Legislature:
Category:
Reset
Active:

Family Resource Centres — Laqgħat f’dawn iċ-Ċentri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30339, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bit-temi indikati f’din il-mistoqsija parlamentari fil-lokalitajiet ta’ Bormla, il-Fgura, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Zejtun u meta saru dawn il-laqgħat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, dawn il-laqgħat fil-lokalitajiet imsemmija minnu ġew organizzati kif indikat hawn taħt: 1. Fil- 5 ta’ Diċembru 2016: Użu effiċjenti tal-Enerġija, fiċ-Ċentru tal-Cottonera 2. Fl- 14 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Marsascala 3. Fil-15 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop 4. Fit- 3 ta’ Frar 2017: ‘‘A child is an adult Away from Success’’, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop Ninforma lill-Onor. Interpallant li huwa ppjannat li matul din is-sena issiru aktar laqgħat f’dawn il-lokalitajiet kif ukoll f’ lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex.

Rekluti fl-Armata – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn min hu reklut fl-Armata ma jitħallasx tal-overtime meta l-pulizija jitħallsu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ overtime qatt ma kien applikabli għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Ħaddiema fis-settur pubbliku – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema fis-settur pubbliku li skada f'Diċembru 2016? Jista’ jgħid jekk dan il-ftehim kollettiv hux se jindirizza l-problema ta' pagi baxxi li qed jaffaċċjaw ħaddiema li qegħdin fi skali 15, 16, 17, 18, 19, u 20 li bejn wieħed u ieħor, pereżempju persuna li qiegħda bħala skrivana fi grad 16 qed tispiċċa b'paga ta' madwar €900 nett fix-xahar meta wieħed jaqta' l-bolla u taxxa, u skirvani fi gradi inqas qed jispiċċa b'madwar €800 fix-xahar biss, u ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iffirmar tal-ftehim indikat mill-Onor. Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.

Ħaddiema fis-settur pubbliku – ftehim kollettiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema fis-settur pubbliku li skada f'Diċembru 2016? Tista’ tgħid jekk dan il-ftehim kollettiv hux se jindirizza l-problema ta' pagi baxxi li qed jaffaċċjaw ħaddiema li qegħdin fi skali 15, 16, 17, 18, 19, u 20 li bejn wieħed u ieħor, pereżempju persuna li qiegħda bħala skrivana fi grad 16 qed tispiċċa b'paga ta' madwar €900 nett fix-xahar meta wieħed jaqta' l-bolla u taxxa, u skirvani fi gradi inqas qed jispiċċa b'madwar €800 fix-xahar biss, u ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Aġenzija Appoġġ — Family Resource Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Family Resource Centres li huma pprovduti mis-servizz tas-Social Work Intervention tal-Aġenzija Appoġġ? X’servizzi oħra toffri l-Aġenzija Appoġġ lill-klijenti ta’ dawn iċ-Ċentri? X’għandu jagħmel wieħed biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sevizz ta’ social work fil-kommunità offrut mill-Aġenzija Appoġġ qed ikun provdut miċ-Ċentri tal-LEAP tal-Qawra, Kottonera, Msida u Valletta. Dawn is-servizzi fil-kommunità għandhom l-għan li jkunu dejjem aktar aċċessibbli u jindirizzaw b’mod immedjat il-bżonnijiet soċjali tal-persuni u tal-familji li jirrikorru għal tali servizz. Kull min għandu ħtieġa u jixtieq servizz ta’ social work kulma għandu jagħmel hu li jmur sa wieħed miċ-Ċentri tal-LEAP u jiġi ggwidat għall-għajnuna jew servizz meħtieġ. Hu ppjanat ukoll li dan is-servizz ta’ social work jiġi estiż ukoll għaċ-ċentri l-oħra tal-LEAP meta jkun hemm biżżejjed social workers.

