Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1355 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Leakage tad-drenaġġ - Kalkara

Question

Jista' il-Ministru jara li d-Dipatiment tas-Sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-fond numru 5, Sqaq Marine Numru 2, Kalkara peress li wara li kont għamilt mistoqsija parlamentari 786 ftit taż-żmien ilu jirriżulta li din il-problema mhix solvuta kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għalkemm instab sadd fis-sistema tad-drenaġġ biswit il-fond bin-numru 5, fuq ordni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dan tneħħa. Infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu għaddej bl-investigazzjonijiet tiegħu sabiex l-inkonvenjent jiġi eliminat.
Leg 10 PQ #1356 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema barranin — Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu f'lukandi f'Malta u Għawdex? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-taghrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi seduta ohra.

Fgura, Kalkara u Ħaż Żabbar — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma it-toroq imniżżla fil-programm ta' toroq li għandhom isiru fil-futur qarib, il-Fgura, Kalkara u Ħaż Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi ftit xhur ilu tlesta x-xogħol li kien qed isir fi Triq Hompesch fil-Fgura u Labour Road f'Ħaż-Żabbar, fejn twaħħlu wkoll it-traffic lights, kif ukoll Triq Rinella u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara. L-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tippubblika sejħa għall-offerti sabiex tiġi asfaltata l-aħħar parti ta' Triq Merħba u Triq is-Summien fil-Fgura, filwaqt li qed isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex jiġu asfaltati Triq l-Għakrux, Triq il-Berebies, Triq Sant Antnin u Sqaq Ganton. Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq kollha tal-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-eżiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.

Bormla — Triq San Ġwann - entrance 95

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-awtorita'/dipartiment tad-djar milli jibda jintuża l-lift ta' entrance 95, Triq San Ġwann, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-installazzjoni tal-lift fil-post indikat hi lesta i¿da jonqos li tigi nstallata l-provvista tad-dawl 3 phase. Mistenni li dan ix-xoghol jitlesta u l-lift jibda jahdem f’qasir ¿mien.

Kalkara — Sqaq Marina nru. 2 - ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-fond nru. 5, Sqaq Marina, nru. 2, Kalkara peress li wara li kont għamilt mistoqsija parlamentari 786 ftit taż-żmien ilu, jirriżulta li din il-problema għadha mhix solvuta kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rabat — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'qal il-housing inspector? X'qalet fir-rapport tagħha s-social worker? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn simili. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha

Bormla — Triq San Mikiel - fond nru. 29

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond nru. 29, Flat 7, St. Michael Str, Bormla huwiex rekwiżizzjonat? Meta ġie rekwiżizzjonat? Lil min ġie rekwiżizzjonat u llum min hu l-inkwilin li lilu ġie allokat dan il-fond u meta ġie allokat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant gie rekwizizzjonat fl-1988 u r-rekwi¿izzjoni ghadha valida. L-ahhar inkwilin li gie allokat dan il-post mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali miet fl-1999. Wara dan, is-sid accetta l-kera minghand persuna ohra li kella applikazzjoni ma’ l-istess dipartiment. Ma jidhirlix li ghandi nippubblika d-dettalji personali la ta’ l-inkwilin pre¿enti u lanqas tas-sid.

Bormla — Triq San Ġwann - fond nru. 59

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se toħroġ id-derequisition bin-numru ta' rekwiżizzjoni 04244 għall-fond nru. 59, Triq San Ġwann, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li s’issa m’hemm ebda hsieb li titnehha l-ordni ta’ rekwi¿izzjoni tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant.

Persuna li qed titlob permess biex taħdem f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx milqugħa biex jaħdem hawn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba li saret dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor. Membru ġiet eżaminata mill-Bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg. Il-Bord deherlu li hawn Maltin biżżejjed jaħdmu fil-linja tax-xogħol li għaliha ntalab dan il-permess u għalhekk ma qabilx li f`dan il-każ għandha tinħareġ liċenzja ta` impjieg.

