Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proprjeta' mibgħuta lill-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw sidien privati biex ibiegħu l-proprjeta' lill-Awtorita' tad-Djar? Kemm saru minnhom konvenji? Kemm saru minnhom kuntratti? Nitlob l-informazzjoni għas-snin 2006 u 2007 u nitlob ukoll li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kopja tal-konvenji u tal-kuntratti kif ukoll kopja tal-pjanti.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2006 u l-2007, s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 45 applikazzjoni minn sidien biex ibiegħu l-proprjeta’ tagħhom lill-Awtorita’. Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22725, f’Seduta Numru 479, ninfurmah li, minn dak inhar, l-Awtorita’ ikkonkludiet il-kuntratt dwar il-fondi 5 u 6 Triq il-Karmelitani, Valletta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt.

Proprjeta' mikrija lill-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw u kemm saru kuntratti bejn l-Awtorita' tad-Djar u s-sidien privati li krew il-proprjeta' tagħhom lill-istess Awtorita' tad-Djar? Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li saru fis-snin 2006 u 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, matul l-2006 u l-2007, kien hemm 14-il sid li applika biex jikri proprjeta' tieg[u lill-Awtorita' tad-Djar. Ninsab infurmata wkoll li l-uniku kuntratt li ġie konkluż s'issa hu dak li jirrigwarda l-kiri ta' blokka ta' appartamenti fil-Qawra. Kopja ta' dan il-kuntratt poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21999 f'Seduta Numru 461.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' units li l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fis-snin 2006 u 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2006, l-Awtorita’ tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 74 post biex jingħataw b’kera. Ninsab infurmata wkoll li, dwar din is-sena, l-Awtorita’ mistennija tgħaddi postijiet lid-Dipartiment biex jinkrew aktar tard f’din is-sena.

Direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu li ntemm minn Direttur tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Meta kienet l-aħħar ġurnata li daħal għax-xogħol? Fil-preżent, hemm direttur permenanti f'dan id-dipartiment? Jekk le, meta mistenni li jinħatar d-direttur permanenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant spiċċat mix-xogħol fl-10 ta' Ottubru 2006 u li l-aħħar li daħlet għax-xogħol kien fit-23 ta' Frar ta' l-istess sena. Minn l-aħħar data msemmija, id-Dipartiment tmexxa minn Aġent Direttur. F'dan l-istadju meta għaddej il-proċess għall-amalgamazzjoni tas-settur tal- housing, m'hemmx il-ħsieb li jinħatar direttur permanenti.

Proġett tat-twaqqiegħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn hu mistenni li jkun hemm proġett tat-twaqqiegħ (slum clearance) biex wara jinbnew units ġodda matul din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tippjana l-fażijiet li jmiss tal-proġetti ta' urban regeneration fl-inħawi tal-Mina ta' Santa Liena, f'Bormla u fi Triq il-Wied, l-Imsida.

Units għall-bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm bena units għall-bejgħ l-Awtorita' tad-Djar matul din is-sena (mhux fl-iskema shared ownership)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-units li tibni l-Awtorita' tad-Djar qed ikunu jew għall-bejgħ taħt l-iskema ta' Shared Ownership jew jingħataw b'kera.

Sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jibbenefikaw mill-iskema għal sussidju fuq il-kera mill-Awtorita' tad-Djar, sena b'sena mill-2003 sal-lum? Kemm kien l-ammont mogħti f'sussidju sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tag[rif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi u l-inizjattivi ġodda li għamlet l-Awtorita' tad-Djar fis-snin 2006 u 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2006 u din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar daħħlet l-iskemi ġodda ta’ Riġenerazzjoni Urbana fil-qalba ta’ Bliet u Rħula u ta’ l-Equity Sharing. Ninsab infurmata wkoll li matul l-istess perijodu ġew riveduti diversi policies u skemi bil-ħsieb ewlieni li jivvantaġġjaw lill-applikanti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn ir-reviżjonijiet.

Amalgamazzjoni bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-dipartimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-amalgamazzjoni bejn l-Awtorita' tad-Djar u d-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tal-housing?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant g[at-Twe;iba li jien tajt g[all-Mistoqsija Parlamentari Numru 24735 f'Seduta Numru 520. In]id ng[id li l-abbozzar tal-le;islazzjoni me[tie;a wasal fl-istadju finali u l-Abbozz ta' din il-li;i mistenni ji;i ppublikat fil-futur qarib.

