Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalkara — Leakage ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ fil-fond Numru 5, Sqaq Marine, Numru 2, Kalkara? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment biex tissolva din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dranaġġ marru fuq il-post indikat, ma sabu xejn ħażin fil-main tal-Gvern. Wara dan infetħu l-kaxxex tad-dranaġġ, kemm tal-fond numru 5 kif ukoll dak tan-numru 6, u nstab li s-sufun tan-numru 6 huwa miżdud. Għalhekk jidher ċar li l-infiltrazzjoni fil-fond numru 5 ġejja minħabba f'hekk. Id-Dipartiment tas-Sanita' ġie nfurmat b'dan kollu biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jitneħħa dan l-imblokk.

Akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjoni numru H17395

Question

Jista' il-Viċi Prin Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal-akkomodazzjoni soċjali alternattiva bl-applikazzjoni numru H17395?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Servizz tat-telecare

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tat-telecare minn Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Fgura, Żabbar, Xgħajra u jagħti breakdown skond il-lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li ghandhom is-servizz tat-Telecare fil-lokalitajiet imsemmija huwa hekk: Bormla 132 Isla 96 Birgu 90 Kalkara 42 Fgura 142 Zabbar 228 Xghajra 6

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjoni numru H15673

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-akkomdazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H15673?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjoni numru H11234

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għal-akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H11234?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma aplikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjoni numru H17408

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għal-akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H17408?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Akkomodazzjoni Alternattiva — Applikazzjoni numru H15503

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H15503

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Akkomodazzjoni Alternattiva — Applikazzjoni numru H17976

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H17976?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjoni numru H6972

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għal-akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni nurmu H6972?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Ċentru Detox — Persuni li talbu għall-għajnuna

Question

Minn Jannar sas-16 ta' Mejju 2003, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni taħt it-18-il sena talbu għajnuna taċ-ċentru tad-Detox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2003 kien hemm [ames persuni ta[t it-18-il sena li talbu g[ajnuna mi/-?entru tad-Detox.

Ċentru Detox — Persuni li talbu għajnuna

Question

Minn Jannar sas-16 ta' Mejju, 2003 jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2003 kien hemm 806 persuna li talbet g[ajnuna mi/-?entru tad-Detox li minnhom 699 kienu r;iel.
Leg 10 PQ #197 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni b'diżabilita' — Xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom huma irġiel, u x'inhi l-eta' tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' April 2003 in-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru kien ta' 318, li 59 minnhom kienu nisa filwaqt li 259 kienu rġiel. It-tabella ta' hawn taħt turi l-etajiet tagħhom: April 2003 Etajiet Rġiel Nisa Total Taħt l-20 sena 25 17 42 Bejn 20-24 sena 58 16 74 Bejn 25-29 sena 40 8 48 Bejn 30-44 sena 75 9 84 45 sena u l-fuq 61 9 70 Total 259 59 318
Leg 10 PQ #198 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Abbuż ta' droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni Maltin — Ħabsijiet barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin li bħalissa jinstabu f' ħabsijiet barranin li (i) qed iservu sentenza ta' ħabs, (ii) qed jiġu investigati fuq xi reat?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm seba' Maltin iservu sentenza ta' ħabs barra minn Malta - tlieta fl-Italja, tnejn fi Franza, wieħed fl-Eġittu u ieħor fl-Awstralja. Hemm ħames Maltin oħra li qegħdin f'ħabsijiet barranin li għadhom qegħdin jiġu nvestigati fuq xi reat - tnejn minnhom jinsabu ġewwa l-Italja, tnejn oħra ġewwa t-Tuneżija u wieħed ġewwa t-Turkija.
Leg 10 PQ #200 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Problemi tad-droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm persuni taħt it-tmintax-il sena talbu għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.