Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li huma reġistrati mal-Korporazzjoni Enemalta u li jservu għall-biedja, separatament għall-farms u rziezet oħra tal-annimali u kemm għas-serer u faċilitajiet agrikoli oħra? Fejn jinsabu, lokalità b' lokalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. illi hemm 1037 arloġġ imqassma hekk kif ġej:
Lokalita’
Ammont
Attard
12
Baħrija
4
Bir id-Deheb
3
Birgu
3
B’Kara
8
B’Buġa
8
Bormla
2
Burmarrad
25
Dingli
20
Fgura
5
Floriana
5
Fontana
1
Għajnsielem
9
Għarb
10
Għargħur
8
Għasri
10
Għaxaq
11
Gudja
4
Ħamrun
5
Kalkara
4
Kemmuna
1
Kerċem
15
Kirkop
5
Lija
6
Luqa
16
Magħtab
12
Manikata
2
Marsa
21
Marsaskala
13
Marsaxlokk
14
Mellieħa
22
Mġarr
22
Mġarr Għawdex
1
Mosta
37
Mqabba
20
Msida
6
Mtarfa
7
Munxar
6
Nadur
24
Naxxar
47
Paola
4
Pembroke
1
Qala
3
Qormi
48
Qrendi
17
Rabat
99
Rabat Għawdex
25
Safi
13
San Ġwann
16
San Lawrenz
1
San Pawl il-Baħar
30
San Pawl tat-Tarġa
1
Sannat
8
Santa Luċija
5
Sta Lucija Għawdex
4
Santa Venera
5
Siġġiewi
37
Sliema
1
St Andrews
1
Swieqi
2
Tarxien
12
Xagħra
10
Xewkija
32
Xgħajra
6
Xlendi
1
Żabbar
27
Żebbuġ
65
Żebbuġ Għawdex
4
Żejtun
47
Żurrieq
32
Oħrajn
26
TOTAL
1037
Jista' l-Ministru jara x'jista’ jsir sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jikber ta' ħamiem selvaġġ fl-ibliet tagħna speċjalment madwar il-Port il-Kbir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Dipartiment Veterinarju – programm tal-preservazzjoni tal-mogħża Maltija
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu d-Dipartiment Veterinarju sabiex jippreserva r-razza tradizzjonali tal-mogħża Maltija? Dan il-programm jinkludi wkoll studju għall-miljorament ta’ din ir-razza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Veterinarju m’għandu l-ebda programm ta’ preservazzjoni kif msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari.
Min-naħa l-oħra, id-Direttorat tal-Agrikoltura, fl-Għammieri, għandu programm tat-tkattir tar-razza tal-mogħża Maltija.
Fl-istess waqt id-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u l-Kompettività qiegħed f’taħdidiet ma’ NGO lokali li l-għan tagħha hu li tikkonserva razez ta’ annimali indiġeni Maltin.
Hemm il-ħsieb li flimkien ma’ dan id-Direttorat isiru xi studji fuq ir-razzez Maltin u anke programmi ta’ konservazzjoni li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ raħħala madwar Malta u Għawdex.
Institute of Earth Systems tal-Università – esperimenti fuq tjur u bhejjem ta’ razez Maltin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tjur u bhejjem ta’ razez 'Maltin' qed isiru esperimenti dwarhom mill-Institute of Earth Systems tal-Università?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Dipartiment tal-Agrikoltura – twaqqif ta’ Producer Organisations
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhomx isiru laqgħat bejn l-għaqdiet tal-bdiewa u d-Dipartiment tal-Agrikoltura dwar it-twaqqif tal-Producer Organisations? X'diffikultajiet tqajmu mill-bdiewa u xi stħarriġ qed isir mid-Dipartiment tal-Agrikoltura sabiex jiġu mistħarrġa dawn id-diffikultajiet li qajmu l-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi laqgħat dwar twaqqif ta’ għaqdiet tal-produtturi ġodda jsiru jekk ikun hemm talba minn bdiewa jew għaqdiet ta’ bdiewa f’dan ir-rigward sabiex tiġi provvduta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Filwaqt li ma kienx hemm talbiet għal dan il-għan riċentement, l-esperjenzi b’għaqdiet tal-produtturi li twaqqfu fl-imgħoddi, ma tantx kienu ta’ inkoraġġiment u ħafna minnhom kellhom ir-rikonoxximent tagħhom mitmum ħesrem minħabba raġunijiet bħal:-
· Sitwazzjoni fejn l-għaqda ma kelliex għad-dispożizzjoni tagħha, ir-riżorsi neċessarji u tagħmir adekwat għal funzjoni tagħha biex tilħaq l-għan tal-Pjan Operattiv.
· Sitwazzjoni fejn l-għaqda ma setgħetx twettaq l-għan ewlieni tal-attività tagħha li tistabilixxi sistema u torganizza l-bejgħ tal-prodotti tal-membri.
