Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn persuna mill-Isla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħha? Jista' jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu ma weġibx għat-talba tagħha?
Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm milli jibda jaħdem il-lift li gie nstallat bosta ġimgħat ilu fi blokk flats, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, imma għadu qatt ma ħadem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant għad ma jistax jintuża għax għad jonqos diversi xogħlijiet xi jsiru mill-kuntrattur qabel ma l-lift jiġi ċertifikat mill-konsultent ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. L-Awtorita’ ma tgħaddix lift lir-residenti qablel ma tkun ċerta li jkun ġie stallat skond ir-regolamenti u li jkun mingħajr difetti jew periklu.
Ninab infurmata wkoll li l-Awtorita’ qegħda tagħmel l-almu tagħha possibbli biex il-kuntrattur ilesti x-xogħlijiet pendenti mill-aktar fis biex il-
lift
ikun jista’ jiġi ċertifikat u jibda jintuża mir-residenti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex skema li biha ż-żidiet fl-imgħax ikunu capped għal min jiġi biex jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu sa mhux iktar minn rata ta' l-imgħax bankarja? Jekk le, hemm il-ħsieb li din issir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hi fin-negativ. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ introduzzjoni ta’ skemi ġodda, jew it-titjib ta’ dawk eżistenti, mill-Awtorita’ tad-Djar hu proċess kontinwu kif juru l-iżviluppi li seħħew f’dan il-qasam minn dan il-Gvern. Kif xerrejja ta’ l-ewwel residenza jistgħu jiġu mgħejjuna aktar, anki fejn jirrigwarda s-sussidju fuq is-self, hu parti minn dan il-proċess.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattiva għandha l-Awtorita' tad-Djar għal dawk li jissellfu u jitilfu l-impjieg minħabba redundancy? X'taħdidiet kellu l-Gvern ma' banek kummerċjali? Intlaħaq xi ftehim biex dawk li tilfu x-xogħol, il-pagament tagħhom ikun sospiż għal xi żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fiċ-ċirkostanzi indikati mill-Onor. Interpellant il-banek jagħtu moratorju ta’ mhux anqas minn sitt xhur fuq il-ħlas tal-pagamenti.
Ninsab infurmata wkoll li, jekk il-perijodu ta’ moratorju stabbilit jiskadi u l-persuna konċernata tkun għadha bla xogħol, il-banek jerġgħu jiltaqgħu magħha u jkunu disposti li jestendu dan il-perijodu skond iċ-ċirkostanzi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamel talba biex jixtri l-fond tal-gvern ġie mċaħħad milli jagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Hawt, Haz-Zabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq tagħmel parti mit-toroq li jridu jinbnew mill-ġdid mill-Gvern Centrali sal-2008. Dawn it-toroq se jinbnew skond il-prijoritajiet li jinħargu mill-programmi ta l-ADT.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sidien li xtraw il-post tal-gvern fl-indirizz li qiegħed jintbagħat separatament, għadhomx kollha l-istess sidien li għamlu l-kuntratt-konvenju fl-1993?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use, lokal b'lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kirjiet li l-Gvern qiegħed iħallas għall-proprjeta' li qegħda għand il-Gvern b'titlu ta' possession and use u public tenure huwa ta' 2,615 imqassmin lokal b'lokal kif ġej:-
Balzan
2
Birgu
371
Birkirkara
23
Bormla
742
Għaxaq
3
Gudja
1
Isla
256
Luqa/Kirkop
40
Marsa
96
Mosta
3
Msida
2
Naxxar
2
Paola/Fgura
30
Pieta’/Marsa
3
Safi
2
Sta Venera
2
Sliema
36
Siggiewi
5
Valletta/Floriana
968
Zabbar
21
Zebbug
3
Zejtun
2
Zurrieq
2
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-uffiċċju Konġunt ser jitneħħa minn fejn qiegħed u jiġi allokat bini differenti? Jekk fl-affermattiv, għaliex qed issir din iċ-ċaqlieqa? X'ser jiġri mill-binja ta' Sa Maison? Fejn sejrin l-uffiċini l-ġodda? Kemm hi l-ispiża ta' din iċ-ċaqlieqa?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li l-Uffiċċju Konġunt ser jiġi trasferit mill-bini li qed jokkupaw illum f'Sa Maison għall-fond Nru 31, Triq Marsamxett, il-Belt, fejn qabel kien hemm l-iskola tal-Pilar, bini li jifforma parti mill-House of Catalunya, u issa ġie lura f'idejn il-Gvern. Din iċ-ċaqlieqa qed issir biex l-Uffiċċju Konġunt, li għal dawn l-aħħar 5 snin ifforma parti mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, ikun fiżikament aktar qrib tal-Berġa tal-Baviera fejn jaħdmu d-dipartimenti l-oħra li jiffurmaw din it-Taqsima kif ukoll ir-Reġistru ta' l-Artijiet. Dan iċ-ċaqlieq ser jagħti ċ-ċans biex ikunu amalgamati numru ta' sezzjonijiet li jagħtu l-istess servizz bħal Registry, Customer Care u aktar 'il quddiem anke l-ġbir tal-kera, biex b'hekk it-Taqsima ssir aktar streamlined u effiċjenti.
