Ħalib tal-Baqar ta’ Malta – organiżmi/sustanzi perikolużi għas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-ħalib tal-baqar ta' Malta ma fihx MRSA jew organiżmi/sustanzi oħra perikolużi għas-saħħa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħalib kollu jiġi analizzat mill-operatur, li f’dan il-każ huwa l-MDP, u dawn l-analiżi jsiru skont ir-rekwiżiti ta’ Annex III, Section IX, tal-EU.Reg. 853 tal-2004. L-MRSA (Methicillin-resistant S.aureus) mhuwiex rekwiżit. Fil-każ ta’ sustanzi oħra perikolużi għas-saħħa, il-ħalib jiġi analizzat għal dawn il-parametri skont il-ħtiġijiet ta’ A.L. 80 ta’ l-2005 (Regoli tal-2005 dwar il-Miżuri għall-Monitoraġġ ta’ ċerti Sustanza u Residwi tagħhom f’Annimali ħajjin u Prodotti tal-annimali) mill-NVL (National Veterinary Laboratory).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Gvern biex jieħdu ħsieb il-Buskett sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti fid-Dipartimenti/Awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum imtlew il-postijiet vakanti li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-vakanzi (f’Postijiet) ġew approvati skont paragrafu 1.1.6.2 tal-Public Service Management Code.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – impjegati li attendew laqgħat internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li attendew laqgħat internazzjonali sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Min kienu dawn l-impjegati? Għal liema laqgħat attenda kull impjegat? Fejn saru dawn il-laqgħat u u meta saru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Programmi ta’ tagħrif/tagħlim biex jevitaw problemi ta’ mard fuq l-għelieqi/irziezet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-programmi ta' tagħrif/tagħlim li qed jagħmlu d-dipartimenti li jaqgħu taħtu biex il-bdiewa/raħħala jkunu jistgħu jevitaw problemi ta' mard fuq l-għelieqi/irziezet tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programmi ta’ tagħrif/tagħlim li jingħataw miż-żewġ Direttorati li jagħmlu parti mid-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u s-Saħħa tal-Pjanti sabiex bdiewa/raħħala jkunu jistgħu jevitaw problemi ta’ mard fuq l-għelieqi/irziezet tagħhom hu kif ġej:-
Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti jagħti għarfien relatat ma’ organiżmi ta' ħsara għall-pjanti hekk kif tesiġi l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa tal-pjanti, lill-bdiewa u lill-entitajiet reġistrati mad-Direttorat. It-tagħrif jingħata f’forma ta’ linji gwida immirati għas-settur u mxerred permezz ta’ diversi azzjonijiet edukattivi bħal taħdidiet,
seminars
, preżentazzjonijiet, pubblikazzjonijiet f’forma ta’
leaflets
u fuq il-website kif ukoll b’ parteċipazzjoni fuq programmi tar-radju u televiżivi. Minn Jannar 2015 ‘il hawn id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti beda bl-implimentazzjoni tal-programm iffinanzjat mill-UE "Programm ta’ Stħarriġ fuq Organiżmi ta' Ħsara" (
Pest Survey Programme
) bil-għan li jimmonitorja u jissorvelja għelejjel (
crops
) li jinkludi wkoll il-finanzjament ta’ promozzjoni sabiex joħloq għarfien dwar organiżmi ta' ħsara għall-pjanti. Fil-preżent id-Direttorat għaddej b’ kampanja informattiva fuq il-mikrobu
Xylella Fastidiosa
.
Fir-rigward tar-raħħala, kull sena jiġu organizzati
seminars
f’Malta u f’Għawdex mis-Sezzjoni tal-Iġjene tal-Ħalib fi ħdan id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja. L-aħħar wieħed li sar kien fid-19 u l-20 ta’ Novembru 2015 fejn fih ipparteċipaw uffiċjali mid-Direttorat u esperti barranin. Id-Direttorat huwa konxju tal-importanza li l-miżuri ta’ Biosigurtà għandhom sabiex jipprevjenu d-dħul u/jew it-tixrid ta’ mard. Għalhekk biex wieħed itejjeb l-għarfien u jimplimenta tali miżuri, wieħed jista’ jaċċessa l-website fuq
http://www.biocheck.ugent.be/v4/home/
- Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
screenshot
ta’ din il-website f’forma ta’ “Tabella A”. Fuq il-website, id-Direttorat ippublika wkoll linji gwida fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ biosigurtà u li qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra f’forma ta’ “Tabella B”
http://agriculture.gov.mt/en/vprd/Documents/april_2016/Biosecurity%20guidelines.pdf
. Fir-rigward tan-naħal, fl-2015 saret sezzjoni speċifika ta’ informazzjoni mal-presidenti tat-3 assoċjazzjonijiet maġġuri dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-
aetinia tumida
filwaqt li huwa ppjanat li jsiru sezzjonijiet speċifiki ta’ taħriġ fir-rigward tal-ħnieżer u ruminanti żgħar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irziezet tat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom permess joperaw sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamenatari? Kemm kien hemm irziezet tat-tiġieġ li ġew magħluqa fl-istess perjodu għax kisru xi regolament rilevanti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Skemi ta’ Għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex għall-proġetti ta’ titjib bħalma huma ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba’, eċċ. mill-2004 sal-lum? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema wkoll skont in-natura tal-proġett?