Birgu — Trasferiment ta' ħlas tal-kera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi rikonoxxuta bħala inkwilina l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn il-kera tinqaleb minn fuq missierha għal fuq isimha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sabiex persuna tigi rikonoxxuta f’post tal-gvern ikun jehtieg li jsiru l-investigazzjonijiet kollha mehtiega sabiex ikun assigurat li l-persuna li qed titlob rikonoxximent kienet verament tghix f’dan il-post. Meta l-investigazzjonijiet ikunu konklu¿i, d-dipartiment ikun f’po¿izzjoni jiddeciedi jekk jilqax it-talba ghar-rikonoxximent jew le.

Bormla — Triq il-Ġdida - Xiri ta' postijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-postijiet tal-gvern ta' Triq il-Ġdida, Bormla li huma mibnija fuq siti tal-privat, jistgħux jinxtraw mill-inkwlini rikonoxxuti?

Response (BORG, TONIO)

Il-postijiet tal-Gvern f`Triq il-Ġdida Bormla jinsabu mibnija fuq siti li ġew akkwistati bit-titolu ta` pussess u użu bħal ħafna siti oħra ġewwa il-Kottonera u l-Belt Valletta. Sa ftit xhur ilu kien diffiċli ħafna li l-Gvern jiġi s-sid assolut ta` siti li ġew akkwistati taħt dan it-titolu. Issa permezz tal-Att XI ta` 2002, li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` l-Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88), il-Gvern jista` jsir is-sid assolut ta` dawn is-siti appena jippubblika Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta billi jikkapitalizza l-kera ta` pussess u użu li titħallas għal dawn is-siti bil-1 fil-mija (1%). Peress li mad-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, il-flus dovuti ikunu jridu jiġu depositati il-bank, id-Dipartiment tal-Artijiet lest li jagħmel dan meta jkollu il-fondi neċessarji.

Birgu — Persuna li qed titlob permess biex taħdem f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex taħdem hawn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba għall-ħruġ ta` liċenzja ta` impjieg dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor. Membru għadha qed tiġi pproċessata. Din it-talba għad trid tiġi eżaminata mill-Bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg u għalhekk f`dan l-istadju ma tistax tingħata tweġiba jekk hux ser jinħareġ permess f`dan il-każ.

Wied il-Għajn — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Isla — Xiri ta' fond

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' xiri tal-fond bejn l-uffiċċju konġunt u l-inkwilina rikonoxxuta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għax-xiri tal-fond in kwistjoni tinsab fl-aħħar fażi tal-proċess ta` verifikazzjoni u reġistrazzjoni qabel ma jkun jista` isir il-kuntratt li mistenni li isir fi żmien qasir.

Floriana — Triq Sant'Anna - fond nru. 56/2

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil min hu mikri l-fond nru. 56/2, Triq Sant'Anna, Floriana? Meta ġie mikri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nhossx li nformazzjoni ta’ din in-natura ghandha tigi ppubblikata. Nista’ nghid biss li l-appartament ikkoncernat qieghed taht investigazzjoni minn naha tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Ħamrun — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Bormla — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħtini kopja tar-rapport magħmul mill-housing inspector meta dan żar dan il-fond? X'inhi t-tama li l-imsemmija applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m’ohrajn simili. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lil persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha.

Talbiet għal servizz ta' telecare

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal servizz ta' telecare minn Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Fgura, Żabbar u Xgħajra u jagħti breakdown skond il-lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ talbiet pendenti mill-lokalitajiet imsemmija huwa hekk: Bormla 6 Isla 3 Birgu 1 Kalkara 1 Fgura 3 Zabbar 2 Xghajra -

MEPA — Permessi - Baċir numru 3

Question

Jista' il-Minstru jgħid jekk saritx applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-istruttura li saret fil-Baċir Numru 3?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-Applikazzjoni PA 7004/02 għal bini ta’ canopy fuq il-Bacir Nru. 3 ġiet approvata mill-MEPA fil-11 ta’ Ġunju ta’ l-2003.