Il-Binja f'Sa Maison ser tiġi allokata lill-Awtorita' dwar it-Transport li għandhom bini imiss ma' l-istess Uffiċċju konġunt.
Il-fond fil-Belt Valletta ġie irranġat matul din l-aħħar sena; l-ispiża għal dan il-għan laħqet Lm65,000. Ħafna minn dan ix-xogħol sar mill-impjegati stess tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. L-ispiża fuq indikata tinkludi wkoll l-overtime li tħallas lill-dawn l-impjegati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar din is-sena? Min huma? Nitlob li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul din is-sena gew ingaggiati dawn il-haddiema mill-Awtorita' tad-Djar, kollha fuq bazi full-time:
2 skrivani fuq kuntratt ghal sena u nofs
4 skrivani fuq kuntratt ghal sena
perit fuq kuntratt ta' tlett snin
4 housing officers fuq kuntratt ta' tlett snin
Ninsab infurmata wkoll li 4 mill-iskrivani taw ir-rizenja.
Ma nhossx li l-ismijiet tal-persuni koncernati u l-kuntratti ghandhom jigu ppublikati.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera li kienet imwaqqfa fl-1998? Tista' tpoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra rigward rakkmandazzjonijiet ta' l-istess kummissjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
[];/Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat f'Seduta 58 għall-Mistoqsija tiegħu Numru 2756.
Fid-dawl tad-diskors mill-Eċċellenza Tiegħu Guido Demarco fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Għaxar Parlament, rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan ir-rigward matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22717 f’Seduta Numru 478.
Inżid li, kif ħabbar il-Prim Ministru, il-
White Paper
li tħejjiet ser tigi preżentata lill-Oppożizzjoni.
Fid-dawl tad-diskors mill-President ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament li jingħataw inċentivi għall-użu tal-ħafna djar vojta li hawn, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan il-qasam matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul din il-leġislatura, l-Awtorita’ tad-Djar indirizzat is-sitwazzjoni ta’ proprjeta’ residenzjali vojta billi daħħlet fis-seħħ skema għar-riġenerazzjoni ta’ proprjeta’.
Permezz ta’ din l-iskema l-Awtorita’ tixtri postijiet vojta delapidati f’¿oni urbani u rurali li, wara li jigu ¿viluppati, eventwalment jiġu allokati taħt skemi oħra ta’ l-istess Awtorita’, bħal ma huma x-
Shared Ownership
,
Sheltered Housing
jew jiġu mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b’kiri. L-iskop wara twaqqif ta’ din l-iskema, li għaliha ġew ivvutati Lm 3 miljuni, hu li, filwaqt li tirriġenera proprjeta’ delapidata, tnaqqas il-proprjeta vojta.
Tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad li l-Awtorita' tad-Djar għandha skema għal min jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu u jingħata għotja/grant mill-istess awtorita'? Meta twaqqfet? Kemm hi l-għotja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
l-iskema ta’ l-Equity Sharing ta’ l-Awtorita’ tad-Djar hi propju ntiża biex tgħin dawk li jixtiequ jixtru l-ewwel residenza tagħhom mis-settur privat. Taħt din l-iskema, li twaqqfet fi Frar 2007, l-Awtorita’ tiffinanza sa Lm10,000 fuq xiri ta’ l-ewwel proprjeta’ shell u sa Lm14,000 fuq l-ewwel proprjeta’ finished.