Family Resource Centres — Ħidma fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfu l-Family Resource Centres u x’ħidma twettqet fil-komunità minn kull Family Resource Centre li għandna mwaqqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Home Based Therapeutic Service (HBTS)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Home Based Therapeutic Service u kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għan tal-‘Home Based Therapeutic Service’ (HBTS) huwa li jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jipprovdi għajnuna terapewtika lill-familji bi problemi varji fil-kommunita’ fejn jgħixu. Dawn il-familji jkollhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, vjolenza fil-familja, problemi ta’ saħħa mentali u li jkunu f’riskju li t-tfal jitneħħew mill-kustodja tadl-familji naturali tagħhom u jitqiegħdu taħt Ordni ta’ Ħarsien (Care Order). It-tim terapewtiku jikkonsisti fi professjonisti bħal terapisti tal-familja, psikoterapewti u counsellors. L-għajnuna tiġi offruta kemm fuq bażi individwali, kif ukoll mal-familja milquta, fosthom programmi fuq trobbija. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Home Based Therapueti Service (HBTS) qiegħed ikun offrut lill dawk il-familji li jkunu refereuti mill-Aġenzija Appoġġ, b’mod partikolari biex titjieb is-sitwazzjoni tal-familja fid-dar tagħhom, speċjalment meta jkun problemi fid-dar fejn issir ħidma mal-familja biex tfal jibqgħu fl-ambjent naturali tagħhom u mhux jittieħdu mill-familja, kif ukoll lil dawk il-familji fejn it-tfal ma baqgħux taħt il-kustodja tal-familja naturali sabiex flimkien mal-professjonijiet, il-familja taħdem aktar biex it-tfal jerġgħu lura fil-familha naturali.

Korsijiet fl-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kull kors mill-Università ta’ Malta? Issir evalwazzjoni dwar kull kors mogħti mill-Università? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamru kopja tal-aħħar evalwazzjoni li saret?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28958.

Tfal Illitterati

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-aħħar statistika li għandu fejn hemm indikat ir-rata tat-tfal illitterati li qed jattendu fl-iskejjel kollha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta’ studenti illitterati fil-Malti u l-Ingliż toħroġ parzjalment mill-istatistika ta’ tfal ta’ ħdax-il sena li jiġu eżentati milli joqogħdu għall-Benċmark Nazzjonali skont it-tabelli ta’ hawn taħt għall-2016. Hemm studenti barranin li jiġu eżentati u hemm studenti oħra Maltin li jiġu eżentati minħabba li jkollhom diffikultà fit-tagħlim. Tabella: Exemptions: Tmiem tal-Primarja Benċmark 2016 Komponent Tfal ta’ Returned Migrants u Immigranti Tfal b’Alternative Learning Programmes u/jew functioning at or below Year 3 jew b’Diżabiltajiet Severi Il-Malti It-Taħdit 98 118 Is-Smigħ 99 127 Il-Qari 99 150 Il-Kitba 99 165 L-Ingliż It-Taħdit 13 110 Is-Smigħ 15 117 Il-Qari 15 149 Il-Kitba 15 161 Dawn l-istudenti jingħataw għajnuna addizzjonali permezz ta’ għalliema kumplimentari, fi gruppi żgħar, waqt il-ħin tal-iskola. Hemm opportunità wkoll ta’ għajnuna wara l-ħin tal-iskola permezz ta’ programmi tal-Aġenzija tal-Litteriżmu.

Marsaskala — Family Resource Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi prattiċi se jkunu implimentati mill-amministrazzjoni tal-Family Resource Centre ta’ Marsaskala issa li se jinfetaħ f’Diċembru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28191.

In Work Benefits — dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-benefiċċju tal-In Work Benefit li kien tħabbar fil-budget u li kellu jitħallas f’April meta se jirċevuh in-nies, għalfejn kien hemm dan id-dewmien? Kemm hemm nies li qed jistennew dan il-benefiċċju u kemm huwa l-ammont li jrid jitħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għassa ta’ Bormla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa ta’ Bormla hux se jkun trasferit f’Baċir Numru 1 kif kien ippjanat u jekk le, fejn se tiġi trasferita?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fiz-zona ta’ Baċir Numru 1 hemm pjanat proġett ieħor.

Ċentru ta’ Matul il-Jum — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum u xi grad għandhom? Kemm hemm klijenti li regolarment jattendu matul il-ġimgħa f’dawn iċ-Ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum hemm total ta' 93 ħaddiem, kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sheltered Housing — Anzjani

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9243, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux se tibni sheltered housing għall-anzjani? Jekk iva, fejn sejrin jinbnew dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux fil-kompetenza tal-Awtorità tad-Djar li tibni sheltered housing għall-anzjani. Madanakollu, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed jesplora l-possibilità ta’ proġett ta’ sheltered housing immirat lejn l-anzjani. Bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet f’dan ir-rigward.

