Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – permess għal bini taħt il-livell ta’ triq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma taħt liema policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħareġ il-permess biex bini taħt il-livell ta’ triq jinħariġlu permess biex jintuża bħala uffiċini?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jgħid għal-liema permess qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li daħal fis-seħħ ir-Rural Policy and Design Guidance fl-2014 kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu fuq
a) wineries;
b) olive oil buildings;
c) bee keeping;
d) farm retail outlets;
e) visitors’ attractions;
f) Agro tourism accomodation?
Kemm kien hemm minnhom li ġew aċċettati?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4249, 5005, 6257, 762, 14278 u 16059, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fi Triq Ħal Far, limiti taż-Żurrieq peress li din hi triq rurali u tintuża minn bosta bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom f’dawn l-akkwati? X'inhi r-raġuni li għalkemm din t-triq tinsab fi stat diżastruż, baqgħet ma saritx mill-Gvern?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif indika hu stess, din it-triq hija waħda rurali u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu, bħalma diġà ġie spejgat, Transport Malta ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261 fejn ‘il fuq minn 60 triq rurali sarilhom wiċċ permezz ta’ Fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm Triq Ħal Far limiti taż-Żurrieq hija wkoll triq rurali u tinsab fi stat diżastruż, din t-triq ma ngħatalhiex wiċċ bit-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-lista ta’ toroq li saru mill-fondi Ewropej taħt miżura 125 fi ħdan il-Programm għall-Iżvilupp Rurali nġabret wara koordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati. Din it-triq imsemmija ma ġietx proposta u għaldaqstant Transport Malta ma setgħetx tikkunsidraha bħala parti minn dawn ix-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għaqdiet volontarji (NGOs) għall-ħarsien tal-annimali f’Malta u x’għajnuna qed jirċievu mill-gvern?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari ninsab infurmat li kull għaqda volontarja għandha tkun reġistrata mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarja li wkoll jirregola tali għaqdiet. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Sadanittant infakkar li l-Ministeru tiegħi, tramite is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja Sajd u Drittijiet tal-Annimali għandu Fond speċifiku biex jgħin lill-għaqdiet volontarji fil-qasam tal-annimali li permezz tiegħu dawn jingħataw għajnuna wara li jikkwalifikaw taħt sejħa speċifika li toħroġ kull sena. Ninsab infurmat li s-sejħa tas-sena 2016 mistennija li toħroġ sa Ġunju 2016
Kampanja ta’ pubbliċità favur il-prodotti agrikoli Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jerġa’ jorganizza kampanja ta’ pubbliċità favur il-prodotti agrikoli Maltin, bħalma kien isir mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-kampanji ta’ pubbliċità fl-amministrazzjoni preċedenti finanzjata minn fondi pubbliċi, kienet dik marbuta ma’ programm ta’ promozzjoni tal-ħalib frisk kofinanzjat minn fondi tal-UE u fondi nazzjonali, minbarra promozzjoni tal-logo ‘Naturalment Malti’ li però ma kienx jiċċertifika prodotti Maltin speċifiċi.
Ninsab infurmat ukoll li fil-preżent il-gvern ser ikun qed jiffinanzja promozzjoni tal-inbejjed Maltin ta’ kwalità fl-iskemi DOK u IĠT. Minbarra dan ser ikun hemm ukoll kampanji promozzjonali u informattivi dwar l-iskema ta’ kwalità nazzjonali u l-prodotti li jkunu ċertifikati taħtha ladarba tiġi fis-seħħ il-miżura relatata mill-programm tal-iżvilupp rurali.
Transport Malta – uffiċini ġodda – Health and Safety Assessments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi Health and Safety Assessments minn Transport Malta fuq l-uffiċini l-ġodda ġewwa A3 Towers f’Raħal Ġdid, qabel ma ġew irrelokati l-ħaddiema ta’ Transport Malta ġewwa l-istess uffiċini? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Health and Safety Assessments li saru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kienet għamlet rapport ta’ Risk Assessment fuq l-uffiċini l-ġodda tal-A3 Towers qabel ma bdew jiġu rilokati l-ħaddiema. Minn dan ir-rapport jirriżulta li l-uffiċini setgħu jibdew jintużaw għax kienu konformi mal-parametri meħtieġa hekk kif stipulat fil-liġi. L-istes rapport għamel ukoll referenza għal numru ta’ affarijiet żgħar li rrakkomonda li jiġu ndirizzati.