L-Awtorita’ tħaddem wkoll skema biex tgħin lis-sidien fil-bini, irranġar u/jew tkomplija ta’ l-ewwel residenza. L-għotja taħt din l-iskema, li twaqqfet f’Settembru 2004, illum hi ta’ Lm2,500 f’każ ta’ proprjeta’ mibnija wara Jannar 1990 u Lm3,000 għal proprjeta’ mibnija qabel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw din is-sena biex jibbenefikaw mill-inizjattiva equity sharing scheme ta' l-Awtorita' tad-Djar? Kemm saru konvenji? Kemm saru kuntratti? Nitlob li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull konvenju u kuntratt.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn meta twaqqfet l-iskema ta’ l-Equity Sharing aktar kmieni din is-sena, s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 79 applikazzjoni taħt din l-iskema.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ ma tidħolx parti fil-konvenji għax dawn isiru bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. S’issa ġew iffirmati 11-il kuntratt. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' disgħa minn dwan il-konvenji li s'issa għandha f'idejha l-Awtorita:.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew installati lifts din is-sena? F'liema lokalitajiet? Kemm ġiet tiswa l-installazzjoni ta' kull lift? Kemm inqdew units bl-installazzjoni u ta' l-imsemmija lifts?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena finanzjarja 2006/2007, l-Awtorita’ tad-Djar ikkommissjonat 24 lift fi blokki ġodda u eżistenti, fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Birgu, Bormla, Burmarrad, l-Isla, Lija, Msida, Mtarfa, Pembroke, Qawra, Rabat, Tarxien u Valletta. Dawn il-lifts qed iservu total ta’ 127 unit.
Kull
lift
ġie jiswa madwar Lm12,000 għal spiża totali ta’ Lm288,215.
Inżid ngħid li, f’dawn l-aħħar xhur, ingħata bidu għall-istallar ta’ 19-il
lift
ieħor għal spiża ta’ madwar Lm230,000 u se jaqdu 130
unit
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm alloka units bil-kiri d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lill-applikanti tiegħu, sena b'sena fl-2006 u 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-sena 2006, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24734 f’Seduta Numru 520.
Ninsab infurmata li din is-sena, s’issa, in-numru totali ta’ allokazzjonijiet hu 120.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru kuntratti lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi tal-possession and use, fejn ftit taż-żmien ilu kien imwiegħed li 49 minnhom jistgħu jinxtraw? Nitlob li jitpoġġa kopja tal-konvenju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li sal-lum gew iffirmati zewg konvenji ma' nkwilini ta' postijiet tal-Gvern milquta bil-ligi tal-possession and use u li ma gie konkluz ebda kuntratt.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopjata' l-imsemmija konvenji.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu recognition orders lill-inkwilini li daħlu f'postijiet tal-gvern u li ma kenux l-inkwilini rikonoxxuti, xahar b'xahar tul l-2006 u din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern fejn jidħol affordabilita' biex wieħed isir sid ta' daru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern huwa konxju li l-Maltin huma herqana li jkunu sidien ta’ djarhom u jgħin biex titwettaq din l-aspirazzjoni. Fil-fatt, 75% tal-popolazzjoni Maltija hija sid ta’ darha.
Fit-twettiq ta’ din il-politika, permezz ta’ l-Awtorita tad-Djar, il-Gvern nieda diversi skemi fosthom l-iskema ta’ Sir Sid Darek, tax-
Shared Ownership
u dik ta’ l-
Equity Sharing
. Bl-iskema Sir Sid Darek inkwilin f’post tal-Gvern ikun jista’ jixtri l-post fejn joqgħod bi prezz issussidjat. Bl-iskema tax-
Shared Ownership
, l-applikanti qegħdin jingħataw l-opportunita’ li jixtru terz jew zewġ terzi tal-proprjeta’ mibnija mill-Awtorita’, skond kemm jifilħu. Fil-kaz ta’ l-iskema ta’ l-
Equity Sharing
, l-Awtorita’ tad-Djar tgħin lil dawk li jkunu ser jixtru l-proprjeta’ tagħhom għall-ewwel darba mill-privat. Il-proprejeta’ tinxtara bi sħab ma’ l-Awtorita’ u wara periodu ta’ zmien, l-inkwilin ikun jista’ jixtri lura s-sehem ta’ l-Awtorita’, mingħajr interessi, bil-prezz kif miftiehem meta jkun sar il-kuntratt.
Barra minn dawn l-iskemi li semmejt hemm oħrajn, fosthom dik li tipprovdi sussidju fuq imgħax fuq self għad-djar mixtrijja mill-privat, għotjiet biex jgħinu lis-sidien fil-bini, irranġar u/jew tkomplija ta’ l-ewwel residenza tagħhom, għajnuna finanzjarja għall-persuni b’dizabilita’ għal xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-dizabilita’ fir-residenza tagħhom, li wkoll isostnu lil dawk li huma diġa’ jew iridu jkunu sidien ta’ djarhom.