fl-istess triq il-kumpanija GO plc li kienet mgħarrfa bil-każ. Dan il-każ għadu pendenti.