Legislature:
Category:
Reset
Active:

White Taxis – sidien jew xufiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li sidien jew xufiera tal-White Taxis jistgħu jipparkjaw fihom u dan anke bil-permess tal-Awtorità tat-Trasport Pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sidien jew xufiera tal-White Taxis jistgħu jipparkjaw fit-taxi stands li jkunu fit-triq apposta għalihom.

Pjanijiet biex tissolva l-problema ta’ traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex tissolva l-problema tat-traffiku kif ukoll biex it-trasport pubbliku jiġi aktar effiċjenti? Meta dan il-pjan se jibda jiffunzjona u b'hekk jibdew jiġu milħuqa l-aspettativi tal-pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 18844, fir-rigward ta’ miżuri li diġa qed jiġu mplimentati sabiex titnaqqas il-problema tat-traffiku. Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ li parti mis-soluzzjoni sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku hija li aktar persuni jużaw s-servizz tat-trasport pubbliku b’mod aktar frekwenti. In-network il-ġdid tat-trasport pubbliku fil-fatt ġie mfassal sabiex ikun jista’ jilħaq aktar l-esiġenzi tal-persuni li jagħmlu użu minnu, iħajjar persuni li ma’ jagħmlux użu mis-servizz li jibdew jużawh u fl-istess ħin jagħmlu aktar aċċessibli. In-network il-ġdid ra żieda ta’ 2.5miljun kilometru fis-sena, b’żieda ta’ medja ta’ 400 vjaġġ kuljum u li beda jilħaq inħawi ġodda. Ġew introdotti 24 rotta ġdida u saru modifiki fuq 43 rotta eżistenti.Rajna ukoll żieda ta’ 15% fin-numru ta’ passġieri li jużaw dan is-servizz meta ikkomparat mas-sena l-oħra. Żdiedu wkoll 80 bus stop ġdid. Permezz tal-introduzzjoni ta’ tallinja card tħaffef ukoll il-proċess ta’ tagħbija tal-passiġġieri u b’hekk tnaqqas il-ħin tat-traġitt. Fl-istess ħin tnaqqas il-ħin li karozza tal-linja toqgħod wieqfa fuq bus stop. L-operatur tat-trasport publiku introduċa wkoll 143 karrozzi tal-linja ġodda u hemm il-ħsieb li din is-sena jiġu introdotti 33 karozzi tal-linja ġodda oħra. Minn informazzjoni li tinġabar minn fuq is-sistema tal-GPS li hemm fuq kull karozza tal-linja jirriżulta li aktar ma’ jmur is-servizz qiegħed jesperjenza titjib kemm f’dak li jirrigwarda il-puntwalita’ kif ukoll affidabilita’. Dawn il-miżuri qegħdin iwasslu għal żieda fin-numru ta’ passiġġieri. Ta’ min ifakkar li minn studju li kien sar mill-Institute for Climate Change and Sustainable Development tal-Universita’ ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rappreżentata f’Malta, is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna fil-perjodu ta’ Gvern preċedenti kienet ħafna aktar imwiegħra milli kienu jippruvaw ipinġuha. Dan l-istudju sar fl-2012, fit-tieni sena tal-operat tal-kumpanija Arriva. Hawnhekk rajna nuqqas fin-numru ta’ passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, bil-konsegwenza li rajna żieda fil-karozzi privati fit-toroq tagħna, kif ukoll żieda drastika f’ inċidenti tat-traffiku. Dan kollu kien konsegwenza tal-falliment fir-riforma tat-trasport pubbliku. Ta’ min wieħed jinnota li waħda mill-persuni li għamlu dan l-istudju hija l-istess persuna li llum il-ġurnata tmexxi wieħed mid-disa’ fora maħtura mill-Partit Nazzjonalista. Rakkomandazzjoni ewlenija li ħarġet minn dan l-istudju kienet li jkun hemm titjib fit-trasport pubbliku biex aktar nies jagħmlu użu minnu b’ riżultat li jkollna inqas konġestjoni tat-traffiku u jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, ħaġa li rajna titjib fiha f’dawn l-aħħar xhur.