Sussengwentament sar rapport ieħor fejn ġie stabbilit li l-affarijiet li ġew indikati fl-ewwel rapport jew ġew indirizzati għal kollox, jew inkella huma fil-fażi li jiġu ndirizzati.
Nixtieq nenfasizza li din ir-rilokazzjoni saret minħabba l-ħtieġa ta’ uffiċini iktar spazjużi, adekwati, kif ukoll aktar komdi, u għaldaqstant jibbenefikaw l-istess ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fis-sezzjoni tal-Animal Welfare ta' Għawdex wara l-ħinijiet normali tax-xogħol kif ukoll is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-btajjel pubbliċi ma jkun hemm ħadd biex jilqa’ t-talbiet li jsiru peress li ma jkunx hemm uffiċjali standby? Veru li f'każ ta' emerġenza qed ikollhom jittelgħu uffiċjali minn Malta bil-konsegwenza li jintilef ħafna ħin minħabba t-traġitt bil-vapur bejn iż-żewġ gżejjer?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel domanda tal-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li meta jkun mitlub uffiċjali minn Malta jitilgħu Għawdex biex jassistu f’każi ta’ emerġenza.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li għalkemm il-gżira Għawdxija ngħatat ambulanza għall-użu tal-Animal Welfare, din tant hi qadima u mingħajr tagħmir neċessarju li spiċċat ma tintużax? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li għas-sezzjoni tal-Animal Welfare ta' Għawdex tinxtara ambulanza ġdida li tkun tista’ tilqa’ għall-bżonnijiet tal-Għawdxin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari ninsab infurmat li l-ambulanza li l-Ministeru għadda lil Ministeru għal Għawdex ingħatat fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni u b’tagħmir bażiku marbut mal-ħidma tal-Animal Welfare. Ninsab infurmat ukoll li għalkemm din ma kinitx ġdida, kienet tintuża fuq bażi regolari fil-ħidma tad-Direttorat. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat
Peress li minħabba n-nuqqas ta’ xita matul dawn l-aħħar xhur huwa evidenti li se jkun hawn nuqqas kbir ta’ mgħalef għall-bhejjem fl-irziezet Maltin, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-Direttorat tal-Agrikoltura jew xi istituzzjoni oħra tagħmel studju fuq mezzi alternattivi ta’ produzzjoni u/jew ħażna ta’ qmuħ u ċereali li jintużaw bħala għalf tal-bhejjem?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari ninsab infurmat illi, filwaqt li qed jiġu eżaminati miżuri ta’ appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala milqutin min-nixfa, sabiex jittaffa l-impatt fuqhom, m’hemmx il-ħsieb li jsiru studji tat-tip li qed isemmi minħabba li n-nuqqas kbir ta’ mgħalef kien ikkawżat minn kundizzjonijiet klimatiċi ta’ nixfa rekord f’dawn il-gżejjer u mhux marbut ma’ xi nuqqasijiet fil-metodi ta’ produzzjoni jew ħażna tal-qmuħ u ċereali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex qegħda issir xi forma ta’ riċerka fuq l-influss reali tan-Nitrati fl-ilma tal-pjan? Fuq liema bażi xjentifika Malta qiegħda tirraporta lill-Kummisjoni Ewropea fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni fuq in-Nitrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistiex statistika fuq kemm jiġu mibjugħa frott u ħxejjex mill-Pitkalija u mill-Farmers’ Markets? Qiegħda tinżamm statistika fuq il-produzzjoni ta’ inbid, żejt taż-żebbuġa u għasel fil-Gżejjer Maltin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li għar-rigward ta’ bejgħ ta’ frott u ħxejjex mill-Pitkalija tinżamm statistika filwaqt li ghall-bejgħ ta’ ħxejjex u frott mill- Farmers Market ma tinżammx.
Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pjan ta’ fertilazzjoni tal-għelieqi f’Malta u f’Għawdex humiex kollha kompluti? Hemm sistema li tgħin lill-bdiewa biex jingħataw għajnuna fuq il-pjan ta’ fertilazzjoni fl-għelieqi tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jgħid xi jrid ifisser bil-kliem “pjan ta’ fertilizzazzjoni komplut”.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li bdiewa li jridu jagħmlu pjan ta’ fertilizzazzjoni, jistgħu jirrikorru għand nies kwalifikati u approvati mill-Awtorita kompetenti għal dan il-għan jew mingħand
farm advisory service providers
rikonoxxuti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħux jagħmlu xogħol part-time li ma jkunx relatat max-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-artiklu 9 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) ma jipprojbixxix lill-uffiċjali tal-Pulizija milli jaħdmu xogħol part-time sakemm dawn, minn qabel, ikunu talbu u kisbu permess mill-Kummissarju tal-Pulizija. Uffiċjali tal-Pulizija li jiksru din id-dispożizzjoni tal-liġi jkunu ħatja ta' diżobbedjenza u jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom skont kif stipulat fil-klawsola 3(f) tat-Tielet Skeda tal-istess Att.
