Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju Konġunt biex jinfeda ċ-ċens ta' persuna minn Wied il-Għajn, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna in kwistjoni applikat biex tifdi ċens f'Mejju tas-sena 2007. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għadu qiegħed jipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet li rċieva qabel Mejju 2007, l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata fiż-żmien opportun.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx c-cekk tar-relief?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna indikata li tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali tal-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ umanitarju tar-resident, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandu bosta problemi finanzjarji u għalhekk ma jistax iħallas l-kera tal-posta li jabita fih u li hi dovuta lill-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna fil-kwistjoni għandu ammont sostanzjali ta' arretrati ta' kera li ma tħallsux. Għalkemm huwa ffirma ftehim mal-Uffiċċju Konġunt sabiex iħallas ammont raġonevoli kull tlett xhur il-kerrej ma żammx ma dan il-ftehim.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27784, jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-indirizzi kollha li huma milquta bit-titlu tal-possession and use u public tenure?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ġbir ta' l-informazzjoni ta' l-indirizzi ta' postijiet li ġew mibnija fuq art li ttieħdet mill-Gvern taħt it-titlu ta' Possession & Use u Public Tenure jirrikjedi wisq siegħat ta' riċerka kemm minn skrivani u kemm minn tekniċi. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandiex ir-riżorsi neċessarji biex isir dan.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li hi chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar se tkun ic-Chief Executive Officer (CEO). Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ilha tokkupa l-pożizzjoni ta’ Chairperson Eżekuttiv ta’ l-Awtorita’ tad-Djar mill-1 ta’ Ġunju 2006. M’hemmx ħsieb li jkun hemm bdil f’dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt li jirregola din il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema tal-galleriji? Kif se tiġi ffinanzjata din l-iskema? Minn liema fund se titħallas din l-iskema? Kemm hu l-vot ta' din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu barranin fl-iSptar San Luqa din is-sena sal-lum? Minn liema pajjiż ġew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm ħmistax -il mewt ta' barranin fl-isptar San Luqa sa Awissu ta' din is-sena. Dawn ġew mill-pajjiżi li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt:
Pajjiżi tat-twelid
Numru ta' mwiet
Renju Unit
11
L-Amerika
1
Irlanda
1
Franza
1
Polonja
1
Tista' l-Ministsru tgħid jekk il-Binja Dockyard Terrace, Isla se tiġi żviluppata bħala lukanda jew għal skop kummerċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda ħsieb li l-binja magħrufa bħala Dockyard Terrace, l-Isla, tiġi żviluppata bħala lukanda jew għal skop kummerċjali.
B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 27867, jista' l-Ministru jgħid meta hu suppost li kellhom jinbdew ix-xogħlijiet? Meta fil-fatt dawn bdew? Meta kellu jitlesta dan il-lift biex jintuża mir-residenti? Jekk ma jitlestiex fiż-żmien stipulat, hemm penali mposti fuq dan il-kuntrattur? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn il-penali? Qegħdin jithallsu? Kemm kien stmat li jiġi jiswa dan il-lift? Kemm ġej jiswa fir-realtà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kuntrattur ingħata d-data tas-26 ta’ Frar 2007 bħala l-ġurnata biex jinbeda x-xogħol fuq il-lift li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Ix-xogħol inbeda fil-ġurnata stabbilita u kellu jitlesta sat-13 ta’ Awissu 2007.
Ninsab infurmata wkoll li xogħol kien stmat li se jiswa Lm17,000 u ingħata b’offerta għal Lm15,098.48. Fil-każijiet fejn kuntrattur ma jonorax id-data tat-tlestija, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet validi, l-Awtorita’ tad-Djar timponi penali ta’ Lm20 għal kull ġurnata, inkluż Ħdud u festi, li tgħaddi wara din id-data. Dawn il-penali jiġu mnaqqsa mill-pagamenti dovuti lill-kuntrattur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw suldati mill-armata, u wara reġgħu kienu ngaġġati bħala suldati fl-istess armata? Is-snin li jkunu għamlu qabel jigu kkonsidrati wara r-ri-ingaġġ jew jibdew jgħoddu mill-ġdid? Fl-aħħar snin, kien hemm xi każ fejn ingħaddewlhom flimkien, jew kollha kellhom jibdewlhom mill-bidu?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitbiddel il-bus shelterta' l-inħawi ta' Saint Peter's f'Ħaż-Żabbar, għax qed ikun ta' inkonvenjenza għal kulmin juzah?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT għandha Bus Shelter ġdid ordnat mingħand Faces LTD. Infurmat ukoll li l-ADT weħlet Bus Shelter mill-qodma sabiex il-passiġġieri jkollhom lqugħ sakemm jiġi pprovdut il-Bus Shelter il-ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jkun hemm issue mill-Awtorita` tad-Djar għal Shared Ownership? Meta ser joħorġu? F'liema lokalita'? Kemm hu n-numru ta' units? Kemm hu l-average price tal-units?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-ġimgħat li ġejjin, l-Awtorita’ tad-Djar mistennija toħroġ 331 unit taħt l-iskema ta’ Shared Ownership.
Il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il-units huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub għad mhux finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jigi restawrat u aġġornat il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li dan il-post hu mogħti lill-Vittoriosa Regatta Club b’encroachment mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qatt ma kellha talba mingħand id-Dipartiment ta’ l-Artijiet sabiex isir xogħol ta’ restawr fuq dan il-post.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li hemm proposta ta' bini ta' slipway fix-xatt tal-Birgu, u hu maħsub li ladarba jinħareġ l-permess meħtieġ u jsiru d-diskussjonijiet u l-arranġamenti neċessarji ma' l-entitajiet kollha konċernati, l-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jimplimenta x-xogħlijiet imsemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba dwar każ umanitarju ta' anzjan b'diżabilita` mill-Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jħallas bin-nifs kont pendenti minħabba li m'għandux meżżi soċjali u finanzjarji biex iħallas il-kont kollu f'daqqa', tigi milqugħa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jindikali għal liema tip ta' kont qed jirreferi.