Uffiċini ġodda

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-Awtorita' tad-Djar xtratx uffiċini ġodda quddiem il-bini ta' l-istess Awtorita' tad-Djar fil-Furjana? Nitlob li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt, kopja tal-pjanti u kopja tal-permess min-naħa tal-MEPA li hu lliċenzjat bħala uffiċini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-11 ta’ Settembru 2007, l-Awtorita’ tad-Djar xtrat il-post numru 19, qabel 24, Triq Pietro Floriani, il-Furjana. Ninsab infurmata wkoll li dan il-post ilu mibni u jiġi użat bħala uffiċċini għal ħafna snin qabel ma twaqqfet il-MEPA u għalhekk ma kienx hemm bżonn ta’ permess la kien se jintuża għall-istess skop. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u l-pjanta tal-post.

Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tas-Saħħa għandux xi uffiċini fi Triq Melita, Valletta? Jekk fl-affermattiv, għal xhiex qed jintużaw? Meta ħareġ il-permess għall-użu ta' l-uffiċini? Nitlob li jitpoġġa l-permess fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru għandu uffiċini f' 181 Melita Street Valletta. Dawn qed jintużaw mill-Medical Council, Council for Profession Complementary to Medicine, Pharmacy Council, Nursing & Midwifery Council u Specialist Accreditation Committees. Ma kienx hemm applikazzjoni għal permess.

Kastilja — Antiporta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet l-antiporta ta' barra ta' l-entratura (main entrance) ta' Kastilja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-bieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn proġett ta’ bibien ta’ sigurtà għall-Berġa ta’ Kastilja. It-tender għal dan il-proġett inħarġet fl-2002 u ġiet mogħtija f’Settembru 2003. L-ispejjeż kollha tal-proġett ammontaw għal Lm71.684,54.

Msida — Tneħħija ta' arblu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex biex tneħħa arblu fi Triq Qrejten, kantuniera ma' Triq John Borg fl-Imsida, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tkissret parti mill-bankina u ma ġietx irranġata kif kienet preċedentement u b'hekk qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti u għall-pubbliku in ġenerali li jkun għaddej minn fuqha? Jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' rranġar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tiġi rranġata l-bankina tlesta lejn nofs Settembru.

Assistant head ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet hemm li minħabba fihom, Instructor Grade 3 mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, minkejja li jista' jkollu anke diploma fl-edukazzjoni (Administration u Managament) mill-Universita' ta' Malta, ma jistax japplika għal Assistant Head ta' skola? X'inhi r-raġuni li għal madwar 20 sena, dawn l-instructors, allegatament minnhom, kienu mwiegħda li s-sitwazzjoni se titranġa, madankollu għadu ma tjieb xejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-grad ta' Instructor Grade 3 kien ġie assimilat fil-Ftehim għall-Gradi ta' l-Instructors ta' l-1996. Għaldaqstant ma hemm l-ebda impjegat b'dan il-grad fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Madankollu l-instructors kollha li għandhom warrant ta' għalliema ġew assimilati fi grad ta' Għalliem permezz tal-Ftehim ta' Lulju 2007 u għaldaqstant jistgħu japplikaw għal Assistent Kap ta' l-Iskola bl-istess kondizzjonijiet bħal għalliema oħra.

Proprjetajiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet fl-Isla, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament humiex tal-Gvern jew inkella ta' l-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Il-proprjeta' amministrata mill-Uffiċċju Konġunt hija proprjeta' tal-Gvern daqs dik amministrata mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Proprjeta'. Ninsab infurmat li tlieta mill-erba' proprjetajiet li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament huma tal-Gvern, u amministrati mill-Uffiċċju Konġunt. Dak bin-numru 72 huwa ta' sidien privati.

Proprjetajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proprjetajiet fl-Isla, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament humiex tal-Gvern jew inkella ta' l-Uffiċċju Konġunt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-postijiet, fit-triq indikata, bin-numru 67 u 68 huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt u dak bin-numru 72 hu proprjeta' privata. Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda nformazzjoni dwar il-post bin-numru 73.

Possession and Use

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li jinsab f'Bormla, hux milqut bil-liġi tal-Possession and Use? Dan il-post jista' jinxtara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant fil-fatt huwa mibni fuq art li ġiet esproprjata mill-Gvern taħt titlu ta' pussess u użu.