Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment/sezzjoni — ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24397 u jgħid jekk preżentament hawnx xi sezzjoni/dipartiment fi ħdan il-Ministeru tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li jieħu ħsieb jara fejn se tkun se tittieħed il-ħamrija li titħammel minħabba żvilupp għall-bini?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura li huwa responsabbli mill-permessi ta’ ġarr ta’ ħamrija minn siti ta’ żvilupp jew għelieqi f’Malta, għal ġo għelieqi oħra eżistenti, f’Malta. Dan isir skond l-Att dwar Ħamrija Fertili (Preservazzjoni), Att XXIX tal-1973 - Kap 236.

Ġwież impurtat bil-baħar

Question

Billi Malta hi gżira u għalhekk il-ġwież li jingħata l-livestock tagħna jrid jiġi mportat bil-baħar bi spejjeż addizjonali għall-pajjiżi oħra Ewropej, jista’ l-Gvern jagħmel każ mal-Unjoni Ewropea biex ir-raħħala tagħna jiġu kkumpensati għal dawn l-ispejjeż żejda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi dawn l-iżvantaġġi ta’ insularità u l-għoli tal-inputs meħtieġa mill-agrikoltura bħalma huma ċ-ċerejali li jiġu importati f’Malta sabiex jinħadmu f’ġwież ilhom jiġu mqanqla mal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea sa min-negozjati tas-sħubija u ġew imsarrfa f’għadd ta’ derogi u konċessjonijiet speċjali għal Malta kemm fit-Trattat tas-Sħubija ta’ Malta kif ukoll fir-Riformi tal-Politika Agrikola Komuni.

Deminimis Aid — Raħħala li jrabbu l-majjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax illi dawk ir-raħħala li jrabbu l-majjali jingħataw id-de minimis Aid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar 3 snin dawk li jrabbu l-majjal ngħatawlhom għajnuniet statali sabiex isir titjib fil-merħla tagħhom, kif ukoll għajnuna eċċezjonali temporanja minħabba d-diffikultajiet fis-suq u anki biex isostni l-introjtu tagħhom fil-qafas de minimis. Fil-preżent hemm taħdidiet għaddejjin mal-Koperattiva ta’ min irabbi l-majjal sabiex ikomplu jiġu esplorati soluzzjonijiet ulterjuri u mhuwiex eskluż li tinħareġ xi għajnuna addizzjonali; madankollu l-għajnuna de minimis fiha numru ta’ limitazzjonijiet kemm fuq bażi nazzjonali u wkoll individwali li jridu jiġu osservati.

Farm fl-Għammieri – infiq fi ġwież għall-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24255 u jgħid kemm il-gvern nefaq fi ġwież għall-annimali li qed jitrabbew fil-farm tal-Għammieri xahar b' xahar minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati – infrazzjoni ta’ regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24256 u jgħid kemm kien hemm infrazzjonijiet tar-regolamenti tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – impjegati li attendew laqgħat internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24275 u jgħid kemm kien hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li attendew laqgħat internazzjonali sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Min kienu dawn l-impjegati? Għal liema laqgħat attenda kull impjegat? Fejn saru dawn il-laqgħat u meta saru?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi erba’ Tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra, li jindikaw il-laqgħat internazzjonali li attendew għalihom uffiċjali tal-Ministeru bejn l-2013 u l-31 ta’ Mejju 2016.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24390 u jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu sena b’sena mill-2012 sal-lum? Kemm kienu jiswew dawn id-direct orders?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 23499, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f’Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad-Dipartiment tas-Sajd ma jirriżultax li hemm boatyard uffiċċjali fix-Xlendi. Jirriżulta li hemm qatgħa viċin il-baħar fejn qed jitpoġġew opri tal-baħar u karrijiet ta' dgħajjes kemm ta' uħud mis-sajjieda u kemm personali għal skop rikreattiv u mhux għal skop ta' sajd. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24443 fejn intqal li ż-żewġ partijiet ingħataw il-preċedenza mistħoqqa.
Leg 12 PQ #24446 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fix-Xlendi ma hemm ebda boatyard. Jista l-Onorevoli Interpellant jindika eżatt għal liema parti tax-Xlendi qiegħed jirreferi?

Biċċerija – majjali maqtula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' majjali li nqatlu fil-biċċerija, xahar b'xahar separatament fl-2011, fl-2012, fl-2013, fl-2014 u fl-2015?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Biċċerija – għoġġiela maqtula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' għoġġiela li nqatlu fil-biċċerija, xahar b'xahar separatament fl-2011, fl-2012, fl-2013, fl-2014 u fl-2015?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Għajnuna lil min irabbi l-majjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inħadmet l-għajnuna tal-Gvern li ser tingħata lil dawk li jrabbu l-majjali? Meta fil-fatt ser tingħata din l-għajnuna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-għajnuna fil-fatt ġiet imħallsa lir-raħħala eliġġibbli fl-20 ta’ April 2016. Din ġiet iffissatta wara konsultazzjoni sħiħa mal-koperattiva ta’ min irabbi l-majjal abbażi tal-qatla rreġistrata kif ukoll tal-esportazzjoni ta’ majjal li seħħew fil-perjodu ta’ referenza bejn il-5 ta’ Jannar u 25 ta’ Setembru 2015.