Industrija tal-Ipproċessar tal-Ikel — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu mal-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (food processing) sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, l-għadd ta’ nies jaħdmu fuq bażi ‟full-time” u ‟part-time only” fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (food processing) fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2012, 2013, 2014 u Novembru 2015, huwa kif se nsemmi: Persuni jaħdmu fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel Full-Time u Part-Time Only Diċembru 2012 3,020 Diċembru 2013 2,976 Diċembru 2014 3,143 Novembru 2015 3,122

Importazzjoni ta’ ċereali għall-konsum tal-bniedem u tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u minn fejn ġew importati ċereali għall-konsum tal-bniedem u tal-annimali sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Produzzjoni lokali tal-frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta’ frott frisk, xahar b' xahar, bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u l-31 ta' Jannar 2016? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin xahar b' xahar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ta’ kemm daħal frott frisk lokali għall-bejgħ fil-Pitkalija, xahar b’xahar fil-perjodu rikjest. Nenfasizza li dawn il-figuri huma għall-bejgħ ta’ frott frisk lokali mill-Pitkalija u ma jinkludux produzzjoni lokali li nbiegħet direttament mill-bidwi.

Persuni li tressqu l-Qorti fuq moħqrija jew abbandun ta’ annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti minħabba moħqrija jew abbandun ta’ annimali sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Pitkalija Ċentrali – prodott tal-frawli – prezz medju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-frawli fil-pitkalija ċentrali xahar b'xahar u sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm bdiewa u raħħala separatament u sena b'sena gawdew minn għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; (b) fiex kienu jikkonsistu dawn l-għajnuniet; u (c) min huma dawk il-bdiewa u r-raħħala li gawdew minn dawn l-għajnuniet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara t-13 ta’ Marzu 2013, il-bdiewa u r-raħħala setgħu jibbenefikaw minn 4 miżuri minn Fondi tal-Unjoni Ewropea. 3 miżuri kienu parti mill- Programm għal Żvilupp Rurali 2007-2013 waqt li l-miżura l-oħra hi l-iskema tal-pagamenti diretti. Il-Miżura 121 għenet 90 bidwi u raħħal. Il-Miżura ta’ Żoni Żvantaġġjati (LFA) għenet medja ta’ 6,000 bidwi kull sena, u l-Miżura Agro Ambjentali għenet medja ta’ 2,100 bidwi kull sena. Il-Miżura ta’ Pagamenti Diretti għenet madwar 6,000 bidwi fis-sena. Il-Miżura 121 kienet għajnuna sabiex ir-raħħala jimmodernizzaw l-azjendi tagħhom u sabiex jixtru makkinarju aktar modern għal valur ta’ aktar minn €8 miljuni. Il-Miżura ta’ Żoni Żvantaġġjati (LFA) għenet lill-bdiewa kollha li jaħdmu r-raba’ waqt li l-Miżura Agro Ambjentali għenet lil dawk il-bdiewa li addottaw sistemi ta’ benefiċċju għall-ambjent. Taħt dawn iż-żewġ miżuri tqassmu, mill-2013 sal-lum, €5.5 miljuni u €2.5 miljuni rispettivament, waqt li taħt l-iskema tal-pagamenti diretti tqassmu ċirca €5.2 miljuni kull sena. Dawk il-bdiewa kollha li applikaw u kienu eliġibbli, gawdew minn dawn l-għajnuniet.

