Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati – infrazzjoni ta’ regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infrazzjonijiet tar-regolamenti tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MCCAA – bejjiegħa tal-pestiċidi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm bejjiegħa tal-pestiċidi li għandhom il-liċenzja maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex ikunu jistgħu jinnegozjaw dawn il-prodotti?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li hemm sitta u tletin (36) distributuri ċċertifikati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Kunsumatur (MCCAA) li jistgħu jbiegħu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq is-suq Malti.
Leg 12 PQ #24258 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – applikazzjonijiet għall-irziezet tal-annimali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex irziezet tal-annimali jiġu trasformati f’residenzi, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema huma dawn l-applikazzjonijiet? Fiex waslet kull applikazzjoni sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #24259 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – irziezet tal-annimali — permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu ħarġu permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex irziezet tal-annimali jiġu trasformati f’residenzi, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema huma dawn il-permessi li ħarġu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 24258.

Malta Public Trasport – ilmenti – skeda ta’ ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bl-ilmenti dejjem iktar spissi li l-kumpanija Malta Public Transport mhux qed timxi mal-iskeda tal-ħinijiet (timetable) tal-vjaġġi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara minn fejn qed iġib l-istatistika li qiegħed jirreferi għaliha fir-rigward tal-ilmenti aktar spissi dwar il-Malta Public Transport li mhiex timxi mal-iskedi tal-ħinijiet. Dan minħabba li din iż-żieda li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma tirriżultax mill-istatistika li għandha f’idejha Transport Malta. Il-medja ta’ puntwalita li ġiet imkejla għall-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienet ta’ 96%.

Irziezet tal-annimali trasformati f’residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irziezet tal-annimali li ġew trasformati f’residenzi sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Żieda fir-raba’ saqwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li jiżdied ir-raba’ saqwi fis-snin li ġejjin?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li d-Dipartiment ma’ jagħmilx assunzjonijiet u/jew previżżjonijiet li qed jistaqsi fuqhom l-Onor. Interpellant u li jiddependu minn bosta fatturi u kundizzjonijiet li m’għandux kontroll fuqhom. Madankollu, ninsab infurmat ukoll li l-Gvern, permezz tas-SEWCU għaddej bi proġetti tat-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ għall-produzzjoni ta’ ilma għat-tisqija li permezz tiegħu għandu jiżdied ir-raba’ saqwi.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati u l-grad tagħhom fid-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu (inklużi dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li hu responsabbli minnu) sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li b’żieda mar-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari 22913 li n-numru ta’ impjegati u l-grad tagħhom fid-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi (inklużi dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari) sena b’sena mill-2013 sa 2015 huma kif jidhru f’Appendiċi H (paġna 390 u 391) tal-Estimi Finanzjarji għall-2014 u f’Appendiċi K (paġna 349 u 350) tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 kif ippubblikati mill-Ministeru tal-Finanzi u li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Farms tal-Baqar — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm farms tal-baqar li qed jistennew li jiġu rilokati sena b’sena mill-2012 sal-lum?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor Interpellent li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Farm Advisory Services – pjanijiet ta’ fertilazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru pjanijiet ta’ fertilazzjoni mill-Farm Advisory Services (FAS) kemm ilha li ġiet imwaqqfa din l-organizzazzjoni?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat illi n-numru ta’ pjani ta’ fertilazzjoni mill-2014 sal-lum kien ta’ 3,505.

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali – Annimali miġbura mill-ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru annimali mill-ambulanzi tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Rapporti ta’ toroq u mogħdijiet fl-għelieqi bi bżonn ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex bdiewa u raħħala jkunu jistgħu jirrapurtaw toroq u mogħdijiet fl-għelieqi fejn dawn ikollhom bżonn ta’ manutenzjoni u fejn meħtieġ bdil tal-wiċċ tagħhom? Ma’ liema dipartiment/entità tal-gvern jistgħu jsiru dawn ir-rapporti/ilmenti? Hemm xi perjodu massimu ta' ġranet sa meta dawn ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni/bdil ta’ wiċċ ikunu mwettqa?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Manutenzjoni ta’ toroq u mogħdijiet fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartiment / entità hu responsabbli mill-manutenzjoni u fejn meħtieġ bdil tal-wiċċ ta' toroq u mogħdijiet fl-għelieqi? F’każ ta' ħsara lill-inġenji ta’ bdiewa u raħħala minħabba nuqqas ta' manutenzjoni ta' dawn t-toroq u mogħdijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema dipartiment / entità trid tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' dawn il-ħsarat lill-inġenji tal-bdiewa u raħħala?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li naqset il-produzzjoni tat-tadam minħabba l-insett Tuta absoluta sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta’ kemm naqset il-produzzjoni ta’ xi prodott minħabba mard/insetti/fatturi klimatiċi. Ninsab infurmat ukoll li tinżamm biss statistika ta’ kemm kienet il-produzzjoni u, f’dan il-każ partikolari , ta’ kemm daħal tadam għand il-proċessur.

Siġar meqruda minħabba l-Bumunqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqerdu siġar minħabba l-ħanfusa Bumunqar tal-Palm sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Għajnuna lill-Bdiewa – ġwiebi u lqugħ ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna lill-bdiewa biex isiru ġwiebi u lqugħ tal-ilma sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li mill-2013 sal-lum ingħataw €2,003,556 f’għajnuna lill-bdiewa biex isiru ġwiebi u lqugħ tal-ilma. Ninsab infurmat ukoll li din l-għajnuna ngħatat permezz tal-miżura 121 tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2007-2013 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Felu importat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il felu ġie importat mir-raħħala u minn liema pajji¿, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li ma ġie impurtat ebda felu mis-sena 2013 sal-lum.

Ħlejjaq ta’ ħsara li kienu se jidħlu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlejjaq ta’ ħsara li kienu se jidħlu Malta ma’ pjanti jew prodotti agrikoli u ġew interċettati mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti – spezzjonijiet fuq pjanti, ħxejjex u frott impurtat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet m id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fuq pjanti, ħxejjex u frott li qed jiġi mpurtat f’Malta sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.