Traceability ta’ prodotti tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta' investiment fit-traceability ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga u kif il-Gvern beħsiebu jenforza biex konsegwentament jiġi eliminat kull abbuż?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Biċċeriji ta’ Malta u Għawdex iħaddmu sistema informatika li tippermetti t-traċċabilità kompleta minn ġor-razzett sal-mument li fih jinħareġ mill-biċċerija. Kull karkassa tinħareġ b’tikketti li juru r-razzett ta’ provenjenza, u informazzjoni li fost l-oħrajn turi l-post tat-twelid, fejn tkabbret, id-data ta’ meta nqatlet u numru uniku ta’ identifikazzjoni. Minbarra dan, kull karkassa tkun stampata diversi drabi bil-boll tal-biċċerija li juri li din inqatlet f’biċċerija approvata. Dan kollu skont il-leġiżlazzjoni Ewropea in vigore.

Għawdex – Port tal-Mġarr – irmiġġi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-irmiġġi l-ġodda li ngħataw mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ingħataw irmiġġi lil dgħajjes MFA, MFB u MFC fil-port tal-Imġarr f' Għawdex? Xi proċedura ntużat biex ingħataw dawn l-irmiġġi l-ġodda fil-port tal-Imġarr f’Għawdex? Min hu l-persuna responsabbli illi ħareġ dawn l-irmiġġi l-ġodda u min iddeċieda lil min jingħataw dawn l-irmiġġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ngħataw 6 irmiġġi ġodda lil dgħajjes MFA, MFB, MFC, MFD wara li saret organizazzjoni ta’ rmiġġi. Dawn l-irmiġġi ngħataw lil dgħajjes li kienu fuq il-waiting list tal-Awtorita’ mill-uffiċju tal-Imġarr Għawdex, u skont id-daqs tad-dgħajsa u l-ispazju applikabbli li ġie kkreat.

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li qed jintramaw is-siġġijiet u l-imwejjed flimkien ma’ struttura fissa ġol-boatyard li hemm fix-Xlendi f'Għawdex u dawn qed jieħdu spazju li suppost jintuża mis-sajjieda tax-Xlendi? Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ħarġitx xi permessi biex jintramaw siġġijiet u mwejjed ġo din il-boatyard tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, min ħareġ dawn il-permessi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24442 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Prim Ministru jivverifika jekk ħarġux permessi mil-Lands għall-encroachment biex jintramaw siġġijiet u mwejjed kif wkoll struttura fissa fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din il-boatyard hux qegħda hemm biex taqdi l-ħtiġijiet tas-sajjieda jew inkella biex jitpoġġew siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa? Ma jaħsibx il-Prim Ministru illi dan l-ispazju meħud mis-siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa li ntramat fl-istess boatyard qegħda toħloq inkonvenjent kbir lis-sajjieda tax-Xlendi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-permess li ngħata mil-istess dipartiment kien biss biex jitpoġġew l-Imwejjed u Siġġijiet u mhux biex titpoġġa xi tip ta’ struttura fissa. Dan il-permess inħareġ wara li l-applikant kien ġab il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar, tal-Awtorità tat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Trasport, il-Kunsill Lokali tal-Munxar u l-Ministeru t’Għawdex. Il-pjanti li gew approvati mal-permess jippermetu li jkun hemm kemm is- siġġijiet u mwejjed kif ukoll aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.
Leg 12 PQ #24443 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-pjanti li ġew approvati mall-permess jippermettu li jkun hemm is-siġġijiet u l-imwejjed kif ukoll li jkun hemm aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.

Xlendi Għawdex — boatyard

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra illi l-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex titnaddaf u konsegwentament issir żebgħa mal-art f’forma ta' kaxxi fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jpoġġu d-dgħajjes fihom b'mod organizzat? Ma jaħsibx il-Ministru illi tali azzjoni toħloq aktar spazju għad-dgħajjes tas-sajjieda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fisheries Management Zone – sajjieda barranin

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22625 b'referenza għad-deċiżjoni li ngħatat mill-Qorti fl-14 ta’ Ottubru 2015 dwar kawża fejn żewġ sajjieda barranin kienu nqabdu jistadu b’purse-seining fil-Fisheries Management Zone Maltija u ħarġu lliberati, jista’ l-Ministru jgħid x'sar sa issa mill-Gvern Malti biex l-interessi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin ikunu salvagwardjati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk il-bastimenti barranin li jinstabu jistadu fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta, jew li jkunu kisru regolamenti dwar is-sajd, qed jitressqu minnufih il-Qorti. Minbarra hekk, ninsab infurmat li s-sorveljanza tal-medda baħar żdiedet. Fejn jiġu innutati bastimenti li jistgħu jkunu ser jistadu viċin ta’, jew ġewwa l-ibħra Maltin, jiġu kkuntatjati mill-ewwel l-awtoritajiet tal-bandiera tagħhom sabiex dawn jieħdu l-azzjoni meħtieġa. B’riżultat ta’ dan, jirriżulta li bastimenti tas-sajd barranin bdew jirrispettaw iktar il-konfini tal-ibħra. Beda jiġi mħaddem ukoll mekkaniżmu fil-liġi fejn bastimenti barranin li jkunu ġew innoleġġati minn operaturi Maltin għal xogħol relatat mas-sajd, qegħdin jiġu liċenzjati. Dan jiżgura li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jsegwu aħjar il-movimenti ta’ dawn il-bastimenti u jkun hemm il-kontroll xieraq. Qegħdin jiġu wkoll infurzati regolamenti Ewropej li jistipulaw li bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandu jkollhom l-istess rekwiżit bħal dawk lokali. Permezz ta’ dan u tal-infurzar tal-Port State Measures, Malta qiegħda tgħin fil-ġlieda kontra s-sajd illegali fil-baħar Mediterran u biex tiżgura li jkun hemm iktar level playing field f’dan is-settur filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.