Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru ta’ mikropropagazzjoni — Siġar tal-frott ħielsa mill-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tas-siġar tal-frott ħielsa mill-mard li tkabbru fiċ-Ċentru ta' Mikropropagazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn is-siġar inbiegħu lill-bdiewa u/jew lill-konsumaturi fl-istess perijodu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ċentru tal-Mikropropagazzjoni — Nefqa - Siġar tal-frott ħielsa mill-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kienet in-nefqa fiċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni sabiex jitkabbru siġar tal-frott ħielsa mill-mard?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ċentru tal-Mikropropagazzjoni – esperimenti fuq pjanti jew siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema speċi ta' pjanti jew siġar qed isiru l-esperimenti fuqhom bħalissa, fiċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li bħalma kien diġà spjegat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari fil-passat, fis-sena 2000 iċ-Ċentru f’tal-Kmand inbidel fi Plant Biotechnology Centre li jinkludi fih parti mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti. Ix-xogħol li jsir fil-laboratorju tal-In vitro jew mikropropagazzjoni tal-pjanti huwa biss parti żgħira mix-xogħol li jsir f’dan iċ-Ċentru. Ninfurmah ukoll li bħalissa l-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti, li huwa wieħed mill-laboratorji li jagħmlu parti miċ-Ċentru għall-Bioteknoloġija tal-Pjanti fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, qiegħed jesperimenta fuq dawn il-pjanti/siġar hekk kif ġej:- Farfugium japonicum (Leopard plant, Galletta) Ficus carica (Fig, Tina) Morus alba (White mulberry, Ċawsla) Morus nigra (Black mulberry, Tuta) kif ukoll Citrus L . (Citrus, Ċitru)

Esperti barranin fl-oqsma tal-biedja u sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx esperti barranin fl-oqsma tal-biedja u sajd mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jekk fl-affermattiv, f'liema qasam? Min kienu? X'rapporti ġew ikkommissjonati? Jekk fin-negattiv, għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġu esperti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-2012 sal-llum ġew diversi esperti barranin fl-oqsam tal-bieda u sajd hekk kif ġej:- Bħala parti mill-kampanja taħt il-LIFE+, fl-2012, tfasslet kampanja ta’ informazzjoni ‘InfoNitrates’ liema kampanja kienet tikkonċerna l-protezzjoni tal-ilma tal-Pjan mit-tniġġis tan-Nitrat ikkawżat minn sorsi agrikoli. Fost miżuri oħra waqt il-kampanja saru ‘networking activities’ fejn persuni ħadu t-taħriġ l-Italja u l-Ġermanja kif ukoll l-Israel. Filwaqt li ġew esperti mill-Israel u l-Italja speċifikament bħala parti mit-taħriġ għall-uffiċjali involuti fil-monitoraġġ u kontrolli f’dan il-qasam. Bejn is-sena 2014 u s-sena 2015 Malta għamlet użu minn servizzi ta’ konsulenza miċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji Agronomiċi Avvanzati fil-Mediterran (CIHEAM). Il-konsulenza serviet sabiex jiġi stabbilit abbozz legiżlattiv għal skema Nazzjonali ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli f’Malta. Riżultat ta’ dan ġew stabbiliti l-Liġi Sussidjarja 427.89 u 427.90 kif ukoll linji gwida dwar l-amministrazzzjoni tas-sistema ta’ kwalità, linji gwida dwar il-kontrolli kif ukoll numru ta’ standards għall-prodotti agrikoli ta’ kwalità. Fl-2015, id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, ikkommissjona studju dwar il-mewġ fil-Port ta’ Marsaxlokk, sabiex jiġi aġġornat dak li kien sar fl-2010 mill-istess kumpanija. Il-kumpanija ngaġġata biex tħejji dan l-istudju kienet “ABP Marine Environmental Research Ltd”, mir-Renju Unit. Ir-rapport li ġie kkommissjonat kien jismu “Wave model tests of proposed Marsaxlokk breakwater designs”.