Bdiewa u raħħala Maltin – permessi biex jagħmlu l-mazzit u l-kirxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jibdew jinħarġu l-permessi neċessarji biex bdiewa u raħħala Maltin ikunu jistgħu jibdew jagħmlu l-mazzit u l-kirxa ta' Malta bħalma qiegħed isir f'diversi pajjiżi oħra Ewropej?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ma rċieva ebda applikazzjoni minn raħħala jew bdiewa biex jagħmlu mazzit jew trippa minn materja prima lokali. Ninsab infurmat ukoll li jekk, fil-futur, jintwera interess minn entità jew entitajiet biex jagħmlu din l-attività, permessi neċessarji jkunu jistgħu jinħarġu minn dan id-Direttorat wara li jiġi aċċertat li l-investiment u l-proċeduri jkunu konformi mal-ħtiġijiet tar-Regolamenti tal-Pakkett Iġjeniku tal-UE.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Mediterranean Conference Centre mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? X'pagi u perkaċċi oħra għandhom? Minn liema lokalitajiet ġejjin?
Peress li t-traffiku kollu li jkun għaddej minn Vjal l-Indipendenza fiż-Żurrieq fid-direzzjoni lejn il-Mitħna tax-Xarolla minflok għadu jgħaddi minn Vjal l-Indipendenza qed jiġi ddevjat minn Triq Ġwann Camilleri, jista’ l-Ministru jara li l-junction bejn dawn iż-żewġ toroq, u ċjoè Vjal l-Indipendenza u Triq Ġwann Camilleri, jiġu ddisinjati biex, b'mod speċjali Triq Ġwann Camilleri ma tibqax perikoluża għar-residenti li joqogħdu f'din t-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li ser jiddiskuti t-talba tal-Onor. Interpellant fis-seduta li jmiss tal-Kunsill nhar l-20 ta’ April.
Animal Welfare ta’ Għawdex – complement ta’ uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-complement ta' uffiċjali mħaddma mas-sezzjoni tal-Animal Welfare ta' Għawdex hux biżżejjed biex ilaħħaq mat-talbiet tal-pubbliku? Jista’ jgħid kemm hu attwalment il-complement ta' uffiċjali f'Għawdex u kemm fil-fatt irid ikun il-complement biex ilaħħaq mal-esiġenzi tal-poplu Għawdxi? Kemm kien hemm uffiċjali assenjati mas-sezzjoni ta' Għawdex, sena b'sena, għal dawn l-aħħar ħames snin, u ċjoè: fl-2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlmentari, ninsab infurmat li fi sforz sabiex l-Animal Welfare f'Għawdex jingħata attenzjoni iktar speċifika ġie deċiż li l-Ministeru għal Għawdex ikollu tim ta’ nies għal dan il-għan. Ninsab infurmat ukoll li bħala parti min dan il-proċess il-Ministeru tiegħi għadda waħda mill-ambulanzi tiegħu lill-Ministeru għal Għawdex filwaqt li għall-ewwel darba ngħata budget ad hoc lill- Ministeru għal Għawdex.
Ninsab infurmat li matul is-snin preċedenti ma kienx hemm nies mill-
Animal Welfare
f'Malta li kienu speċifikament dedikati għal Għawdex iżda l-istaff kien jitla hemm skont il-ħtieġa u l-prijoritajiet. Fil-konfront tal-pjani għall-futur nitlob lill-Onor. Interpelant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Programm għall-Iżvilupp Rurali – 2007-2013 — fondi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien hemm fondi tal-Programm Għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 li ġew assorbiti? Kien hemm fondi mitlufa ta’ proġetti li ma ġewx magħluqa sal-aħħar tal-programm? Jekk iva, kemm jammontaw dawn il-fondi mitlufa?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-awtoritajiet responsabbli qegħdin fil-proċess li jirrikonċiljaw l-aspett finanzjarju tal-programm. Għaldaqstant f’dan l-istadju għadu bikri biex wieħed jagħti l-figuri finali.