Legislature:
Category:
Reset
Active:

LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni fir-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28440
Leg 12 PQ #28442 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28443 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk humiex se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28444 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28445 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsaxlokk – LNG Tanker – External Emergency Plan

Question

Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni fir-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28440.

LNG Tanker – refuelling — ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’livell ta' ħsejjes se jkun hemm fil-port ta' Marsaxlokk meta se jkun hemm ir-refuelling tat-tanker tal-LNG?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Electrogas Malta Ltd iddikjarat illi l-livelli ta’ ħsejjes waqt l-operat normali tal-faċilità u f’distanza ta’ 100 metru mhux se jaċċedu 65Db(A). Madankollu, l-operaturi huma marbutin illi jesegwixxu moniteraġġ perjodiku ta’ ħsejjes, approvat mill-Awtorità għall-Amjent u r-Riżorsi, bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-permess tal-IPPC. F’kaz li dan il-moniteraġġ jindika li hemm livelli ta ħsejjes eċċessivi, l-Awtorita’ teżiġi illi l-operatur jipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni għall-iskrutinju tagħha, kif ukoll pjan ta’ implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

Animal Welfare — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b' xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x'inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Animal Welfare – transfers ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħidkemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm erbgħa transfers minn - u tmien transfers lejn - id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali f’diversi gradi fostom Officer in Grade 9, Clerk u Senior Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.
Leg 12 PQ #28438 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker — makni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew l-makni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, kif se jinħareġ barra l-port dan it-tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28439 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – refuelling — ħsejjes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’livell ta' ħsejjes se jkun hemm fil-port ta' Marsaxlokk meta se jkun hemm ir-refuelling tat-tanker tal-LNG?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt informat li minn studji li għamlu Electrogas, l-operazzjoni tar-refuelling mhumiex mistennija li jħallu impatt ta’ ħsejjes. Kollox se jkun b’konformita mad-direttiva tal-UE 2002/49/EC u mar-regolamenti lokali LN 193/2004.
Leg 12 PQ #28440 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li skont il- COMAH Assessment Report of Delimara Power Station Coordinated Safety Report li bħalissa jinsab għal konsultazzjoni pubblika, l- Specific Individual Risk in Delimara Area ma taffetwax iż-żona tal-iżvilupp u għalhekk mhux se jkunu meħtieġa restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni għar-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 12 PQ #28441 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

LNG Tanker — Xogħol pirotekniku għall-festi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Pitkalija – Privatizzazzjoni – bdiewa, pitkala u xerrejja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu milqutin il-bdiewa, pitkala u xerrejja jekk il-Pitkalija tiġi pprivatizzata jew inkella jekk isir public private partnership?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28429.

Il-Pitkalija – manutenzjonijiet neċessarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tant neċessarja fil-Pitkalija peress li f' dawn l-aħħar tliet snin ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni infrastrutturali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol ta’ infrastruttura jew manutenzjoni li sar fil-Pitkalija f’dawn l-aħħar 30 sena kien bejn l-1996 – 1998 taħt Gvern Laburista meta nbnew mill-ġdid it-tined ta’ fuq il-platforms. Taħt diversi amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, mill-1987, ma sar ebda xogħol ta’ infrastruttura u l-Pitkalija tħalliet f’telqa sħiħa. In¿id ngħid li matul din is-sena beda l-proċess ta’ manutenzjoni infrastrutturali ġewwa l-Pitkalija, fosthom: 1. Xogħol ta’ manutenzjoni fid-depot tal-kaxxi, 2. Bini ta’ kamra ġdida tas-sikurta’, 3. Manutenzjoni fuq ħitan tal-madwar il-Pitkalija, 4. Tħejjijiet biex jinghata t-tarmac fit-toroq ta’ ġewwa l-Pitkalija, 5. Tkomplija tal-proġett pilota mal-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (FCCS) (fosthom bini ta’ cold rooms adekwati, tqegħid ta’ sistema’ ta’ fibre optic cable u xiri ta’ kaxxi mgħamra biċ-ċippa) li issa wasal fl-aħħar fazi tiegħu u mistenni li jibda jaħdem fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Il-Pitkalija — Riforma

Question

Peress li għal dawn l-aħħar tliet snin is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jdaħħal riforma sħiħa fil-Pitkalija, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment din ir-riforma dieħla u fiex se tkun tikkonsisti din r-riforma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Niġbed l-attenzjoni illi r-riforma fil-Pitkalija ilha li bdiet prattikament mill-ewwel ġurnata ta’ din l-amministrazzjoni. Ir-riforma tikkonsisti kemm f’xogħlijiet infrastrutturali, kif ukoll fl-operat tal-Pitkalija. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija tiegħu stess, numru 28431 għal dak li jirriggwardja xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali, u nżid ngħid li saru diversi riformi oħra fl-operat tal-Pitkalija, fosthom: 1. Introduzzjoni ta’ garanzija bankarja li tat serħan il-moħħ lill-bdiewa, 2. Xiri sostanzjali ta’ numru ta’ kaxxi biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa matul l-istaġuni kollha, 3. Tibdil fil-ħinijiet tal-operat biex kemm il-bdiewa u x-xerrejja jkunu moqdija aħjar, 4. Introduzzjoni ta’ sistema ġdida biex taqdi l-ħtigijiet tal-mara tad-dar u telimina l-abbużi, 5. Bdil komplet tal-kupuni qodma f’kupuni ġodda, mgħammra b’teknoloġija biex telimina l-abbuż ta’ falsikifazzjoni, 6. Manutenzjoni estensiva fil-faċilita’ fejn jinżammu l-kaxxi kif ukoll fejn jinħaslu dawn il-kaxxi b’ħarsien ta’ regolamenti fuq sikurta’ u iġene, 7. Kontroll strett fuq l-indafa u iġene tal-post kif jixraq f’post fejn jinbiegħu prodotti tal-ikel ghal-konsum.

Pitkalija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn l-impjegati u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Il-Pitkalija – transfers ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn il-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu bħalissa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm ħames transfers minn - u ħames transfers lejn - il-Pitkalija, f’diversi gradi fosthom Senior Agricultural Officer, Senior Clerk u Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.

Il-Pixkerija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pixkerija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X' tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Sajjieda – bejgħ ta’ ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li f'dawn l-aħħar xhur, iż-żmiem li fih sajjied ikun irid idaħħal il-karti ta' x'biegħ ħut lid-Dipartiment, niżel għal 24 siegħa? Huwa possibbli li jitwal iż-żmien li fih sajjied ikun irid jirreġistra x'ħut ikun biegħ, peress dan il-perjodu ta' 24 siegħa qed jagħmilha diffiċli lis-sajjieda jerġgħu joħorġu jistadu f'każ ta' bnazzi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Artikolu 62 tar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd”, il-preżentazzjoni tan-noti tal-bejgħ lill-Awtorita’ kompetenti għandha ssir fi żmien 48 siegħa minn meta isir il-bejgħ għal dawk l-operaturi b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd inqas minn €200,000. Għal dawk li għandhom fatturat ikbar il-preżentazzjoni tan-noti għandha issir fi żmien 24 siegħa. Fil-kaz li l-bejgħ tal-ħut isir fil-pixkerija n-nota tal-bejgħ issir responsabilta’ tal-Pitkal li jkun għamel il-bejgħ tal-prodotti. Peress li dan huwa obbligu minn liġi ta’ l-Unjoni Ewropeja, ninsab infurmat li ma jistax jiġi applikat żmien itwal.