Trasport Pubbliku — penali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm weħel penali kull operatur tat-Trasport Pubbliku separatament minn Lulju ta' 2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b' xahar, minħabba nuqqasijiet fil-provvista tas-servizz tat-Trasport Pubbliku? Kemm minn dawn il-penali tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-penali li ġew imposti fuq l-operaturi tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalita u affidabbilita’ minn Lulju 2011 kienu hekk kif ġej: Sena Valur ta’ Penali Operatur Noti 2011 € 18,925.00 Arriva Malta Limited Penali mħallsa kollha 2012 € 425,950.00 Arriva Malta Limited Penali mħallsa kollha 2013 € 65,150.00 Arriva Malta Limited Penali mħallsa kollha 2014 € 0.00 Malta Public Transport Perjodu meta l-operat tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija tal-Gvern 2015 € 0.00 Malta Public Transport Perjodu ta’ transizzjoni fejn ma’ ġewx imposti multi għal dak li jirigwarda puntwalita’ u affidabilita’ 2016 € 2,825.00 Malta Public Transport Penali parzjali maħruġa għax-xahar t’April 2016

Green jobs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara l-pubblikazzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni tal-ekonomija l-ħadra, il-Gvern qed jaħdem sabiex jassigura li l-azzjonijiet li ġew imfassla f’dan il-pjan jiġu mwettqa. Dan ser iwassal biex ji¿died l-investiment aħdar fis-setturi tal-ekonomija u b’hekk jinħolqu ukoll ‘green jobs’. L-għan ta’ dan il-pjan huwa li l-ekonomija ssir iktar sostenibbli billi nippromwovu t-tkabbir tal-ekonomija l-ħadra. Bħalissa ninsabu fi stadju fejn l-azzjonijiet qed jiġu evalwati sabiex nassiguraw bilanċ bejn l-ambjent u l-ekonomija billi nidentifikaw dawk l-azzjonijiet li huma iktar sinifikanti u cost-efficient.

Bdiewa – għajnuna għall-ħsarat ikkawżati mill-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna lill-bdiewa biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati mill-maltemp sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm domanda għal din l-għajnuna u kemm minnhom intlaqgħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12276 u 20151. Inżid ngħid illi fil-programm elettorali tiegħu, il-Gvern kien wiegħed li jindirizza din il-materja. Din il-wegħda ġiet attwata fil-Programm għall-I¿vilupp Rurali 2014-2020, taħt il-Miżura 17 (Artikolu 36 tar-Reg. (UE) Nru. 1305/2013) – Assigurazzjoni - Għajnuna għall-ħlas tal-poloz relatati mal-assigurazzjoni tal-uċuħ, pjanti, annimali.

Importazzjoni ta’ baqar u għoġġiela tal-ħalib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati baqar u għoġġiela tal-ħalib sena b’sena mill-2012 u minn liema pajjiż sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi ma ġew impurtati l-ebda baqar u/jew għoġġiela tal-ħalib.

Ġbejniet prodotti f’Malta u Għawdex — valur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li jlaħħaq il-valur komplessiv ta’ ġbejniet prodotti f’Malta u f'Għawdex sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24279 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Skemi ta’ Għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex għall-proġetti ta’ titjib bħalma huma ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba', eċċ. mill-2004 sal-lum? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema wkoll skont in-natura tal-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Skemi ta’ Għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Għawdex kif ukoll għall-bdiewa f’Malta separatament għall-proġetti ta’ titjib bħalma huma ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba', eċċ. mill-2004 sal-lum? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema wkoll skont in-natura tal-proġett?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skemi ta’ Għajnuna ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea – bdiewa f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, għall-bdiewa f’Malta kif ukoll għall-bdiewa f'Għawdex separatament, għall-proġetti ta’ titjib bħalma huma ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba', eċċ. mill-2004 sal-lum? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa ibbenefikaw taħt kull skema wkoll skont in-natura tal-proġett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, li l-Interpellant għamel domanda simili lill-istess Ministru.

Skemi ta’ Għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa f’Malta għall-proġetti ta’ titjib bħalma huma ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba’, eċċ. mill-2004 sal-lum? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema wkoll skont in-natura tal-proġett?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24283 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – talbiet pendenti għall-estensjonijiet ta’ farms

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal dawk li huma estensjonijiet ta' farms/irziezet tal-bdiewa sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lilli mill-Awtorita tal-Ippjanar hija hawn annesa: Sena Total 2012 12 2013 14 2014 11 2015 32 2016 11