Għawdex — Proġett t’afforestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn kienu żviluppati proġetti t'afforestazzjoni f'Għawdex sena b’sena mill-2012 sal-lum? X'kienet l-ispiża minfuqa s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Parks qatt ma għamel proġett ta’ afforestazzjoni ġewwa Għawdex. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Serq ta’ prodotti agrikoli minn għelieqi u serer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq ta’ prodotti agrikoli minn għelieqi u serer rappurtati lill-pulizija sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar 2012 u t- tletin t’ April 2016 ġew rappurtati lill-pulizija disa’ u sittin (69) każ ta’ serq ta’ prodotti agrikoli minn għelieqi, rziezet u postijiet oħra. It-tabella t’hawn taħt turi n- numru ta’ każijiet irrapurtati sena b’sena’. Rapporti dwar serq ta’ prodotti agrikoli Year Total 2012 23 2013 14 2014 12 2015 14 2016 (sa 30/04/2016) 6 Grand Total 69

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programmi ta’ tagħrif jew tagħlim għall-bdiewa jew raħħala

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-programmi ta' tagħrif/tagħlim li qed jagħmlu d-dipartimenti li jaqgħu taħtu biex il-bdiewa/raħħala jkunu jistgħu jevitaw problemi ta' mard fuq l-għelieqi/irziezet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 24276. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-mistoqsija hija kelma b'kelma bħal dik li kien għamel permezz tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24276. F'dik il-mistoqsija ngħatat tweġiba dettaljata u għalhekk diffiċli wieħed jifhem l-iskop ta' din id-domanda.

Produzzjoni tal-ġbejniet għall-bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni (raħħala) li huma awtorizzati li jipproduċu ġbejniet għall-bejgħ fis-suq lokali? X'tip ta' kontroll iwettaq il-Ministeru biex jassigura li ma jkunx hemm produzzjoni u bejgħ ta' dan il-prodott minn persuni li mhumiex awtorizzati biex jagħmlu dan il-prodott?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm tlettax -il raħħal li għandhom l-approvazzjoni biex ibiegħu l-prodott tagħhom fuq is-suq tal-UE. Għaddejjin proċeduri biex jiġu evalwati raħħala oħrajn. Qiegħed isir xogħol biex tiġi ppubblikata abbozz ta’ Avviż Legali bl-iskop li jaddatta r-regolamenti relevanti tal-Unjoni Ewropea sabiex jistgħu jkomplu jiġu wżati metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġbejniet.

Raħħala full-time jew part-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' raħħala full-time u part-time li huma reġistrati preżentament, skont l-annimali jew tjur li jrabbu, f'kull lokalità f’Malta u Għawdex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12920.

Bini ta’ reservoirs għall-ilma — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għajnuna finanzjarja għal dawk li jkunu jridu jinvestu sabiex jibnu reservoir għall-ilma tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-għajnuna tingħatax u jekk tingħata, tingħatax għal raġuni domestika, agrikola jew industrijali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna li titħallas taħt id-dekasteru tiegħi għat-tip ta’ investiment li qed jistaqsi dwaru hija biss dik li toħroġ taħt is-sejħiet li tħejji l-Awtorità ta’ Ġestjoni għall-Programm għall-Iżvilupp Rurali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implementazzjoni tal-Manifest Elettorali taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020. Dan jinkludi l-miżura 4 li parti minnha hija intenzjonata għal dawk il-bdiewa u r-raħħala li jixtiequ jinvestu f’bini ta’ reservoirs u sistemi oħra li jwasslu għall-irkupru tal-ilma, għall-iskopijiet imniżżlin taħt dik il-miżura.