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, li l-Interpellant għamel domanda simili lill-istess Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’Malta nstabux każi tal-marda taċ-ċitru magħrufa bħala Tristeza, wara li din il-marda feġġet f’Għawdex snin ilu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li f’Malta ma nstabux każijiet tal-marda taċ-ċitru magħrufa bħala Citrus Tristeza, wara li din il-marda feġġet f’Għawdex snin ilu, ħlief minn interċezzjonijiet li saru fuq siġar li ġew minn pajjiżi tal-UE kif ġie spjegat fil-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24235 li saret riċentament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’Għawdex kienx hemm każi ta’ palm milqut mill-ħanfusa Bumunqar tal-Palm?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-ewwel każ tal-ħanfusa Bumunqar tal-Palm f’Għawdex kien irreġistrat fl-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus mill-bejgħ ta’ prodotti agrikoli, inkluż ħalib, mill-farm tal-Għammieri, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Bdiewa u Raħħala – għajnuna – xiri ta’ inġenji tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Gvern lill-bdiewa u lir-raħħala biex jixtru inġenji tax-xogħol, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li mill-2013 sal-lum ingħataw €5,187,715 f’għajnuna lill-bdiewa biex jixtru inġenji tax-xogħol. Ninsab infurmat ukoll li din l-għajnuna ngħatat permezz tal-miżura 121 tal-programm ta’ ¯Żvilupp Rurali 2007-2013 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ta’ rimi ta’ skart fil-kampanja sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm permessi ta’ barrieri, f'liema lokalità u kemm okkupaw art, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li jiżdied in-numru ta’ passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja fil-ħames snin li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie rrappurtat diversi drabi, in-numru ta’ passiġġiera li qegħdin jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku qiegħed jiżdied minn sena għall-oħra. In-network il-ġdid li kien ġie introdott bejn Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra kien fil-fatt ħa provedimenti sabiex jindirizza din iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri u pprovda sabiex jiżdiedu kemm ir-rotot kif ukoll il-frekwenzi tal-vjaġġi, speċjalment fil-ħinijiet ikkunsidrati bħala peak. Għal dan il-għan, l-operatur tat-trasport pubbliku, is-sena li għaddiet, introduċa 143 karozza tal-linja ġdida. Huwa wkoll maħsub li f’Ġunju ta’ din is-sena, l-operatur tat-trasport pubbliku ser ikun qiegħed iżid il-flotta tiegħu bi 33 karozzi tal-linja ġodda.
Is-sistema il-ġdida ta’ kif wieħed iħallas għall-vjaġġ li ser ikun ser jagħmel, jiġifieri permezz tal-uzu ta’ tallinja card li giet introdotta f’Lulju tas-sena l-oħra, qegħda tipprovdi informazzjoni ferm aktar akkurata tad-domanda li hemm fuq kull rotta, kull ġurnata. Il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, Transport Malta flimkien mal-operatur tat-trasport pubbliku qegħdin jevalwaw din l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu dawk il-miżuri sabiex it-trasport pubbliku jkun qiegħed f’pożizzjoni li jlaħħaq mad-domanda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li jkun hemm karozzi fit-triq fil-ħames snin li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandix din l-informazzjoni mitluba. Madanakollu l-istatistika turi li minn sena għall-oħra dejjem ikun hemm żieda fin-numru ta’ karozzi liċenzjati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-prodotti agrikoli esportati minn Malta sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Agrikoltura ma jiġborx din l-informazzjoni għax ħadd mhu obbligat jirrapporta meta jkun qiegħed jesporta u/jew jbiegħ fuq is-suq intern fil-pajjiżi tal-UE.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-prodotti agrikoli importati mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi terzi, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24263.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il felu ġie prodott (mgħalef tal-annimali) mill-farm tal-Għammieri sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li ma ġie mkabbar l-ebda felu mill-2013 ‘il quddiem ġewwa l-farm tal-Għammieri.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu l-Gvern biex il-marda tas-siġar taż-żebbuġ (il-mikrobu Xylella) li hemm fl-Italja ma jidħolx f’Malta wkoll?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qed jimxi mal-miżuri maħruġa taħt il-legiżlazzjoni tal-UE “Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/789 UE tat-18 ta’ Mejju,2015 rigward miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella Fastidiosa (Well u Raju), u l-ammendi tagħha. L-Abbozz ta’ Avviż Legali “Kontroll tal-Xylella Fastidiosa (Wells et al.) Regolamenti, 2016” ġie ppreparat u bħalissa qiegħed fi stadju ta’ konsultazzjoni pubblika li waslet biex tintemm.
Ninsab infurmat ukoll li l-
Unit
tas-Sorvelljanza u l-Infurzar fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qed jagħmel spezzjonijiet regolari fuq konsenji ta’ pjanti li ġejjin minn pajjiżi tal-UE fejn jinstab il-batterju tal-
Xylella fastidiosa
.
Qegħdin jittieħdu kampjuni każwali għall-pjanti li jidħlu Malta sabiex jiġu ttestjati għal dan l-organiżmu. Aparti minn hekk, infurmat ukoll li qegħdin isiru spezzjonijiet fil-portijiet fejn jidħlu l-Catamaran u l-Grimaldi
Ferries,
tant li
flimkien ma’ dan, id-Direttorat vara kampanja ta’ informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u entitajiet kummerċjali fosthom filmati, fuljetti, kif ukoll xi preżentazzjonijiet waqt laqgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-gvern jonfoq fi ġwież għall-annimali li qed jitrabbew fil-farm tal-Għammieri xahar b' xahar minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.