Djar Residenzjali tal-Anzjani – Involviment tar- residenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9241, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar residenzjali li jinvolvu direttament lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta’ dawn il-postijiet? Kemm-il darba ltaqgħu s-sena l-oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-djar residenzjali tal-Gvern li jinvolvu lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta` dawn l-istess residenzi, huma 8. Dawn id-djar residenzjali, u kemm -il darba ltaqgħu l-Assoċċjazzjoni Residenti Dar Residenzjali tal-Anzjani (ARDRA) huma kif ġej: Dar Residenzjali Laqgħat tal-l-ARDRA fl-2015 Mtarfa 5 Mosta 3 Msida 8 Floriana 4 Mellieħa 10 Żejtun 5 Bormla 4 Zammit Clapp 3

Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun — pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li preżentament joqogħdu f’Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun u li d-dħul tagħhom huwa inqas minn €500 fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti li preżentament joqogħdu Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun li d-dħul tagħhom mill-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali hu inqas minn €500 kull erba’ ġimgħat hu ta’ 1,226 Minn dan it-total, 406 jgħixu l-Fgura, 312 jgħixu Wied il-Għajn u 508 jgħixu ż-Żejtun. Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. L-istatistika pprovduta tinkludi każi fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. Iċ-ċifra mgħotija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każi bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun – single parents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġenituri waħedhom (single parents) li jirċievu l-għajnuna soċjali u li huma residenti f’Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi, l-ammont ta’ single parents li jirċievu l-għajnuna soċjali u li huma residenti f’Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun, jammonta għal 458, imqassma kif ġej: Lokalita’ Numru ta’ Benefiċjarji fil-Kategorija msemmija Il-Fgura 160 Wied il-Għajn 151 Iż-Żejtun 147

Freedom of Information Unit — talbiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew imressqa talbiet lill-Freedom of Information Unit minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux u x'kienet ir-raġuni għaliex ma ntlaqgħux?

Response (DALLI, HELENA)

kemm ġew imressqa talbiet lill- Freedom of Information Unit minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? 259 Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba? 138 Kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? 98 Ir-raġunijiet għaliex ma ntlaqgħux dawn it-talbiet huma: Raġunijiet skont Kap 496 (Att dwar il-Liberta' tal-Informazzjoni) -li d-dokument mitlub hu eskluż mill-fini ta’ dan l-Attbis-saħħa tal-artikolu 5; (36 darba) - li, bis-saħħa tat-Taqsima V jew it-Taqsima VI, hemm raġuni valida biex ma jingħatax.(42 darba) -li d-dokument mitlub hu aċċessibbli għall-pubbliku jew se jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur(9 darbiet) - li d-dokument mitlub ma jistax jinsab, (darbtejn) - lir-riżorsi meħtieġa biex issir kopja, jew kopja editjata, ta’ dokument,iwasslu biex ir-riżorsi ta’ awtorità pubblika jkunu indirizzati b’mod sostanzjali u mhux raġonevoli lil hinn mill-operazzjonijiet l-oħra tagħha, u l-applikant ma rnexxilux, bil-parir tal- awtorità pubblika, iqiegħed b’mod differenti t-talba tiegħu sabiex jagħmilha aktar faċli li tintlaqa’ mill-awtorità; (darbtejn) - li d-dokument mitlub mhux għand l-awtorità pubblika u l-persuna li qed tittratta t-talba m’għandha ebda raġuni biex temmen li d-dokument qiegħed għand awtorità pubblika oħra jew hu konness aktar mill-qrib mal-funzjonijiet ta’ awtorità pubblika oħra. (5 darbiet) -li l-informazzjoni rigwardanti rakkomandazzjoni jew deċiżjoni mitluba skont artiklu 20 bis-saħħa ta' Taqsima V uVI, ma tingħatax. (darba) - It-talba meqjusa frivola jew vessatorja. (darba)

Atti Kriminali — immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il att kriminali ġie rrapurtat li seħħ minn immigranti irregolari sena b'sena mill-2013 'l hawn? Jista’ jgħid x'tip ta’ reat seħħ għal kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Atti kriminali ma jiġux rappurtati lil Qorti ta’ Malta jew lill-Qorti ta’ Għawdex iżda jiġu rappurtati lill-Pulizija.