Sejħa għall-Offerti jew riżoluzzjoni parlamentari – art meħuda biex isiru toroq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti jew tar- riżoluzzjoni parlamentari li permezz tagħha ngħatat art jew ittieħdet art biex isiru toroq, sena b'sena, minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24304 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salinità tal-ilma prodott mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-livelli medji ta’ salinità tal-ilma prodotta mill-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ sena b’sena mill-2012 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-livelli medji ta’ konduttivita’ tal-ilma prodotta mill-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ mill-2012 sal-aħħar tal-2015 hija hekk: Ta’ Barkat Sewage Treatment Plant - 11608 Sant’Antnin Sewage Treatment Plant - 9571 North Sewage Treatment Plant - 5594 Gozo Sewage Treatment Plant - 3456
Leg 12 PQ #24305 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Konferenzi internazzjoni f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konferenzi internazzjonali f'Għawdex sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ġiet tiswa kull konferenza? Fejn saru dawn il-konferenzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-Ministeru għal Għawdex organizza konferenza internazzjonali fi Frar tas-sena 2012. Il-konferenza ‘Improving the Tourism Offer in Rural Regions’ saret fil-lukanda Kempinski f’San Lawrenz Għawdex, għall-ammont ta’ €11,013.22.
Leg 12 PQ #24306 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ avvelenament akut minn pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew senjalati każijiet ta’ avvelenament akut min-nies minn pestiċidi sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2014 sa Marzu ta’ din is-sena kien hemm 3 kazijiet.
Leg 12 PQ #24307 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Senjalati każijiet ta’ mard tal-bniedem li jittieħed mill-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx senjalati każijiet ta’ mard tal-bniedem li jittieħed mill-annimali? Jekk iva, jista jgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard huwa risponsabbli għas-sorveljanza tal-mard infettiv, fosthom iż-żoonożi, li huma mard jew infezzjonijiet li jistgħu jittieħdu direttament jew indirettament bejn l-annimali u l-bnedmin. It-tabella ta’ hawn taht, turi il-każijiet kollha rrapurtati lid-direttorat mis-sena 2014 sat-13 ta’ Mejju 2016. Huwa importanti li wieħed jirrealizza li il-każijiet msemmija mhux kollha ittieħdu direttament mill-annimali u li huwa difficli li wieħed jagħraf is-sors ta’ dawn l-infezzjonijiet. Il-maġġur parti ta’ ċertu infezzjonijiet (eż. Salmonella) jistgħu jiġu transmessi minn bniedem għall-iehor kif ukoll minn ikel u oġetti kkontaminati. . Zoonotic Disease 2014 2015 2016 (up to 13/05/2016) Campylobacteriosis 312 258 77 Salmonellosis 173 175 63 Ecoli 15 10 0 Toxoplasmosis 9 14 0 Typhus 0 2 1 Leptospirosis 0 2 0 Listeriosis 2 4 0 Leishmaniasis 3 1 0 Cryptosporidiosis 0 1 1 Q fever (coxiella burnetii) 0 0 0 Brucellosis 0 0 0 vCJD 1 0 0

Settur agrikolu — Każi ta’ korrimenti fuq ix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ korrimenti fuq ix-xogħol fis-settur agrikolu sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters f’Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq in-network tat-trasport pubbliku hemm total ta’ 507 bus shelters imxerdin ma’ Malta u Għawdex. Minbarra dawn il-bus shelters hemm seba’ postijiet oħra fejn hemm installati canopies kbar fejn passiġġieri li jkunu qed jistennew il-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jistkennu mill-elementi.

Tiswijiet ta’ bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru tiswijiet ta' bus shelters u kemm inbnew ġodda jew inbidlu, xahar b' xahar, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2011 u 2015 ġew installati 70 bus shelter ġdid. Dawn kienu maqsuma hekk kif ġej: Sena Numru ta’ Bus Shelters 2011 32 2012 22 2013 4 2014 5 2015 7 Barra minn hekk, fl-istess perjodu, Transport Malta nstallat seba’ tined kbar fejn wieħed ikun jista’ jistkenn mill-elementi waqt li jkun qiegħed jistenna l-karozzi tal-linja. Dawn it-tined twaħħlu ġewwa l-isptar Mater Dei, l-Universita’, iċ-Ċirkewwa, l-Ajruport, il-Marsa Park and Ride, Buġibba u Victoria Għawdex. Infurmat ukoll li bejn l-2011 u Marzu ta’ din is-sena, il-kuntrattur li huwa responsabli minn dawn il-bus shelters wettaq total ta’ 2,657 intervent ta’ manutenzjoni jew tiswijiet li kienu maqsumin hekk kif ġej: Sena Numru ta’ Interventi 2011 496 2012 531 2013 506 2014 479 2015 461 2016 184

Każijiet ta’ nies li ma ħallsux għall-biljett tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta’ nies li ppruvaw jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mingħajr ma jkunu ħallsu l-biljett, xahar b' xahar, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tirrigwarda l-operat ta’ entità privata, f’dan il-każ l-operatur tat-trasport pubbliku, u għaldaqstant ma tistax tingħata.