Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Għammieri – żjarat mit-tfal tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal tal-iskejjel li żaru l-farm tal-Għammieri sena b’sena mill-2012 sa meta tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

L-Għammieri – farm – klieb u qtates

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ klieb u qtates li qed jinżammu fil-farm tal-Għammieri mill-2012 sal-lum?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Każijiet ta’ frott u ħaxix li kellhom fdalijiet ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ta’ ħaxix u frott li kellhom fdalijiet ta’ pestiċidi iktar għolja milli suppost, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn kienu frott u ħaxix ta’ Malta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MCCAA – prodotti reġistrati għall-ħarsien tal-pjanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mal-MCCAA sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li n-numri ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ġodda li kienu awtorizzati matul is-snin, sa mill-2012 huma kif ġejjin: 2012 20 prodotti ġew reġistrati 2013 10 prodotti ġew reġistrati 2014 21 prodott ġie reġistrat 2015 20 prodott ġie reġistrat 2016 Sa issa prodott wieħed biss ġie reġistrat

MCCAA – prodotti revokati għall-ħarsien tal-pjanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew revokati prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mal-MCCAA sena b’sena mill-2012 sal-lum?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li n-numru ta’ prodotti li ġew revokati mit-2012 sal-lum huwa kif hawn imniżżel f’din it-tabella; Sena Numru ta’ prodotti li ġew revokati 2012 24 2013 13 2014 71 2015 25

Trasferiment ta’ art agrikola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trasferimenti ta’ art agrikola – kemm bħala numru kif ukoll bħala tomniet – sena b’sena mill-2012 sa' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta’ art agrikola ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ dan il-Ministeru u għalhekk għandha tgħaddi lill-Ministru kkoncernat.

Proġett “Midd Idejk fil-Biedja”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ‘Midd Idejk fil-Biedja’, li tant kellu suċċess, ġie mwaqqaf? Jista jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jibda?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-proġett tal-‘Midd Idejk fil-Biedja’ intemm għaliex ir-raba’ tal-Għammieri għandu jintuża kollu għal skop ta’ riċerka u tagħlim fil-biedja u mhux biex jitqassam fi bċejjeċ żgħar u jingħata lil individwi biex ikunu jistgħu jkabbru xi prodotti agrikoli. Il-proġett minnu nnifsu ma jitqisx bħala wieħed li jagħti kontribut lill Agrikoltura lokali u għalhekk m’hemmx il-ħsieb li jerġa’ jibda.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Dipartimenti u Awtoritajiet - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartimenti /awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Xi grad għandu kull impjegat/a?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li sad-29 ta’ Frar 2016 fid-dipartimenti tal-Ministeru tiegħi kien hemm jaħdmu 1108 impjegat. Il-gradi tal-impjegati huma kif jidhru f’Appendiċi K (paġna 347 u 348) tal-Estimi Finanzjarji għall-2016 kif ippubblikati mill-Ministeru tal-Finanzi li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bdiewa – importazzjoni ta’ nases kontra insetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati nases biex jintużaw mill-bdiewa kontra l-insetti sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Bdiewa – inċentivi għall-użu ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jagħti inċentivi biex il-bdiewa jnaqqsu l-użu ta’ pestiċidi? Fil-każ li iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn l-inċentivi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li wara konsultazzjoni rigward inċentivi sabiex il-bdiewa jużaw metodi agro-ambjentali (agro-environmental measures), mal-Awtorità ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru kkonċernat, jiena nfurmat li dawn ser ikunu mħejja hekk kif indikat fil-miżura numru 10 u partikolarment il-miżuri agro-ambjentali numru 1 u 4 tal-Pjan tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020.

Serer f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn serer - kemm bħala numru kif ukoll bħala tomniet ta’ raba’ - f'Malta separatament minn dawk ta' Għawdex, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Farm Advisory Services bdiewa u raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jagħti l-Farm Advisory Service (FASC) lill-bdiewa u lir-raħħala? Liema minn dawn is-servizzi huma b’xejn u liema huma bi ħlas?

Response (BRINCAT, LEO)

Skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentarti numru 20145. Ninsab infurmat li l-Farm Advisory Services Consortium (FASC) wettqet is-servizzi kollha li kienu kuntrattati u sussidjati taħt il-Programm Żvilupp Rurali (PŻR) 2007-2013 li bihom gawdew il-bdiewa u r-raħħala. Ninsab infurmat ukoll li sa ma tiġi mnedija s-sejħa l-ġdida taħt il- Programm Żvilupp Rurali 2014-2020 u dawn is-servizzi jkunu mill-ġdid eleġibbli għas-sussidju minn Fondi Ewropej, il- Farm Advisory Services Consortium (FASC) mhux qed tikkuntratta li tagħmel xi servizzi ġodda. Għalissa l-FASC tilqa’ biss klijenti li jħallsu skont kif spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20145.

Producer Groups – Bdiewa u Raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn bdiewa u raħħala mseħbin fi Producer Groups, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Il-Buskett – Mużew tal-Enoloġija u l-Vitikultura — żjarat mill-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ membri tal-pubbliku li żaru l-Mużew tal-Enoloġija u Vitikultura fil-Buskett?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li m'hemmx mużewijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istazzjon ta' riċerka dwar l-inbid fil-Buskett, dan mhuwiex miftuħ għall-viżitaturi.

Riżervi tal-Għadira u s-Simar – tfal tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal tal-iskola li żaru r-Riservi tal-Għadira u tas-Simar sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Mil-liema skejjel kienu dawn iż-żjarat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.