· Sitwazzjoni li taffetwa Grupp ta’ Produtturi, fejn l-għan ewlieni kien li jkun hemm sistema konċentrata u organizzazzjoni stabbilità għall-bejgħ u tqegħid fuq is-suq tal-prodotti tal-bdiewa membri
· Każijiet fejn l-għaqdiet fasslu sistema ekonomika artifiċjali biex ikabbru l-eleġibbiltà għall-fondi
· Każijiet fejn għaqdiet għażlu li jagħlqu volontarjament minħabba nuqqas ta’ rieda mill-membri li jikkonsenjaw il-prodott kollu tagħhom sabiex jiġi mibjugħ mill-għaqda.
· Nuqqas ta’ numru suffiċjenti ta’ membri/valur ta’ produzzjoni mibjugħa li jagħmel l-għaqda mhux vijabbli
· Nuqqas ta’ riżorsi amministrativi biżżejjed sabiex wieħed iżomm mal-obbligi onerużi ta’ pjanifikazzjoni u rapurtaġġ mitluba mill-Unjoni Ewropea sabiex topera organizzazzjoni ta’ dan it-tip.
Id-Direttorat tal-Agrikoltura joqgħod fuq il-pariri tekniċi tal-Bord kompost taħt l-A.L 233 tal-2011 li ripetutament sab nuqqas tal-livell organizzativ professjonali u l-iskala ta’ operazzjoniet neċessarji sabiex jagħmlu dan it-tip ta’ organizzazzjoni vijabbli fir-realtajiet ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna sena b’sena mill-2012 sal-lum? Kemm swiet fi flus l-ispiża sena b'sena għal dan l-ilma riċiklat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispiża annwali tvarja skont:
· l-ammont ta’ drenaġġ ittrattat kif ukoll l-ammont mibgħut għat-tisqija,
· il-kwalita’ ta’ drenaġġ ittrattat,
· liema ġibjuni jintlew skont id-domanda,
· in-numru ta’ ġimgħat fis-sena b’domanda għall-ilma, u
· l-manuntenzjoni skedata fis-snin rispettivi.
Il-medja ta’ spiża annwali għal dawn is-snin kienet ta’ €1.68 miljuni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’dawn l-aħħar tliet snin jekk sarux xi tiswijiet f’ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xorb? Fejn qegħdin dawn il-ġibjuni u kemm sewa flus kull ġibjun?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi f’dawn l-aħħar tlett snin saret tiswija tal-ġibjun ta’ Pembroke li swiet €21,155.58 (wieħed u għoxrin elf, mija, ħamsa u ħamsin Ewro u tmienja u ħamsin ċenteżmu).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kibret il-ħażna tal-ilma f'dawn l-aħħar tliet snin kif ukoll il-produzzjoni tagħha? X'qed isir b'mod konkret biex dan l-ilma kollu ma jibqax imur il-baħar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema tip ta’ ilma qed jirreferi peress li l-mistoqsija mhux ċara.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb li huma reġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 22 vettura li jġorru ilma li hu tajjeb għax-xorb.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija li huma reġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 163 vettura li jġorru ilma mhux tajjeb għax-xorb.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ tal-permess tal-bowsers biex dawn iġorru kemm ilma għax-xorb kif ukoll ilma tat-tisfija? X'moniteraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li jimponi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma mal-ħruġ ta’ liċenzja għall-ġarr tal-ilma kemm għal skop ta’ bejgħ lill-konsumatur kif ukoll għall-użu personali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi biex ġew importati siġar mill-2013 sal-lum, sena b’sena? Xi speċi ta' siġar (bl-isem Botaniku u dak Malti jew Ingliż) kienu dawn u x'ammont minn kull speċi ġew importati? Jista' jgħid kemm inxtraw siġar mill-Ministeru tiegħu wara li ġew importati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f’Malta u Għawdex mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx b' tender jew direct order u kemm sewa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' afforestazzjoni saru f’Għawdex mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx b'tender jew direct order u kemm sewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella hawn annessa u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Sant’Antnin jitwaqqaf milli jkompli jaħdem? Jekk dan hu fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li dan isir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt informat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-operat tal-impjant ta’ Sant’Antnin bħala impjant għat-tisfija tad-drenaġġ, tieqaf meta x-xogħol fuq l-impjant għall-produzzjoni tal-ilma għall-agrikoltura u fuq l-infrastruttura relatata jitlesta.
Għajnuna lill-bdiewa dwar l-istat tal-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programm ta’ għajnuna biex il-bdiewa jsewwu u jżommu fi stat tajjeb il-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li t-tiswijiet ta' selħiet okkażjonali u l-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ huma obbligu tal-bidwi bħala prattika agrikola tajba għaż-żamma tal-ħamrija, il-programm għall-iżvilupp rurali 2014-2020 taħt is-sotto-miżura 4.4 ser ikun qed jikkunsidra proġetti sottomessi mill-bdiewa li jistgħu wkoll jinkludu restawr, fost affarijiet oħra, ta' ħitan tas-sejjieħ.